<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0600498701.case.xml"><NO.CASE>C-87/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0087</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4989</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5002</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-87/10</LEFT><RIGHT>ELECTROSTEEL EUROPE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Vicenza tal-<DATE ISO="20100215">15 ta’ Frar 2010</DATE> tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ post ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001/KE, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42. Dan ir-regolament huwa attwalment fis-seħħ fil-verżjoni tiegħu emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2010 tat-<DATE ISO="20100512">12 ta’ Mejju 2010</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, il-post ta’ eżekuzzjoni jikkostitwixxi f’għażla alternattiva ta’ ġurisdizzjoni, li tiżdied mal-ġurisdizzjoni ġeneralment iddeterminata mid-domiċilju tal-konvenut<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, għall-kuntratti ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post ta’ eżekuzzjoni huwa fil-prinċipju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[S]a kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001).</P></NOTE> l-post ta’ kunsinna tal-oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, għandu jiġi ddeterminat b’mod konkret fejn jinsab dan il-post meta l-oġġetti jiġu kkunsinnati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>fis-sede (tal-bejjiegħa Taljana)<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> lil trasportatur li jwassalhom għand ix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Car Trim (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-381/08" PAGE.ECR="I-1255" YEAR="2010">C-381/08, Ġabra p. I-1255</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement ittrattat il-problema tad-determinazzjoni tal-post ta’ kunsinna fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod; hija kkunsidrat li fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrarju, dan ikun l-post fejn il-merkanzija tkun fiżikament twasslet lix-xerrej <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>fid-destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza Car Trim.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, jeħtieġ li essenzjalment jiġi ċċarat, b’riferiment għas-sentenza Car Trim iċċitata iktar ’il fuq, liema effett jista’ jkollha klawżola kuntrattwali bħal dik iċċitata iktar ’il fuq fil-punt 3, fuq id-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4990"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Klawżoli kummerċjali internazzjonali (International Commercial Terms, fil-qosor, Incoterms<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Incoterms<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> hija trade mark tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali.</P></NOTE>)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Permezz tal-Incoterms, il-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali (International Chamber of Commerce jew ICC) ħolqot għall-ewwel darba, fl-1936, sistema ta’ klawżoli standard li minn dak iż-żmien ġiet reveduta b’mod kostanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Verżjonijiet, supplimenti u klawżoli supplimentari ġodda ġew ippubblikati fl-1953, l-1967, l-1976, l-1980, l-1990 u l-2000, sabiex jiġi segwit ir-ritmu tal-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali. Ara f’dan ir-rigward E. Jolivet, <HT TYPE="ITALIC">Les Incoterms, Etude d’une norme du commerce international</HT>, Litec, Pariġi 2003, il-punti 136 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> u l-paġni 475 <HT TYPE="ITALIC">et seq,</HT> fejn wieħed jista’ jsib enumerazzjoni kronoloġika tal-Incoterms bil-Franċiż (sas-sena 2000).</P></NOTE>. L-għan tagħha huwa li jiġu stabbiliti regoli internazzjonali, li ma humiex ġuridikament vinkolanti, ta’ interpretazzjoni tal-klawżoli użati ta’ sikwit fil-kuntratti ta’ kummerċ estern. Sa fejn huwa possibbli, dan għandu jippermetti li jiġu eliminati l-inċertezzi li jistgħu jirriżultaw minn interpretazzjonijiet diverġenti ta’ dawn il-klawżoli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><HT TYPE="ITALIC">Incoterms 2000, Die offiziellen Regeln der ICC zur Auslegung von Handelsklausen</HT>, ICC Deuschland-Vertriebsdienst, Cologne 1999, p. 2.</P></NOTE>. B’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, hemm fis-seħħ verżjoni tal-Incoterms ġdida li ġiet riveduta fil-fond (Incoterms 2010)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>C. Zwillig-Pinna, <HT TYPE="ITALIC">Update wichtiger Handelsklauseln: Neufassung der Incoterms ab 2011</HT>, Betriebs-Berater 2010, paġni 2980 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Incotems jirreferu għal klawżoli standard. Dawn jingħataw, minn naħa, definizzjoni preċiża, u min-naħa l-oħra, abbrevjazzjoni ċara magħmula minn tliet ittri. Taħt forma ta’ katalogu, il-klawżoli jirregolaw l-obbligi<?PAGE NO="I-4991"?> tal-bejjiegħ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fl-Incoterms 2000, l-obbligi tal-bejjiegħ huma enumerati fl-elenku mmarkat bl-ittra A u huma elenkati f’ordni axxendenti. Għalhekk, id-dispożizzjoni dwar il-kunsinna qiegħda, pereżempju, fil-punt A4.</P></NOTE> u tax-xerrej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Taħt l-ittra B.