1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

497


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1941/2006

tal-11 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, billi jitqies il-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikulari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2)

Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi l-limiti dwar l-opportunitajiet ta’ sajd skond it-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u li jalloka dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva ta' l-opportunitajiet ta' sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta' sajd.

(4)

Jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-prinċipji kif ukoll ċerti proċeduri għall-immaniġjar tas-sajd fuq il-livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi t-tifsiriet li huma rilevanti għall-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd.

(6)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96, għandhom ikunu identifikati l-ħażniet li huma soġġetti għall-miżuri differenti msemmija fih.

(7)

L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jintużaw skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam, u b’mod partikulari skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljali dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut ta’ l-Istati Membri (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita (6), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound (9).

(8)

Sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta’ ħażniet tal-ħut, fl-2007 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplimentari dwar il-kontroll u l-kondizzjonijiet tekniċi tas-sajd,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-opportunitajiet ta’ sajd għas-sena 2007 għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità (bastimenti tal-Komunità) u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi li joperaw fil-Baħar Baltiku jew li jkunu rreġistrati fihom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet ta’ sajd li jsiru biss bl-iskop ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u li jsiru bil-permess u bl-awtorità ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li dwarhom il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka kienu infurmati bil-quddiem.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Flimkien mat-tifsiriet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91;

b)

il-“Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet ICES IIIb, IIIċ u IIId;

ċ)

“qabda totali permessa (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull ħażna kull sena;

d)

“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokat lill-Komunità, Stati Membru jew pajjiż terz.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TA’ SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI

Artikolu 4

Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif imniżżel fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

a)

skambji li jsiru skond l-Artikolu20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

b)

l-allokazzjonijiet mill-ġdid li jsiru skond Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

ċ)

ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament(KE) Nru 847/96;

d)

kwantitajiet miżmuma b'mod konformi ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

e)

tnaqqis magħmul skond l-Artikolu 5 tar-Regolament(KE) Nru 847/96.

2.   Għall-għan li jinżammu l-kwoti biex jiġu trasferiti għall-2008, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, b’deroga minn dak ir-Regolament, għall-ħażniet kollha soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet sekondarji

1.   Ħut mill-ħażniet li fuqhom hemm imposti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu biss jekk:

a)

il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma tkunx għadha ntużat kollha; jew alternattivament,

b)

speċijiet oħra barra l-aringi u l-laċċa kaħla jkunu mħallta ma’ speċijiet oħra, il-qabdiet ikunu saru bit-tkarkir, it-tartaruni Daniżi jew apparat simili li d-daqs tal-malji tiegħu huwa inqas minn 32mm, u l-qabdiet ma jkunux ġew magħżula abbord jew meta nħattu.

2.   Il-qabdiet kollha għandhom jgħoddu fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet li jkunu saru taħt paragrafu 1(b).

3.   Meta tintuża kollha l-kwota għall-aringi mogħtija lil Stat Membru, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, u rreġistrati fil-Komunità, u li jużaw opportunitajiet ta' sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżula u li fihom l-aringi.

Artikolu 7

Limiti fuq l-isforzi tas-sajd

Il-limiti fuq l-isforzi tas-sajd huma mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 8

Miżuri tranżitorji tekniċi u ta' kontroll

Miżuri tranżitorji tekniċi u ta’ kontroll huma mniżżla fl-Anness III.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Trasmissjoni ta’ data

Meta l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ ħażniet maqbuda skond Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għandhom jużaw il-kodiċijiet ta’ l-ħażniet imniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HUOVINEN


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)   ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

(4)   ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(5)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).

(6)   ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(7)   ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3259/94 (ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11).

(8)   ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).

(9)   ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS I

Il-limiti fuq il-ħatt l-art u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-immaniġjar minn sena għal sena tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn jeżistu l-limiti fuq il-qabdiet skond l-ispeċi u skond iż-żona

It-tabelli li ġejjin jistipulaw it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond il-ħażna, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-maniġġar tal-kwoti minn sena għal sena.

Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

75 099

 

Żvezja

16 501

 

KE

91 600

 

TAC

91 600

TAC analitiku
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Danimarka

6 939

 

Ġermanja

27 311

 

Finlandja

3

 

Polonja

6 441

 

Żvezja

8 806

 

KE

49 500

 

TAC

49 500

TAC analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 25-27, 28,2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

2 920

 

Ġermanja

774

 

Estonja

14 910

 

Finlandja

29 105

 

Latvja

3 680

 

Litwanja

3 874

 

Polonja

33 066

 

Żvezja

44 389

 

KE

132 718

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Sottodiviżjoni 28,1

HER/03D.RG.

Estonja

17 317

 

Latvja

20 183

 

KE

37 500

 

TAC

37 500

TAC analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċijiet

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Subdiviżjonijiet 25-32 (Ilmijiet tal-KE)

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

9 374

 

Ġermanja

3 729

 

Estonja

913

 

Finlandja

717

 

Latvja

3 485

 

Litwanja

2 296

 

Polonja

10 794

 

Żvezja

9 497

 

KE

40 805  (1)

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Subdiviżjonijiet 22-24 (Ilmijiet tal-KE)

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

11 653

 

Ġermanja

5 697

 

Estonja

258

 

Finlandja

229

 

Latvja

964

 

Litwanja

625

 

Polonja

3 118

 

Żvezja

4 152

 

KE

26 696

 

TAC

26 696  (2)

TAC analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

IIIbcd (ilmijiet tal-KE)

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 698

 

Ġermanja

300

 

Żvezja

203

 

Polonja

565

 

KE

3 766

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC prekawzjonarju.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Salamun ta’ l- Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

IIIbcd (Ilmijiet tal-KE) għajr is-Sottodiviżjoni 32

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

88 836  (3)

 

Ġermanja

9 884  (3)

 

Estonja

9 028  (3)

 

Finlandja

110 773  (3)

 

Latvja

56 504  (3)

 

Litwanja

6 642  (3)

 

Polonja

26 950  (3)

 

Żvezja

120 080  (3)

 

KE

428 697  (3)

 

TAC

Mhux rilevanti (3)

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Salamun ta’ l- Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Sottodiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (4)

 

Finlandja

13 838  (4)

 

KE

15 419  (4)

 

TAC

Mhux rilevanti (4)

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Laċċ ikħal

Sprattus sprattus

Żona

:

IIIbcd (ilmijiet tal-KE)

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

44 833

 

Ġermanja

28 403

 

Estonja

52 060

 

Finlandja

23 469

 

Latvja

62 877

 

Litwanja

22 745

 

Polonja

133 435

 

Żvezja

86 670

 

KE

454 492

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(1)  Jekk sa 30 ta' Ġunju 2007 il-Kunsill ma jkunx adotta Regolament li jistabblixxi pjan pluriennali għall-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-ħażniet, fl-1 ta' Lulju 2007 it-TAC u l-kwoti għal din il-ħażna għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Sa dik id-data kwalunkwe qabda li teċċedi l-kwoti rispettivi ta' l-Istati Membri kif stabbilit f'dak l-Appendiċi, ser tiġi skontata mill-kwoti prospettivi tagħhom fl-2008.

(2)  Jekk sa 30 ta' Ġunju 2007 il-Kunsill ma jkunx adotta Regolament li jistabblixxi pjan pluriennali għall-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-ħażniet, fl-1 ta' Lulju 2007 it-TAC u l-kwoti għal din il-ħażna għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Sa dik id-data kwalunke qabda li teċċedi l-kwoti rispettivi ta' l-Istati Membri kif stabbilit f'dak l-Appendiċi, ser tiġi skontata mill-kwoti prospettivi tagħhom fl-2008.

(3)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(4)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

Appendiċi 1 għall — Anness I

Speċijiet

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Subdiviżjonijiet 25-32 (Ilmijiet tal-KE)

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

8 849

 

Ġermanja

3 520

Estonja

862

Finlandja

677

Latvja

3 290

Litwanja

2 168

Polonja

10 191

Żvezja

8 965

KE

38 522

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Subdiviżjonijiet 22-24 (Ilmijiet tal-KE)

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

10 537

 

Ġermanja

5 152

Estonja

234

Finlandja

207

Latvja

872

Litwanja

565

Polonja

2 819

Żvezja

3 754

KE

24 140

TAC

24 140


ANNESS II

1.   Limiti fuq l-isforzi tas-sajd

1.1.

