31992L0021



Official Journal L 129 , 14/05/1992 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0042


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/EEC

ta’ 31 Marzu 1992

dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija M1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

B’koperazzjoni mall-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jkunu adottati miżuri bil-għan li progressivament jiġi stabbilit is-suq intern fuq perjodu li jintemm fil-31 Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni fejn huwa assigurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

Billi l-metodu ta’ armonizzazzjoni totali jkun essenzjali sabiex jinkiseb b’mod sħiħ is-suq wieħed;

Billi dan il-metodu jintuża fil-waqt tar-reviżjoni tal-proċedura intiera ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, b’konsiderazzjoni ta’ l-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-kwistjoni ta’ armonizzazzjoni ta’ teknika u standardizzazzjoni;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw vetturi bil-mutur skond il-liġijiet nazzjonali jirrigwardaw, inter alia, lejn il-masses u d-dimensjonijiet tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex jippermettu, b’mod partikolari, li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġet tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ta’ 6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [5], tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura;

Billi din id-Direttiva tkun supplimentata b’Direttivi dwar il-masses u d-dimensjonijiet tal-kategoriji kollha ta’ vetturi u l-karrijiet tagħhom;

Billi mhux neċessarju li tistabilixxi ħtiġiet dwar l-istabbilità dinamika tal-kombinazzjonijiet ta’vetturi bil-mutur u karrijiet minħabba li l-manifatturi ta’ vetturi bil-mutur jieħdu dan l-aspett in konsiderazzjoni meta jiddikkjaraw il-massa massima teknikamemt permessibbli li tista’ tinġibed,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura fil-kategorija M1 kif definita fl-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE, maħsubha għall-użu fit-triq, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar min 25 km fis-siegħa.

Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-masses u d-dimensjonijiet tagħha jekk dawn jissodisfaw ir-ħtiġiet stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Kwalunkwe emenda neċessarja biex tadatta l-ħtiġiet ta’ l-Annessi għal din id-Direttiva għal progress tekniku għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1992 u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 1992.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad- dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Vitor Martins

[1] ĠU L 95, 12.4.1990, p. 92.

[2] ĠU Ċ 284, 12.11.1990, p. 80 u Deċiżjoni tat- 12.2.1992 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Ċ 225, 10.9.1990, p. 9

[4] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1

[5] ĠU L 220, 8.8.1987, p. 44.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għal masses u dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur fil-kategorija M1 kif definiti fl-Artikolu 1.

1.1. Definizzjonijiet

‘Massa tal-vettura f’kondizzjoni ta’ sewqan’ tfisser il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’kondizzjoni ta’ sewqan (inkluż likwidu tat-tkessiħ, żjut, rota spare, għodda u sewwieq).

’Massa mogħbbija massima awtorizzata ta’ vettura’: ara l-punt 4.2.1.

‘Massa mogħbbija massima awtorizzata ta’ vettura addatta biex tiġbed karru’ tfisser il-massa kif definita fil-punt 4.2.1, li tinkludi:

- il-massa massima tal-mezz li jiġbed, u

- it-tagħbija tad-drawbar massima awtorizzata fuq il-punt ta’ l-igganċjart tal-mezz tal-igganċjar meta l-vettura wieqfa, kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KEE

2.1. Kwalunkwe applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il-masses u dimensjonijiet tagħha mogħtija mill-manifattur tal-vettura jew min rappreżentant debitament awtoriżżat,

2.2. Hija akkumpanjata b’dawn id-dokumenti li ġejjin, fi tliet kopji, u b’din l-informazzjoni li ġejja: deskrizzjoni ta’ tip ta’ vettura, tispeċifika l-karatteristiċi elenkati fl-Anness II, flimkien mad-dokumenti mitluba skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/156/KEE.

2.3. Vettura li tirrapreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tkun mogħtija lis-servizzi tekniċi responsabbli għal testijiet ta’ approvazzjoni

3. APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KEE

Ċertifikat identiku mal-mudell stabbilit fl-Anness III huwa anness mal-formola ta’ tip ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

4. ĦTIĠIET

4.1. Dimensjonijiet

4.1.1. Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati ta’ vettura huma kif ġej:

4.1.1.1. Tul: 12000 mm

4.1.1.2. Wisa: 2500 mm

4.1.1.3. Għoli: 4000 mm

4.1.1.4. Id-dimensjonijiet huma mkejla skond id-dispożizzjonijiet tan-noti tal-Anness I għad- Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Massa

4.2.1. Il-massa massima awtoriżżata ta’ vettura ma għandhiex tkun aktar min dik il-massa mgħobbija teknikament permessa kif definita mill-manifattur.