</P></NOTE> fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġetti, partikolarment il-modalitajiet tal-kunsinna, il-mument tat-trasferiment tar-riskji kif ukoll il-kwistjoni ta’ min mill-kokontraenti għandu jħallas l-ispejjeż tat-trasport jew tal-assigurazzjoni. Il-klawżoli varjati ħafna u l-lista ta’ obbligi assoċjata magħhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-diversi interessi li jista’ jkollhom il-partijiet fil-kuntratt. Kultant ikunu ta’ piż ikbar fuq ix-xerrej u kultant fuq il-bejjiegħ. Mill-aspett terminoloġiku, Incoterms 2000 huma bbażati fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-kuntratti ta’ bejgħ internazzjonali ta’ merkanzija tal-<DATE ISO="19800411">11 ta’ April 1980</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Incoterms 2000, Die offiziellen Regeln de ICC zur Auslegung von Handelsklausen</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9), p. 10.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-klawżola hekk magħrufa tal-irtirar mix-xerrej <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>EXW<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (Ex Works) tal-Incoterms 2000 tistabbilixxi fil-punt A4, fir-rigward tal-kunsinna, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-bejjiegħ għandu jwettaq il-kunsinna billi jqiegħed l-oġġetti għad-dispożizzjoni tax-xerrej fil-bini tiegħu jew f’post ieħor miftiehem (stabbiliment, fabbrika, maħżen, eċċ) […] mingħajr obbligu li jgħabbihom fuq il-mezz ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-punt B4 jistabbilixxi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ix-xerrej għandu jieħu pussess tal-merkanzija jekk din tkun ġiet ikkunsinnata skont il-punt A4 […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-każ ineżami u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-oġġetti kienu ngħataw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>fis-sede (tal-bejjiegħa Taljana)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fl-oriġinal tal-kuntratt tat-<DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE> hemm l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Resa: Franco ns. sede<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> lil trasportatur, imbagħad ġew ittrasportati fi Franza, għand ix-xerrejja li kienet stabbilita hemmhekk. Mitluba legalment tħallas fl-Italja, ix-xerrejja qajmet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati Taljani u enfasizzat li hija kellha s-sede tagħha fi Franza. Skont il-bejjiegħa, il-ġurisdizzjoni tal-qorti Taljana tirriżulta mill-klawżola kuntrattwali ċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li l-post ta’ eżekuzzjoni rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, jista’ jkun kemm il-post tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti fi Franza, kif ukoll il-post fl-Italja fejn l-oġġetti kienu ntbagħtu lit-trasportatur.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4992"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, u, fi kwalunkwe każ, id-dritt Komunitarju, sa fejn dan jipprovdi li l-post tat-twettiq tal-obbligu, fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, huwa l-post fejn l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati skont il-kuntratt, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-kunsinna, li huwa rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, huwa dak tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti li huma s-suġġett tal-kuntratt jew dak fejn il-bejjiegħ iwettaq l-obbligu tiegħu ta’ kunsinna, skont ir-regoli sostantivi applikabbli għall-każ partikolari, jew inkella, huwa possibbli li tingħata interpretazzjoni differenti tad-dispożizzjoni ċċitata?</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunsiderazzjonijiet legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Nota preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Bit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100215">15 ta’ Frar 2010</DATE>, il-qorti tar-rinviju għall-ewwel qajmet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ħafna nkwiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Skont Mankowski fil-kummentarju tiegħu – ippubblikat fir-rivista EWiR 2020, Art. 5 EuGVVO 1/10, paġni 287 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> – dwar is-sentenza Car Trim.</P></NOTE> legali: jiġifieri dak li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna meta jkun hemm bejgħ mill-bogħod<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fil-kummentarju ċċitat iktar ’il fuq tas-sentenza Car Trim, Mankowski jispeċifika li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tagħmilx distinzjoni skont jekk it-trasportatur tal-merkanzija tqabbadx mill-bejjiegħ jew mix-xerrej.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni kienet kontroversjali ħafna fid-duttrina<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Interpretazzjoni sottili ħafna tad-dispożizzjoni, sostnuta minn analiżi vasta tad-duttrina u tal-ġurisprudenza, tinsab f’F. Wipping, <HT TYPE="ITALIC">Der europäische Gerichtsstand des Erfüllungsorts – Art. 5 Nr. 1 EuGVVO</HT>, Duncker &amp; Humblot, Berlin 2008, paġni 180 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, f’Th. Lynker, Der besondere Gerichtsstand am Erfüllungsort in der Brüssel I-Verordnung (<HT TYPE="ITALIC">Art. 5 Nr. 1 EuGVVO</HT>), Peter Lang, Frankfurt/Main 2006, paġni 84 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, u f’R. Ignatova, <HT TYPE="ITALIC">Art. 5 Nr. 1 EuGVVO – Chancen und Perspektiven der Reform des Gerichtsstands am Erfüllungsort</HT>, Peter Lang, Frankfurt/Main 2005, paġni 210 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. Din tal-aħħar tanalizza