Sajd bit-tkarkir, tartaruni jew tagħmir simili ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'konzijiet tal-qiegħ jew konzijiet għandu jiġi pprojbit:

a)

mill-1 sas-7 ta' Jannar, mill-31 ta' Marzu sa l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru fid-Subdiviżjonijiet 22-24, u

b)

mill-1 sas-7 ta' Jannar, mill-5 sa l-10 ta' April, mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awissu u l-31 ta' Diċembru fis-Subdiviżjonijiet 25-27.

1.2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom, is-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni jew apparat simili li għandu malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar jew b’għeżula tat-tisqif tal-qiegħ, għeżula tal-mitlaq u pariti li għandhom malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar jew bil-konzijiet tal-qiegħ jew konzijiet għandhom wkoll ikunu pprojbiti:

a)

77 jum kalendarju fis-subdiviżjonijiet 22-24 barra mill-perijodu msemmi fil-punt 1.1. (a), u

b)

67 jum kalendarju fis-subdiviżjonijiet 25-27 barra mill-perijodu msemmi fil-punt 1.1. (b).

L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-ġranet imsemmija fil-punti a) u b) f'perijodi ta' mhux anqas minn ħamest ijiem.

1.3.

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2007, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u fuq il-websajts tagħhom jagħmlu disponibbli d-dati preċisi tal-ġranet kalendarji msemmija fil-punt 1.2 li għandhom ikunu identiċi mal-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera ta' l-Istat Membru rispettiv.

1.4.

B’deroga mill-punti 1.1 u 1.2, il-bastimenti tal-Komunità b’tul globali inqas minn 12-il metru u li jkunu qed jistadu fil-baħar territorjali għandhom ikunu permessi jżommu abbord u jħottu l-art sa massimu ta’ 20 kg jew 10 % merluzz skond il-piż ħaj, liema wieħed huwa 'l għola meta jistadu bl-għeżula tat-tisqif, għeżula tal-mitlaq u/jew pariti li għandhom malji b’daqs ekwivalenti għal 110 mm jew iktar.

ANNESS III

MIŻURI TEKNIĊI TRANŻITORJI U TA’ KONTROLL

1.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd

1.1.

Kull attività ta’ sajd fiż-żoni magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment il-linji rhumb mal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skond is-sistema ta’ koordinati WGS84, hija pprojbita mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru:

 

Żona 1:

—

55° 45′ N, 15° 30′ E

—

55° 45′ N, 16° 30′ E

—

55° 00′ N, 16° 30′ E

—

55° 00′ N, 16° 00′ E

—

55° 15′ N, 16° 00′ E

—

55° 15′ N, 15° 30′ E

—

55° 45′ N, 15° 30′ E

 

Żona 2:

—

55° 00′ N, 19° 14′ E

—

54° 48′ N, 19° 20′ E

—

54° 45′ N, 19° 19′ E

—

54° 45′ N, 18° 55′ E

—

55° 00′ N, 19° 14′ E

 

Żona 3:

—

56° 13′ N, 18° 27′ E

—

56° 13′ N, 19° 31′ E

—

55° 59′ N, 19° 13′ E

—

56° 03′ N, 19° 06′ E

—

56° 00′ N, 18° 51′ E

—

55° 47′ N, 18° 57′ E

—

55° 30′ N, 18° 34′ E

—

56° 13′ N, 18° 27′ E

1.2.

B’deroga mill-punt 1.1, is-sajd bl-għeżula tat-tisqif, l-għeżula tal-mitlaq u pariti li għandhom malji b’daqs ekwivalenti għal 157 mm jew iktar jew bil-konzijet għandu jkun permess. Fis-sajd bil-konzijiet ma għandux jinżamm merluzz abbord.

2.   Monitoraġġ, spezzjonar u sorveljanza f’rabta ma’ l-irkupru ta’ l-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

2.1.   Permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

2.1.1.

B'deroga mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (1), il-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità li għandhom tul globali ekwivalenti għal jew aktar minn 8 m li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe tagħmir b’malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar għandu jkollhom permess speċjali biex jistadu għall-merluzz fil-Baħar Baltiku.

2.1.2.