4.2.2. Il-massa massima teknikament permessa tal-vettura u tal-fusijiet tagħha għandhom ikunu determinati mill-manifattur tagħha, u wieħed iżomm f’moħħu, b’mod partikolari, s-saħħa tal-materjali użati u sakemm il-massa massima teknikament permessa għalhekk determinata mhux anqas mill-massa tal-vettura li tkun qed taħdem, b’addizzjoni ta’ 75kg għal kull sedil tal-passiġġieri. In-numru ta’ sedili għandu jiġi stipulat mill-manifattur. Il-massess tal-passiġġieri u bagalji għandhom jkunu posizzjonati fil-post it-tajjeb biex tiddetermina il-massa massima teknikament permessa tal-vettura u l-fusijiet. In-numru ta’ sedili għandu jkun indikat mill-manifattur. Jekk il-vettura maħsuba biex tiġbed karru, l-manifattur jista’ jindika valur permissibli ieħor fuq il-fus (ijiet) ta’ wara biex japplika biss għal dan l-użu partikolari. F’dan il-każ, kemm il-massa massima tal-mezz li jiġbed kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura u drawbar load massima permessa fuq il-punt ta’ l-igganċjar tal-mezz tal-igganċjar meta l-vettura hija wieqfa għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-masses massimi msemmija fuq. Il-metodu biex tivverifika l-masses huwa deskritt fl-Appendiċi. Jekk il-manifattur tal-vettura jarma l-vettura b’mezz ta’ gganċjar, huwa għandu jindika fuq il-mezz li jiġbed fil-viċinanza tal-mezz ta’ gganċjar t-tagħbija tad-drawbar massima permessa fuq il-punt ta’ l-igganċjar tal-mezz ta’ gganċjar.

4.2.2.1. Is-somma tal-masses massimi teknikament permessi tal-fusijiet ma għandhomx ikunu inqas mill-massa teknika permessa tal-vettura. Fejn il-vettura u, fl-istess ħin, il-fus ta’ wara huma mgħobbija sal-massa massima teknikament permessa, il-massa fuq il-fus ta’ quddiem ma għandhiex tkun inqas min 30 % tal-massa massima teknikament permessa tal- vettura.

4.3. Il-massa li tista’ tinġibed u t-tagħbija tad-drawbar fuq il-mezz ta’ mezz ta’ gganċjar

4.3.1. Il-massa li tista’ tinġibed ta’ vettura maħsubha biex tiġbed karru li għandu mezz ta’ brejkjar ta’ servizz.

4.3.1.1. Il-massa massima awtoriżżata li tista’ tnġibed ta’ vettura huwa l-inqas valur ta’ kull wieħed:

(a) il-massa massima li tista’ tinġibed teknikament permessa bażata fuq il-kostruzzjoni tal-vettura u/jew s-saħħa tal-mezz mekkaniku ta’ gganċjar; jew

(b) il-massa massima awtoriżżata tal-vettura li tiġbed (vettura bil-mutur).

Għall-vettura off-road kif definita fid-Direttiva 70/156KEE il-massa massima awtoriżżata li tista’ tinġibed tista’ tiżdied sa 1,5 darbiet il-massa massima awtoriżżata tal-vettura li tiġbed sakemm ma teċċedix il-massa massima teknikament permessa.

Iżda, l-massa massima li tista’ tinġibed tista’ fl-ebda każ tkun aktar min 3500kg.

4.3.1.2. Il-massa li tista’ tinġibed massima teknikament permessa hija dik indikata mill-manifattur, il-massa li tista’ tinġibed tkun il-massa totali attwali ta’ karru li jinġibed inkluż i t-tagħbija tad-drawbar fuq il-mezz ta’ gganċjar.

4.3.2. Il-massa li tista’ tinġibed ta’ vettura maħsubha biex tiġbed karru li għandu mezz ta’ brejkjar ta’ servizz.

4.3.2.1. Il-massa awtoriżżata li tista’ tinġibed hija l-massa li tista’ tinġibed teknikament permessa jew nofs massa tal-vettura li taħdem li tkun qed tiġbed; l-inqas valur tal-massa japplika.

Il-massa massima li tista’ tinġibed tista’ fil-każ tkun aktar minn 750kg.

4.3.3. It-tagħbija tad-drawbar massima awtoriżżata fil-mezz ta’ gganċjar tal-vettura hija t-tagħbija tad-drawbar teknikament permessa, it-tagħbija tad-drawbar tkun it-tgħabbija attwali vertikali trasmessa meta l-vettura wieqfa ma’ drawbar ta’ karru għal igganċjar tal-vettura u li taġixxi permezz taċ-ċentru tal-mezz ta’ gganċjar.