fost l-oħrajn jekk għandux jiġi kkunsidrat il-post minn fejn jintbagħtu jew fejn huma destinati l-oġġetti u, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni grammatikali komparattiva ta’ diversi verżjonijiet lingwistiċi, tasal għall-konklużjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-kliem tad-dispożizzjoni huwa impreċiż<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></NOTE> u fil-ġurisprudenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara r-referenzi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17, il-kummentarju ta’ A. Wittwer, <HT TYPE="ITALIC">Gerichtsstand des Erfüllungsorts beim internationalen Versendungskauf</HT>, European Law reporter 2010, paġni 151 u 152, kif ukoll it-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof Ġermaniż tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE> fil-kawża Car Trim, disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Bundesgerichtshof (http://www.bundesgerichtshof.de/cln_134/DE/Entscheidungen/entscheidungen_node.html) taħt l-intestatura VIII ZR 184/07.</P></NOTE>. Is-suġġerimenti għal risposti kienu jvarjaw fl-alternattivi proposti mill-qorti tar-rinviju. Fid-determinazzjoni approssimattiva tal-istat tal-kwistjoni, ma kienx ċar jekk il-post tal-kunsinna kellux jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ kriterji fattwali, iktar tanġibbli, jew pjuttost billi wieħed jirrikorri għal kunsiderazzjonijiet fid-dawl tad-dritt sostantiv.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4993"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Iżda għaxart ijiem wara li rċeviet it-talba għal deċiżjoni preliminari f’dan il-każ, jista’ jingħad li l-Qorti tal-Ġustizzja ħelset minn dan l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>inkwiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> billi ddeċidiet fis-sentenza tagħha Car Trim li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, il-post fejn l-merkanzija kellha jew suppost li kienet kkunsinnata skont il-kuntratt għandu <HT TYPE="ITALIC">jkun iddeterminat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt. Jekk fuq din il-bażi huwa impossibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna</HT>, mingħajr ma ssir referenza għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt, dan il-post huwa dak fejn fiżikament twasslet il-merkanzija li permezz tagħha x-xerrej kiseb jew kellu jikseb is-setgħa li jiddisponi effettivament minn din l-merkanzija fid-destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni ta’ bejgħ (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>formula Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Punt 2 tal-parti dispożittiva; il-korsiv huwa tiegħi.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mad-daqqa ta’ għajn, jidher li l-problema li qajmet il-qorti tar-rinviju diġà ġiet solvuta fis-sentenza Car Trim fejn, l-ewwel nett, hija l-qorti nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Car Trim, punt 54.</P></NOTE> li għandha tiddetermina l-post tal-kunsinna fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kuntratt, iżda dan huwa possibbli biss jekk, mill-bidu jew b’mod kumplimentari, ma jsirx riferiment għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza Car Trim, punt 53.</P></NOTE>. Huwa fin-nuqqas ta’ determinazzjoni kuntrattwali bħal dik li jkun jeħtieġ, sussegwentement, li jiġi kkunsidrat il-post tal-kunsinna tal-oġġetti lix-xerrej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Car Trim, punti 60 sa 62.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Punti komuni u differenzi bejn din il-kawża u l-kawża Car Trim</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Madankollu, osservazzjoni iktar mill-qrib turi li kemm il-fatti li taw lok għas-sentenza Car Trim kif ukoll id-domandi preliminari li kienu saru huma differenti minn dawk f’din il-kawża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kawża Car Trim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-kawża Car Trim, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet ftiehmet li tikkunsinna lill-konvenuta fil-kawża prinċipali, fuq talba tagħha, sal-fabbrika ta’ Colleferro (l-Italja)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Skont il-punt 3 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mazák tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>klawżola Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>); jiġifieri sal-fabbrika tax-xerrejja konvenuta fl-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Qabelxejn huwa sorprendenti kif din il-klawżola Car Trim ma ġietx eżaminata<?PAGE NO="I-4994"?> fis-sentenza Car Trim. Il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment ikkonstatat b’mod ġenerali li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-partijiet kontraenti għandhom rieda awtonoma sabiex jiddeterminaw il-post tal-kunsinna ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Car Trim, punt 45.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tgħid xejn dwar il-kwistjoni jekk tali rieda dwar id-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna mill-partijiet setgħetx konkretament tiġi espressa fil-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>fuq talba, sal-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, għal żewġ raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja bl-ebda mod ma kienet obbligata tanalizza fid-dettall il-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fuq talba, sal-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u lanqas li teżamina jekk dan kienx ftehim fuq il-post tal-kunsinna. Fil-fatt, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja tħalli f’idejn il-qorti nazzjonali sabiex issolvi dawn il-kwistjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Car Trim, punt 54.