L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess speċjali għas-sajd tal-merluzz imsemmi fil-paragrafu 2.1.1. biss lill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li fl-2006 kellhom permess speċjali biex jistadu għall-merluzz fil-Baħar Baltiku skond il-punt 6.2.1 ta’ Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistipula għall-2005 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, f’ilmijiet fejn huma rekwiżiti l-limitazzjonijiet dwar il-qbid (2). Madankollu, Stat Membru jista' joħroġ permess speċjali għas-sajd għall-merluzz għal bastiment tas-sajd tal-Komunità, li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru, li m'għandux permess speċjali tas-sajd fl-2006 jekk dan jiżgura li almenu kapaċità ekwivalenti, imkejla f'kilowats (kW), tinżamm milli tistad fil-Baħar Baltiku bi kwalunkwe tagħmir imsemmi fil-punt 2.1.1.

2.1.3.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ bastimenti tas-sajd li għandhom permess speċjali biex jistadu għall-merluzz fil-Baħar Baltiku u jqiegħda fuq is-sit uffiċjali ta’ l-internet tiegħu biex tkun disponibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jdawru l-Baħar Baltiku.

2.1.4.

Il-kap ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha, li Stat Membru ħariġlu permess speċjali għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku, għandu jżomm kopja ta’ dan il-permess abbord il-bastiment tas-sajd.

2.2.   Ġurnali ta’ abbord

2.2.1.

B'deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għandhom tul globali ekwivalenti għal jew akbar minn 8 m għandhom iżommu ġurnal ta' abbord dwar l-operazzjonijiet tagħhom meta vjaġġ ta' sajd jinkludi kwalunkwe parti mis-Subdiviżjonijiet 22-27 skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

2.2.2.

Għal bastimenti tas-sajd mgħammra bil-VMS, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li t-tagħrif irċevut fiċ-ċentru għall-Monitoraġġ tas-sajd (FMC — Fisheries Monitoring Centre) jikkorrispondi għall-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord permezz tad-data VMS. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jitniżżlu f’forma li tinqara mill-kompjuter għal perijodu ta’ tliet snin.

2.2.3.

Kull Stat Membru għandu jżomm u jagħmel disponibbli fil-websajt uffiċjali tiegħu, id-dettalji ta’ kuntatt għat-tressiq tal-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u notifiki minn qabel kif speċifikat fil-punt 2.6 ta’ dan l-Anness.

2.3.   Marġni ta’ tolleranza fil-ġurnal ta’ abbord

2.3.1.

B’deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta’ tolleranza fl-estimi tal-kwantitajiet, f’kilogrammi, ta' speċi soġġetti għat-TAC li huma miżmuma abbord għandu jkunu ta' 10 % taċ-ċifra fil-ġurnal ta’ abbord minbarra għal merluzz, li għalih il-marġni ta' tolleranza jkun ta' 8 %.

2.3.2.

Għal qabdiet meħuda fis-Subdiviżjonijiet 22 sa 27 li jinħattu l-art imħallta, il-marġni ta’ tolleranza fl-estimu tal-kwantitajiet għandha tkun ta' 10 % tal-kwantità totali li tinżamm abbord.

2.4.   Il-Monitoraġġ u l-Kontroll ta’ l-Isforz tas-Sajd

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-konformità ma’:

a)

il-limiti fuq l-isforzi tas-sajd ipprovduti fl-Anness II, il-punti 1.1 u 1.2.

b)

ir-restrizzjonijiet fuq is-sajd ipprovduti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.

2.5.   Id-Dħul ġewwa Żoni Speċifiċi jew il-Ħruġ Minnhom

2.5.1.

Bastiment tas-sajd jista' jibda l-attività tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet Komunitarji kemm fis-Subdiviżjonijiet 22-24 (Żona A) kif ukoll fis-Subdiviżjoni 25-27 (Żona B) b’inqas minn 175 kg ta’ merluzz abbord.

2.5.2.

Meta bastiment tas-sajd joħroġ miż-Żona A, miż-Żona B jew miż-Subdiviżjoni 28-32 (Żona Ċ) b’aktar minn 175 kg ta’ merluzz abbord, għandu:

a)

imur direttament lejn port ġewwa ż-Żona fejn kien qed jistad u jħott il-ħut l-art, jew

b)

imur direttament lejn port barra miż-Żona fejn kien qed jistad u jħott il-ħut l-art, jew

2.5.3.