4.3.3.1. It-tagħbija tad-drawbar permissibli teknikament permessa hija dik li ndikata mill-manifattur; din it-tgħabbija ma għandhiex tkun inqas min 25kg u għandha tiżdied għall-masses akbar li jinġibdu. Il-manifattur għandu jispeċifika fil-manwal ta’ manutenzjoni: it-tgħabbija vertikali massima permessa fuq il-mezz ta’ gganċjar, il-punt tal-muntaġġ tal-mezz ta’ gganċjar fuq il-vettura, u l-overhang ta’ wara tal-mezz ta’ gganċjar.

4.3.4. Il-vettura li tiġbed karru għandha tkun kapaċi tistartja l-kombinazzjoni tal-vettura – mgħobbija sal-massa massima -ħames darbiet fuq grad fit-telgħa ta’ mill-inqas 12 % f’ħames minuti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-informazzjoni dwar il-vettura,unità teknika jew komponent li għandhom jingħataw l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi fornuta fi tlett kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti. F’każ ta’ funzjonijiet kkontrollati minn mikroproċessur, għandha tkun fornuta informazzjoni rilevanti relatati mal-prestazzjoni.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (isem kummerċjali tall-manifattur):…

…

0.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali (semmi kwalunkwe varjant):…

…

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni ta’ tip, jekk markat fuq il-vettura (b):…

…

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:…

…

0.4. Kategorija tal-vettura (c):…

0.5. Isem u l-indirizz tal-manifattur:…

…

0.6. Isem u indirizz tar-rappreżentant awtoriżżat tal-manifattur (jekk hemm):…

…

0.7. Lok ta’ pjanċi u skrizzjonijiet regolamentari u metodu ta’ twaħħil:…

…

0.7.1. Fuq ix-chassis:…

0.7.2. Fuq il-karozzerija:…

0.8. Is-serje ta’ numri tax-chassis ta’ dan it-tip jibdew f’numru:…

1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinni ta’ vettura rappreżentattiva:…

1.2. Disinn dimensjonali tal-vettura kollha:…

1.3. Numru u fusijiet u roti:…

1.3.2. Numru u pożizzjoni ta’ fuijiet steered:…

1.3.3. Fusijiet powered (numru, pożizzjoni u interkonnessjoni):…

…

1.6. Pożizzjoni u arranġament tal-magna:…

…

2. MASSES U DIMENSJONIJIET (ċ) (irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

2.1. Il-bażi tar-rota(i) (mimlijin) (f):…

2.3. Axle track(s) u wisa’(wesgħat):…

2.3.1. Sinjal ta’ kull fus li huwa steered (l):…

2.3.2. Sinjal tal-fusijiet l-oħra kollha:…

2.3.3. Wisa ta’ l-aktar fus wisa ta’ wara:…

2.3.4. Wisa ta’ l-aktar fus wisa ta’ wara:…

2.4. Għażla ta’ dimesjonijiet ta’vetturi (kollha):…

2.4.1. Għax-chassis bil-karozzerija:

2.4.2.1. Tul(j):…

2.4.2.2. Wisa’(k):…

2.4.2.3. Għoli (mhux mgħobbi) (1) għal sospensjoni aġġustabli għal għoli, indika pożizzjoni normali ta’ tħaddim):…

2.4.2.4. Il-biċċa ta’ barra ta’ quddiem (m):…

2.4.2.4.1. Angolu ta’ avviċinament (vetturi off-road (ċ):…(gradi)

2.4.2.5. Il-biċċa ta’ barra ta’ wara (n):…

2.4.2.5.1. Angolu ta’ tluq (vetturi off-road (ċ):…(gradi)

2.4.2.6. Għoli mill-art (ċ):…

2.4.2.6.1. Angolu tar-rampa (vetturi off-road (ċ):…(gradi)

2.6. Massa tal-vettura bil-karozzerija f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-chassis bil-kabina jekk il- manifattur ma jwaħħalx il-karozzerija (inklużi likwidu għat-tkessiħ, żjut, karburanti, għodda, rota spare u s-sewwieq) (p):…