</P></NOTE>; min-naħa l-oħra, anki d-domanda preliminari ma tikkunsidrax li l-klawżola inkwistjoni setgħet kellha importanza għad-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Fil-fatt, it-tieni domanda preliminari fil-kawża Car Trim kienet din li ġejja: Jekk il-bejgħ ta’ merkanzija kellu jiġi preżunt, il-post fejn, skont il-kuntratt, il-merkanzija kienet jew kellha tiġi kkunsinnata għandu jiġi ddeterminat, fuq il-bażi tal-post fejn ġew fiżikament ittrasferiti lix-xerrej, jew ta’ dak fejn il-merkanzija ngħatat lill-ewwel trasportatur sabiex tingħata lix-xerrej?</P></NOTE>. Dan ma huwiex sorprendenti għaliex kien jirriżulta diġà mit-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof Ġermaniża tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, iktar ’il fuq.</P></NOTE> li l-qorti tal-appell <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħha ta’ imħallef tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> eżaminat il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>klawżola kuntrattwali inizjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fil-kuntest ġenerali tad-dispożizzjonijiet kontrattwali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, din il-klawżola kellha titqies mhux bħala ftehim fuq il-post ta’ eżekuzzjoni, iżda bħala dispożizzjoni fuq kif jitħallsu l-ispejjeż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ma jidhirlix li Wittwer (nota ta’ qiegħ il-paġna 18) ikkunsidra dan l-aspett, paġni 193 u 195.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, la l-qorti tar-rinviju u lanqas il-Qorti tal-Ġustizzja ma taw importanza deċiżiva lill-klawżola inkwistjoni għad-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża Electrosteel Europe</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-kuntratt ikkontestat fil-proċedura prinċipali fih dispożizzjoni li mad-daqqa ta’ għajn hija simili għal klawżola Car Trim, imma li bis-saħħa tagħha l-oġġetti kellhom jiġu kkunsinnati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sal-fabbrika (tal-bejjiegħa Taljana)<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Il-qorti tar-rinviju tindika biss l-eżistenza ta’ din il-klawżola, mingħajr ma tgħid xejn fuq ir-rilevanza tagħha għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Iżda fuq dan il-punt, il-partijiet fil-kawża jsostnu fehmiet preċiżi u opposti: ix-xerrejja tgħid li hemm klawżola kummerċjali ekwivalenti għall-klawżola Incotem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>franco fabbrica<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (sal-fabbrika jew<?PAGE NO="I-4995"?> Ex Works, imqassra EXW) u li tikkostitwixxi determinazzjoni kuntrattwali tal-post tal-kunsinna fis-sens tas-sentenza Car Trim; kif ukoll l-element deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna huwa l-post, fl-Italja, fejn jintbagħtu l-oġġetti lit-trasportatur, u mhux id-destinazzjoni finali tagħhom fi Franza. Fir-rigward tal-Kummissjoni, hija tissuġġetta għal kundizzjonijiet stretti d-determinazzjoni kuntrattwali tal-post tal-kunsinna mill-partijiet, billi tindika li l-partijiet għandhom jippreċiżaw b’mod ċar il-forma, il-mument u l-post tal-kunsinna tal-oġġetti. Skont il-Kummissjoni, l-Incoterms u klawżoli simili jirregolaw prinċipalment it-trasferiment tar-riskji u l-kwistjonijiet ta’ kif jitħallsu l-ispejjeż; għalhekk il-klawżola inkwistjoni ma fiha l-ebda rilevanza għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna anki jekk fl-eżami tal-kumpless tal-fatti fil-proċess ma huwiex ċar liema għanijiet għandha din fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra, fid-dawl tas-sentenza Car Trim u fin-nuqqas ta’ determinazzjoni kuntrattwali tal-post tal-kunsinna, li għandu jiġi kkunsidrat li l-post ta’ destinazzjoni finali tal-oġġetti huwa fejn ix-xerrej realment akkwista l-poter li jiddisponi minnhom; hawnhekk dan huwa każ ta’ pussess fattwali mingħajr ma hemm bżonn ta’ kunsiderazzjoni tat-trasferiment legali tal-proprjetà.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kwistjonijiet ġuridiċi li għandhom jiġu deċiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok għandha tingħata interpretazzjoni lill-klawżola f’dan il-każ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sal-fabbrika (tal-bejjiegħa Taljana)<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li fl-aħħar mill-aħħar għandha tagħmel dan l-eżami<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Car Trim, punt 54.</P></NOTE>. Hija għandha eventwalment tanalizza jekk il-klawżola hijiex komponent validu tal-kuntratt, sabiex tiġi ddeterminata r-rieda konkreta tal-partijiet u, jekk ikun il-każ, tikkonstata li l-kliem fil-klawżola kkontestata ma huwiex totalment identiku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Fuq il-problema tal-interpretazzjoni tal-klawżoli ta’ kunsinna, ara M.M. Fogt, <HT TYPE="ITALIC">Die Vereinbarung und Auslegung von FRANCO-Lieferklauseln beim CISG-Kauf</HT>, The European Legal Forum 2003, fil-paġni 61, 67 u 68.</P></NOTE> għall-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>franco fabbrica<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tal-Incoterms.