Meta jħalli ż-Żona fejn il-bastiment tas-sajd kien qed jistad, ix-xbieki għandhom jiġu stivati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw faċilment:

a)

xbieki, piżijiet, u rkaptu simili għandhom jitneħħew mit-twavel tax-xbieki u fili u ħbula ta' l-irmonk jew ġbid,

b)

ix-xbieki mgħobbija fuq jew 'l fuq mill-gverta għandhom ikunu marbuta fis-sod ma' parti mill-istruttura ta' fuq tal-bastiment.

2.5.4.

Il-punti 2.5.1, 2.5.2 u 2.5.3 m'għandhomx japplikaw għal bastimenti mgħammra bil-VMS skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003. Madankollu, tali bastimenti għandhom jitrasmettu r-rapport tal-qbid tagħhom ta' kuljum liċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd tal-bandiera ta' l-Istat Membru, previst mill-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għall-inklużjoni fid-database kompjuterizzata tiegħu.

2.6.   Notifika minn qabel

2.6.1.

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li ħiereġ mis-Subdiviżjoni 22-24 (Żona A), is-Subdiviżjoni 25-27 (Żona B) jew is-Subdiviżjoni 28-32 (Żona C) b’iktar minn 300 kg f'piż ħaj ta’ merluzz abbord, sagħtejn qabel joħroġ miż-Żona, għandu jinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera b’dawn li ġejjin:

a)

il-ħin u l-pożizzjoni tal-ħruġ,

b)

il-kwantita totali ta' merluzz u l-piż totali ta' speċji oħra f'piż ħaj miżmuma abbord.

2.6.2.

In-notifika msemmija fil-punt 2.6.1. tista' ssir ukoll minn rappreżentant f'isem il-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

2.6.3.

B’deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jżomm aktar minn 300 kg f'piż ħaj ta’ merluzz, għallinqas sagħtejn qabel ma jidħlu f’xi post ta’ ħatt, għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn se jinħatt l-art dwar:

a)

l-isem tal-post fejn ikun se jinħatt;

b)

il-ħin stmat tal-wasla f’dak il-post tal-ħatt.

ċ)

il-kwantita totali ta' merluzz u l-piż totali ta' speċji oħra f'piż ħaj miżmuma abbord.

2.7.   Portijiet deżinjati

2.7.1.

Meta bastiment tas-sajd iżomm iżjed minn 750 kg ta' piż ħaj ta' merluzz, dak il-merluzz jista' jiġi żbarkat esklussivament fil-portijiet magħżula.

2.7.2.

Kull Stat Membru jista' jiddeżinja portijiet fejn kwalunkwe kwantità ta’ merluzz Baltiku li tisboq is-750 kg f'piż ħaj għandha tinħatt l-art.

2.7.3.

Sas-6 ta’ Jannar 2007, kull Stat Membru li stabbilixxa lista ta’ portijiet deżinjati, għandu jżomm u jagħmel disponibbli lista tal-portijiet deżinjati fuq il-websajt uffiċjali tiegħu.

2.8.   L-użin tal-merluzz li jinħatt l-ewwel

2.8.1.

Il-bastimenti tas-sajd b’iktar minn 200 kg ta’ merluzz f'piż ħaj abbord ma għandhomx jibdew iħottu sakemm jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-post fejn qed isir il-ħatt l-art.

2.8.2.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jirrikjedu li xi kwantità ta' merluzz maqbuda fil-Baħar Baltiku u li tniżżlet l-ewwel f'dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza tal-kontrolluri qabel ma tinġarr f’post ieħor mill-port fejn tniżżlet l-ewwel.

2.9.   Punti ta’ Riferiment għall-Ispezzjoni

Kull Stat Membru mal-Baħar Baltiku għandu jistipula punti ta’ riferiment speċifiċi għall-ispezzjoni. Dawk il-punti ta’ riferiment għandhom ikunu riveduti perjodikament wara li ssir analiżi tar-riżultati miksuba. Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjoni għandhom jinbidlu progressivament sakemm jintlaħqu l-punti ta’ riferiment fil-mira definiti fl-Appendiċi 1.

2.10.   Projbizzjoni fuq tranżitu u trażbord

2.10.1.

