Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għar-riduzzjoni tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) L-ammont tal-multa imposta permezz tal-Artikolu 2(l) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), huwa ffissat għal EUR 9.18 miljuni.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) Il-Kummissjoni Ewropea, Low & Bonar plc u Bonar Technical Fabrics NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.