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu din għandha tinżamm separata mill-kwistjoni preliminari ġenerali dwar liema kundizzjonijiet l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jimponi fuq ftehim fuq il-post ta’ eżekuzzjoni jew fuq determinazzjoni kuntrattwali – li għandhom jiġu kkunsidrati mill-qorti nazzjonali - tal-post ta’ kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għalkemm is-sentenza Car Trim tippermetti li l-post tal-kunsinna jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, madankollu, din tipprovdi li din id-determinazzjoni għandha ssir mingħajr riferiment għad-dritt applikabbli għall-kuntratt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Car Trim, punt 53.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4996"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, tqum il-kwistjoni ta’ jekk il-klawżoli kummerċjali internazzjonali bħal dawk ta’ Incoterms, fejn l-interpretazzjoni tippresupponi r-rikors għar-regoli tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali, jissodisfawx l-ħtieġa ta’ ċertezza li l-parti dispożittiva tas-sentenza Car Trim timponi għal determinazzjoni tal-post tal-kunsinna fuq il-bażi tal-kuntratt: Fil-fatt, billi s-sentenza Car Trim tipprojbixxi li wieħed jirrikorri għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt, dan jista’ jkun il-każ ukoll għar-rikors għall-Incoterms.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Peress li ma jistax jiġi eskluż li l-qorti nazzjonali tirriferi għas-sistemi ta’ regoli tal-Incoterms sabiex tinterpreta l-klawżola kuntrattwali kkontestata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ klawżola definita wkoll fl-Incoterms, Magnus jipproponi li wieħed jirrikorri għad-definizzjoni tal-Incoterms anki meta l-partijiet ma jkunux espressament irriferew għalihom, meta ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni evidenti oħra li turi xi rieda oħra tal-partijiet (J. von Staudinger u U. Magnus, <HT TYPE="ITALIC">Kommentar zum Bürgerlichen Gesetzbuch mit Einführungsgesetz und Nebengesetzen, Wiener UN-Kaufrecht [CISG]</HT>), Sellier – de Gruyter, Berlin 2005, Artikolu 31 CISG, punt 31).</P></NOTE>, nikkunsidra li huwa opportun fil-kuntest tar-risposta għad-domanda preliminari, li tiġi eżaminata din il-problema. Fil-fatt din hija inkluża fid-domanda fformulata b’mod iktar wiesa’ mill-qorti tar-rinviju, li b’mod ġenerali tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta, għall-finijiet tal-kawża li għandha quddiemha, l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[…] jew inkella, huwa possibbli li tingħata interpretazzjoni differenti tad-dispożizzjoni ċċitata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett ser neżamina wkoll jekk klawżoli kummerċjali bħal dawk tal-Incoterms humiex ta’ natura li jippermettu d-determinazzjoni kuntrattwali tal-post tal-kunsinna, skont il-punt 2 tal-parti dispożittiva tas-sentenza Car Trim. It-tieni nett, fid-dawl tar-riżultat miksub, jeħtieġ li tiġi adattata l-formula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għal dan il-każ.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-klawżoli tal-Incoterms u klawżoli kummerċjali paragunabbli, bit-tifsira definita konkretament, huma klawżoli kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom jista’ jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Is-sentenza Car Trim tippreċiża l-marġni diskrezzjonali li għandhom il-partijiet sabiex jiddeterminaw b’kuntratt il-post tal-kunsinna fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Minn aspett sistematiku u fid-dawl tal-istruttura tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 hemm bżonn issir distinzjoni bejn il-ftehim fuq il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>post tat-twettieq ta’ l-obbligi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u l-ftehim fuq il-post ta’ kunsinna.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4997"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà ta’ ftehim fuq il-post ta’ eżekuzzjoni, fil-kuntest tal-oppożizzjoni bejn l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>post [ta’ kunsinna], skond il-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Mad-daqqa ta’ għajn, il-kliem tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jidher li joffri żewġ alternattivi possibbli għad-determinazzjoni kuntrattwali tal-post ta’ eżekuzzjoni: minn naħa ftehim kważi indirett fuq il-post ta’ eżekuzzjoni permezz ta’ definizzjoni kuntrattwali tal-post ta’ kunsinna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Is-sentenza Car Trim tikkonstata fil-punt 51 li r-regolament ma jiddefinixxix il-kunċett tal-post ta’ kunsinna u, għad-determinazzjoni tiegħu, is-sentenza tirreferi fl-ewwel lok għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt (punt 54).</P></NOTE> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>l-post […] fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti […] suppost li kienu kunsinjati<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Huwa l-post ta’ eżekuzzjoni msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>legali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, ftehim li jistabbilixxi direttament – u forsi indipendentement mill-post ta’ kunsinna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Madankollu, permezz tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="19970220">20 ta’ Frar 1997</DATE>, MSG (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/95" PAGE.ECR="I-911" YEAR="1997">C-106/95, Ġabra 1997, I-911</REF.DOC.ECR>, punt 35), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkritikat, fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>akkordji astratti fuq il-post ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> maqtugħin mir-realtà tal-eżekuzzjoni tal-obbligu; il-Qorti tal-Ġustizzja ma tikkonsiderahomx bħala legali ħlief jekk jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għal ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni (l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE>). Fir-rigward tal-ġurisprudenza li hija favorevoli għall-ftehim kuntrattwali, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19800117">17 ta’ Jannar 1980</DATE>, Zelger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="56/79" PAGE.ECR="89" YEAR="1980">56/79, Ġabra 1980, p. 89</REF.DOC.ECR>, punt 5).