It-tranżitu f'żoni magħluqa għas-sajd tal-merluzz huwa pprojbit sakemm it-tagħmir tas-sajd abbord ikun marbut sewwa u stivat skond il-punt 2.5.3.

2.10.2.

It-trasbord tal-merluzz huwa projbit.

2.11.   Trasport tal-merluzz Baltiku

B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li għandu tul globali ekwivalenti għal tmien metri jew itwal, għandu jimla dikjarazzjoni tal-ħatt l-art meta l-ħut jiġi ttrasportat lejn post li mhux dak tal-ħatt l-art jew ta' l-importazzjoni.

Id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandha takkumpanja d-dokumenti tat-trasport ipprovduti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

2.12.   Sorveljanza konġunta u skambju ta’ l-ispetturi

2.12.1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jimpenjaw ruħhom li jwettqu spezzjonijiet u attivitajiet ta’ sorveljanza konġunti. L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) għandha tikkoordina l-ippjanar u l-funzjonament ta' dawn l-attivitajiet mill-Istati Membri.

2.12.2.

L-ispetturi tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet ta’ sorveljanza konġunti.

2.12.3.

Għandha tiġi msejħa laqgħa ta' l-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali kompetenti mis-CFCA qabel il-15 ta' Novembru 2007 biex jiġi kkordinat il-programm ta' spezzjoni u sorveljanza konġunta għall-2008.

2.13.   Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll fuq is-sajd tal-merluzz

2.13.1.

Programmi ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-kontroll Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddefinixxi programm ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-kontroll għall-Baħar Baltiku skond l-Appendiċi 2.

2.13.2.

Kull Stat Membru kkonċernat għandu jistipula punti speċifiċi ta’ riferiment skond l-Appendiċi I. Tali punti ta' riferiment għandhom jiġu riveduti perjodikament wara li ssir analiżi tar-riżultati miksuba. Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjoni għandhom jinbidlu progressivament sakemm jintlaħqu l-punti ta’ riferiment fil-mira definiti fl-Appendiċi 2.

2.13.3.

Qabel il-31 ta’ Jannar 2007, kull Stati Membru konċernat għandu jqiegħed fuq is-sit uffiċjali tiegħu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jdawru l-Baħar Baltiku, il-programm ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-kontroll imsemmi fil-punt 2.14.1, flimkien ma’ skeda dwar l-implimentazzjoni.

2.13.4.

Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura biex tevalwa l-konformità ma’ u r-riżultati tal-programmi ta' l-azzjoni nazzjonali dwar il-kontroll għall-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

2.14.   Programm ta' monitoraġġ speċifiku

2.14.1.

B’deroga mill-Artikolu 34ċ(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għall-ħażniet tal-merluzz ikkonċernati jista' jdum iktar minn tliet snin.

3.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-merluzz

3.1.

Iż-żamma abbord ta' l-ispeċi ta' ħut li ġejjin li huma maqbuda fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmija hawn taħt għandhom jiġu pprojbiti:

Speċijiet

Żona Ġeografika

Perijodu

Barbun (Platichthys flesus)

Suddiviżjonijiet 26 sa 28, 29 Nofs-in-nhar ta' 59° 30′ N

il-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

Sottodiviżjoni 32

15 ta' Frar sal-31 ta' Mejju

Merluzz (Psetta maxima)

Suddiviżjonijiet 25 sa 26, 28 Nofs-in-nhar ta' 56° 50′ N

1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

3.2.

B'deroga mill-punt 3.1, meta jkun qed isir sajd bix-xbiek tat-tkarkir, b'tartaruni Daniżi u b'tagħmir simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b'għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 100 mm, qabdiet sekondarji ta' barbun u merluzz jistgħu jinżammu abbord jew jitħattu f'limitu ta' 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew jitħattu matul il-perijodi ta' projbizzjoni msemmija f'dak il-punt.

(1)   ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

(2)   ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1936/2005 (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 1).

Appendiċi 1 għall — Anness III

Punti speċifiċi ta’ riferiment

Għan

1.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti speċifiċi ta’ riferiment skond dan l-Anness.

Strateġija

2.