…

2.6.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusijiet:…

2.8. Massa massima teknikament permessa dikjarata mill-manifattur:…

2.8.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusijiet:…

2.9. Massa massima teknikament permessa fuq kull fus:…

2.9.1. Massa massima teknikament permessa fuq il-fus(ijiet) ta’ wara fejn jintuża karru:…

2.10. Massa massima ta’ karrijiet li jistgħu jiġu irmunkati:…

2.10.4. Massa massima tal-kombinazzjoni:…

2.10.5. Il-vettura hija/mhijiex [1] adatta biex tiġbed tgħabbijiet/karrijiet.

2.10.6. Massa massima ta’ karru mhux ibbrejkjat:…

2.11. Tagħbija vertikali massima fil-punt ta’ l-igganċjar ta’ karru barra l-ħames kingpin:…

2.12. Swept path:…

2.13. Saħħa tal-magna/mass ratio massima (f’ kW/kg):…

2.14. Abilità ta’ tlajja (bil-karru)… (%)

2.15. Kapaċità biex titla’ grad ta’… (%) (vetturi off-road)

11. KONNESSJONIJIET BEJN VETTURI LI JIĠBDU U KARRIJIET U SEMI KARRIJIET

11.1. Istruzzjonijiet biex taqbad il-mezz ta’ gganċjar:

11.2. Klassi u tip tal-mezz ta’ gganċjar:

11.4. Tgħabija vertikali massima fil-punt ta’ l-igganċjar [2]:… kg

11.7. Struzzjonijiet biex titla’ il-mezz ta’ gganċjar fuq il-vettura flimkien ma’ ritratti jew stampi tal-punti ta’ l-igganċjar tal-vettura indikati mill-manifattur, informazzjoni ulterjuri fil-każ ta’ użu tal-mezz ta’ gganċjar limitat għal ċertu tipi ta’ vetturi:

11.8. Informazzjoni dwar l-issettjar ta’ towing brackets jew mounting plates [3]”

Nota:

Għal noti tal-qiegħ (a) sa (p) ara l-Annex I għad-Direttiva 70/156/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE.

[1] Ħassar fejn mhux applikabbli.

[2] Ħassar fejn mhux applikabbli.

[3] Jekk neċessarju.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

(Vettura)

Isem ta’Amminstrazzjoni

Komunikazzjoni dwar:

- l-approvazzjoni ta’ tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

ta’ tip ta’ vettura skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/21/KEE dwar il-masses u dimensjonijiet ta’ vetturi ta’ kategorija M1.

Nru ta’ l-approvazzjoni ta’ tip tal-KEE:…

Nru ta’ l-estensjoni:…

TAQSIMA 1

0.1. Għamla (isem tal-impriża):…

0.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali (semmi kwalunkwe varjanti):…

…

03. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip anness mal-vettura [4]:…

0.3.1. Lok ta’ dik l-informazzjoni:…

0.4. Kategorija tal-vettura [5]:…

0.5. Isem u l-indirizz tal-manifattur:…

…

0.6. Isem u indirizz tar-rappreżentant awtoriżżat tal-manifattur (jekk hemm):…

…

TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Tul:… (mm)

1.2. Wisa:… (mm)

1.3. Għoli:… (mm)

1.4. Massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan:… (kg)

1.5. Massa massima awtoriżżata:… (kg)

1.6. Masses ta’ fusijiet massimi teknikament permessi:

1.6.1. 1. Fus:… (kg)

2. Fus:… (kg)

3. Fus:… (kg)

1.6.2. Massa massima teknikament permessa fuq il-fus ta’ wara 6s7 meta jintuża karru:… (kg)

1.7. Numru ta’ sedili tal-passiġieri (mingħajr sewwieq):…

1.8. Massa li tista’ tinġibed:

1.8.1. Karru mingħajr brejk tas-servizz:… (kg)

1.8.2. Karru bi brejk tas-servizz:… (kg)

1.8.3. It-tagħbija tad-drawbar teknikament permessa:… (kg)

1.8.4. Il-biċċa ta’ barra ta’ wara tal-mezz ta’ gganċjar:… (cm)

1.8.5. Ritratt jew stampi tal-punt tal-muntaġġ tal-mezz ta’ gganċjar fuq il-vettura:

2. Dipartiment tekniku li jwettaq it-testijiet:…

…

3. Data ta’ r-riżultat tat-test:…

4. Numru tar-riżultat tat-test:…

5. Raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni ta’ tip ta’ approvazzjoni (jekk hemm):…

…

6. Kummenti (jekk hemm):…

…

7. Post:…

8. Data:…

9. Firma:…

10. Il-lista tal-komponenti varji tal-fajl ta’ tip ta’ approvazzjoni miżmum mid-dipartiment amministrattiv li wettaq tip ta’ approvazzjoni, u li jista’ jinkiseb fuq talba, huma stabbiliti fl-Anness.

[1] Ħassar fejn mhux applikabli.

[2] Ħassar fejn mhux applikabli.

[3] Ħassar fejn mhux applikabli.

[4] Fejn użati il-meżżi ta’ identifiakzzjoni jistgħu jidhru biss fuq vetturi koperti skond id-Direttiva separata li tkopri l-approvazzjoni ta’ tip. Fejn il-mezz li jidentifika t-tip jikkonsisti f’karattri mhux dwar id-deskrizzjoni ta’ tipi ta’ vetturi msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni dawn il-karattri għandhom jiġu sostitwiti, fi kwalunkwe dokument simili bis-sinjal’?’ (eżempju: ABC?? 123??).

[5] Kif msemmi fin-nota (b) għall-Annex I għad-Direttiva 70/156/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE.

--------------------------------------------------