</P></NOTE> – il-post ta’ eżekuzzjoni: fil-fatt, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, il-post ta’ kunsinna ma għandux jiġi kkunsidrat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod ġenerali, is-sentenza Car Trim tħalli inċertezza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Madankollu, fil-kummentarju tiegħu fuq is-sentenza Car Trim ippubblikat fl-EuZW 2010, p. 303 sa 305, Leible jemmen li jista’ jiddeduċi mir-referenza għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil-punt 46 tas-sentenza, il-konklużjoni li, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li jinżammu l-postijiet marbutin mal-kuntratt għajr il-post ta’ eżekuzzjoni u, min-naħa l-oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tkompli ma tittolerax ftehim astratt fuq il-post tal-eżekuzzjoni.</P></NOTE> fuq il-possibbiltà tal-partijiet li jistipulaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mill-kunsiderazzjoni tal-post ta’ kunsinna, b’mod li s-soluzzjonijiet li jikkuntrastaw bejniethom li huma proposti fuq dan il-punt fid-duttrina<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Id-duttrina Ġermaniża b’mod partikolari hija rikka f’suġġerimenti ta’ interpretazzjoni: ara pereżempju M. Klemm, <HT TYPE="ITALIC">Erfüllungsortvereinbarungen im Europäischen Zivilverfahrensrecht, Jenaer Wissenschaftliche Verlagsgesellschaft</HT>, Iéna 2005, il-paġni 71 sa 80 kif ukoll, għal analiżi sħiħa fuq l-istat tad-dibattitu minn S. Leible f’Th. Rauscher, <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Zivilprozessrecht und Kollisionsrecht EuZPR/EuIPR</HT>, edizzjoni 2011, Sellier, Munich 2011, taħt l-Artikolu 5 Brussell I-VO, punt 57b.</P></NOTE> għadhom qed jistennew<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Hija elokwenti l-konstatazzjoni kważi fatalistika ta’ A. Briggs u R. Rees, <HT TYPE="ITALIC">Civil Jurisdiction and Judgements</HT>, Informa Publishing Group, it-Tielet Edizzjoni 2002, p. 131: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>It is close to impossible to make sense of the words <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>or otherwise agreed<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/>… They can be forgotten until an imaginative court is able to breathe meaning into them. [Huwa kważi impossibbli li wieħed jagħmel sens mill-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>. Tali kliem jista’ jintesa sakemm qorti imaġinattiva tagħtih sens.]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></NOTE> kjarifika.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-domanda ma hijiex importanti f’dan il-każ għaliex ma huwiex importanti li jkun magħruf jekk ftehim eventwali fuq il-post ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">indipendenti mill-post ta’ kunsinna</HT> huwiex legali, iżda jekk il-<HT TYPE="ITALIC">post ta’ kunsinna</HT> huwiex validament speċifikat minn klawżola kummerċjali u jekk il-post ta’ eżekuzzjoni jistax għalhekk jiġi ddeterminat kuntrattwalment.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4998"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-kriterji tal-formula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għal determinazzjoni kuntrattwali tal-post ta’ kunsinna u l-applikazzjoni tagħhom għall-klawżoli kummerċjali li għandhom sinjifikat definit konkretament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont is-sentenza Car Trim, il-partijiet fil-kuntratt jibqgħu liberi li jikkonkludu ftehim<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza Car Trim, punti 45 u 46.</P></NOTE> fuq il-post ta’ kunsinna, iżda għandu jkun possibbli li jiġi identifikat dan tal-aħħar mingħajr ma jkun meħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ssir referenza għal-liġi sostantiva applikabbli għall-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza Car Trim, punti 55.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Jekk wieħed japplika dawn il-kriterji lill-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ex works<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-Incoterms 2000, l-ewwel nett irid jiġi kkonstatat li din tal-aħħar ma tirreferix għad-dritt applikabbli għall-kuntratt. F’dan ir-rigward, b’qari litterali tas-sentenza Car Trim, din il-klawżola, għalhekk, ma tippreżenta l-ebda problema.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>ex works<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> hija adattata perfettament ukoll sabiex jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna, fejn din tiddeskrivi mhux biss it-trasferiment tar-riskji (punt A5 u B5) iżda wkoll il-post tal-kunsinna (punti A4 u B4) f’termini ta’ klawżola vera ta’ rtirar ta’ merkanzija mix-xerrej. F’din il-perspettiva, id-duttrina<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara b’mod partikolari Leible (nota ta’ qiegħ il-paġna 37), fejn hemm iktar referenzi.