L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti li x’aktarx jistadu għall-merluzz. Spezzjonijiet każwali tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-merluzz għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplimentari ta’ konferma biex jiċċekkja l-effettività ta’ l-ispezzjoni u s-sorveljanza.

Prijoritajiet

3.

Tipi differenti ta’ tagħmir għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni skond il-punt sa fejn il-flotot ikunu affettwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba f'hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Teħid ta’ kampjuni

4.

Kull Stat Membru għandu jispeċifika u jiddeskrivi liema strateġija ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tiġi applikata.

Fuq talba, il-Kummissjoni jista' jkollha aċċess għall-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni li jintuża mill-Istat Membru.

Punti ta’ riferiment fil-mira

5.

Sat-22 ta’ Jannar 2007, kull Stat Membru għandu jimplimenta l-iskedi ta' spezzjoni tiegħu filwaqt li jqis il-miri stabbiliti hawn taħt.

a)

Livell ta’ spezzjoni fil-portijiet

B’regola ġenerali, l-eżattezza li għandha tintlaħaq għandha tkun għallinqas ekwivalenti għal dak li jinkiseb minn metodu sempliċi każwali għat-teħid tal-kampjuni, fejn l-ispezzjonijiet għandhom ikopru 20 % tal-piż tal-merluzz li jinħatt l-art u jkopru l-postijiet kollha fejn jinħatt l-art.

b)

Livell ta’ spezzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni

Spezzjoni ta’ 5 % tal-kwantitajiet ta’ merluzz offruti għall-bejgħ bl-irkant.

ċ)

Livell ta’ spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta’ riferiment flessibbli: għandu jiġi stabbilit wara analiżi ddettaljata ta’ l-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta' riferiment fuq il-baħar għandhom jirreferu n-numru ta' jiem ta' għassa fuq il-baħar fiż-żoni tal-ġestoni tal-merluzz, possibbilment b’punt ta’ riferiment separat għal jiem ta’ sorveljanza f’żoni speċifiċi.

d)

Livell ta’ sorveljanza mill-ajru

Punt ta’ riferiment flessibbli: għandu jiġu stabbilit wara analiżi dettaljata ta' l-attività tas-sajd kondotta f'kull żona u filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri.

Appendiċi 2 għall — Anness III

Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll fuq is-sajd tal-merluzz

Programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għandhom, fost oħrajn, jispeċifikaw dan li ġej.

1.   IL-MEZZI TAL-KONTROLL

Riżorsi umani

1.1.

L-għadd ta’ spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni fejn se jiġu mmobilizzati.

Riżorsi tekniċi

1.2.

In-numru ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru għas-sorveljanza u l-perjodi u ż-żoni fejn se jiġu mmobilizzati.

Ir-riżorsi finanzjarji

1.3.

L-allokazzjoni tal-baġit għall-użu tar-riżorzi umani, il-bastimenti u l-inġenji ta’ l-ajru għas-sorveljanza.

2.   REĠISTRAR U RAPPURTAR ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI MARBUTA MA' ATTIVITAJIET TAS-SAJD

Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex tkun żgurata l-konformità mal-Punti 2.4., u 2.6. ta' l-Anness III.

3.   DEŻINJAZZJONI TAL-PORTIJIET

Kull fejn rilevanti, lista tal-portijiet deżinjati għall-ħatt l-art tal-merluzz skond il-punt 2.7. ta’ l-Anness III.

4.   NOTIFIKA DWAR ID-DĦUL U L-ĦRUĠ

Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.5. ta’ l-Anness III.

5.   KONTROLL TAL-ĦATT L-ART

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe faċilità jew sistema implimentata biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet fil-punti 2.2., 2.3., 2.8., u 2.11. ta’ l-Anness III.

6.   PROĊEDURI TA' SPEZZJONI

Il-programmi nazzjonali ta’ azzjoni għall-kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jissegwew:

a)

waqt li jsiru spezzjonijiet fuq il-baħar u fl-art;

b)

għall-komunikazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti deżinjati minn Stati Membri oħra bħala responsabbli għall-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll tal-merluzz;

ċ)

għas-sorveljanza u l-iskambju ta’ spetturi, inkluż l-ispeċifikazzjoni tas-setgħat u l-awtorità ta’ spetturi li joperaw f’ilmijiet ta’ Stati Membri oħra.