</P></NOTE> u l-ġurisprudenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara b’mod partikolari, dwar il-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>delivery: ex works<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, is-sentenza tal-Oberlandesgericht Karlsruhe tat-<DATE ISO="20060328">28 ta’ Marzu 2006</DATE>, IPRspr 2006, Nr. 111, paġni 242 sa 250.</P></NOTE> jsostnu li l-klawżola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ex works<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tal-Incoterms li tniżżlet fil-kuntratt tippermetti li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna u tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Jiena wkoll nikkunsidra li dan l-argument huwa rilevanti. Għaliex il-partijiet ma jistgħux jinqdew b’klawżoli kummerċjali konvenjenti sabiex jistabbilixxu kuntrattwalment il-post ta’ kunsinna? Argument partikolari favur dawn il-klawżoli huwa l-fatt li dawn il-klawlożi huma maħsuba sew u, minħabba s-sistema ta’ regoli tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali, it-tifsira ta’ dawn il-klawżoli hija definita oġġettivament u dan jista’ ma jkunx il-każ ta’ klawżoli kuntrattwali mħejjija liberament mill-partijiet, kultant ukoll f’lingwa barranija li ma jkollhomx għarfien sod tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex konvinċenti l-argument li l-utenti tad-dritt u partikolarment qorti li tkun trid taċċerta l-ġurisdizzjoni tagħha, jifhmu biss is-sinjifikat konkret tal-klawżola wara li jkunu eventwalment irrikorrew għas-sistemi ta’ regoli tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament esprimiet fis-sentenza Car Trim il-prinċipju ta’ determinazzjoni pragmatika tal-post ta’<?PAGE NO="I-4999"?> eżekuzzjoni bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe riferiment għad-dritt internazzjonali privat jew għad-dritt sostantiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza Car Trim, punti 54 u 53.</P></NOTE>; madankollu jidhirli li riferiment għal Incoterms iddefiniti b’mod ċar ma hijiex paragunabbli mar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>referenza [miċħuda mill-qorti] għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza Car Trim, punt 2 tal-parti dispożittiva.</P></NOTE>. Fil-fatt, huwa possibbli li, mingħajr kunsiderazzjonijiet legali kkumplikati, jiġi stabbilit is-sinjifikat konkret tal-Incoterms billi jiġu kkonsultati speċifikament regoli faċilment aċċessibbli. Dan huwa tal-inqas il-każ meta, fir-rigward tal-verżjoni tagħha fis-seħħ (pereżempju l-Incoterms 2000), il-klawżola tal-Incoterms tkun ifformulata b’mod ċar. Li wieħed isostni li l-validità ta’ ftehim fuq il-post tal-kunsinna b’riferiment għall-klawżola tal-Incoterms tiġi tiddependi mill-fatt jekk ġietx mehmuża mal-kuntratt kopja tar-regoli li konkretament jiddeskrivu din il-klawżola, jirrappreżenta sempliċi formaliżmu li ma fih l-ebda bażi legali fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Konklużjoni intermedjarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni intermedjarja, għandu jiġi deċiż li l-Incoterms u klawżoli kummerċjali paragunabbli jistgħu fil-prinċipju jikkostitwixxu dispożizzjonijiet kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom ikun possibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Adattament tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>formula Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għal din il-kawża</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Sabiex il-qorti tar-rinviju tingħata risposta utli, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipji kkonstatati fis-sentenza Car Trim għandhom jgħoddu b’mod ġenerali għall-kuntratti ta’ bejgħ u mhux biss għall-bejgħ mill-bogħod. Fil-fatt l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 – bħad-domanda preliminari f’din il-kawża – ma jagħmel l-ebda differenza bejn il-bejgħ mill-bogħod u kuntratti oħra ta’ bejgħ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Din kienet ukoll il-fehma tal-Avukat Ġenerali Mazák fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Car Trim.</P></NOTE>, anki jekk irid jiġi rrikonoxxut li huwa speċjalment fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod li d-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna toħloq problemi partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, huwa għalhekk il-ftehim – konklużiv fih innifsu – bejn il-partijiet li fl-ewwel lok għandu jittieħed inkunsiderazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza Car Trim, punti 54 u 55.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, il-klawżoli Incoterms u l-klawżoli kummerċjali paragunabbli li jkollhom sinjifikat definit konkretament jistgħu jikkostitwixxu dispożizzjonijiet kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom huwa possibbli li jiġi ddeterminat<?PAGE NO="I-5000"?> il-post ta’ kunsinna skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk il-post tal-kunsinna ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ ftehim rilevanti tal-partijiet, jeħtieġ li, bħal fil-kawża Car Trim, wieħed jimxi mal-prinċipju tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>determinazzjoni pragmatika tal-post ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> li hija bbażata fuq kriterji purament fattwali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza Car Trim, punt 52.</P></NOTE> u jiġi kkunsidrat il-post tal-kunsinna materjali tal-oġġetti lix-xerrej li permezz ta’ hekk ikun akkwista l-poter li jiddisponi b’mod effettiv minn dawn l-oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Mill-verżjoni awtentika tas-sentenza Car Trim, dik bil-Ġermaniż, jirriżulta ċar biżżejjed, u mingħajr il-bżonn ta’ kjarifika, li dan huwa kriterju purament fattwali marbut mal-pussess sempliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu jeħtieġ li tingħata spjegazzjoni iktar preċiża fil-formula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Car Trim<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> meta tuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>fid-destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dan huwa l-post fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>il-merkanzija li tikkostitwixxi l-għan materjali tal-kuntratt, <HT TYPE="ITALIC">fil-prinċipju</HT> għandha tkun f’dan il-post wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratt [bil-kunsinna materjali lix-xerrej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza Car Trim, punt 60.</P></NOTE>]<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza Car Trim, punt 61; il-korsiv huwa tiegħi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, minn naħa, li l-kunsinna tal-merkanzija lit-trasportatur (differenti mill-persuna tax-xerrej) fi kwalunkwe każ ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi indikat il-post tal-kunsinna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Din hija wkoll il-fehma ta’ Mankowski (nota ta’ qiegħ il-paġna 15), paġna 288.</P></NOTE>. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-operazzjoni ta’ bejgħ tispiċċa biss mal-kunsinna materjali lix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra jirriżulta li ċaqliq ġdid <HT TYPE="ITALIC">mhux mistenni</HT> tal-oġġetti mix-xerrej ma huwiex importanti għall-indikazzjoni tal-post tal-kunsinna, peress li trasport ġdid, pereżempju mill-maħżen tax-xerrej lejn stabbiliment ieħor, li jinsab barra mit-tranżazzjoni ta’ bejgħ u jispiċċa f’post <HT TYPE="ITALIC">differenti</HT> fejn, <HT TYPE="ITALIC">fil-prinċipju</HT>, ma kellhomx ikunu l-oġġetti wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Billi huwa deċiżiv ir-riferiment għat-tranżazzjoni ta’ bejgħ, il-kriterju tal-post tad-destinazzjoni finali jidher li jista’ jiġi applikat mhux biss għall-bejgħ mill-bogħod iżda wkoll għas-sitwazzjoni fejn l-irtirar tal-oġġetti<?PAGE NO="I-5001"?> mix-xerrej stess: f’każ bħal dak, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>post ta’ destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> jkun diġà ntlaħaq fil-postijiet tal-bejjiegħ u t-tranżazzjoni ta’ bejgħ tkun spiċċat bil-kunsinna tal-oġġetti lix-xerrej li jkun ġie jiġborhom.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fattur determinanti f’dawn il-każijiet kollha huwa essenzjalment il-kunsinna materjali lix-xerrej fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. F’analiżi iktar preċiża tal-każijiet iċċitati, din il-kunsinna tidher meħtieġa, iżda biżżejjed ukoll, sabiex jiġi indikat il-post tal-kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk tqum il-mistoqsija jekk il-kunsiderazzjoni addizzjonali tal-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>post ta’ destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> toħloqx iktar konfużjoni milli tkun ta’ utilità. Mil-lat sistematiku dan il-kriterju huwa fuq kollox dubjuż, billi jfakkar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>post finali tal-kunsinna ta’ l-oġġetti […]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> – previst fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 44/2001 – espressament stabbilit għall-persuni domiċiljati fil-Lussemburgu. Ma huwiex il-każ li din id-dispożizzjoni ta’ eċċezzjoni tiġi ġġeneralizzata fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, jinħoloq ċertu dubju b’mod partikolari mill-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>: għalhekk, kif għandha tiġi kkunsidrata sitwazzjoni fejn l-oġġetti jinħażnu provviżorjament fil-maħżen tax-xerrej, biex dan tal-aħħar imbagħad jittrasferixxihom fi stabbiliment ieħor u dik l-intenzjoni tkun magħrufa mill-bejjiegħ sa mill-bidu? Wieħed jista’ jimmaġina liema diskussjonijiet jinqalgħu dwar il-kriterju tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. F’każ simili tqum ukoll il-kwistjoni tas-separazzjoni bejn il-post ta’ destinazzjoni finali (l-istabbiliment l-ieħor) u l-post tal-kunsinna effettiva tal-oġġetti (il-maħżen provviżorju).</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nikkunsidra li huwa preferibbli li tiġi rrinunzjata l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Il-post tal-kunsinna materjali lix-xerrej jikkostitwixxi kriterju ċar, prevedibbli għaż-żewġ partijiet, li ma jeħtieġx modifiki addizzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5002"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi li għad-domanda preliminari tal-qorti tar-rinviju tingħata r-risposta li ġejja:</TXT><P>L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-kunsinna rilevanti għall-finijiet tal-indikazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-partijiet.</P><P>Il-klawżoli Incoterms u klawżoli kummerċjali oħra paragunabbli jistgħu fil-prinċipju jikkostitwixxu dispożizzjonijiet kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom huwa possibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001.</P><P>Fil-każ fejn ikun impossibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna, mingħajr ma jsir riferiment għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt, dan il-post huwa dak fejn ġew ikkunsinnati fiżikament l-oġġetti li permezz tagħhom ix-xerrej kiseb jew kellu jikseb is-setgħa li jiddisponi effettivament minn dawn l-oġġetti.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>