<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-290/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0290</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:119">EU:C:2022:119</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220224">24.2.2022</DATE> – Kawża C‑290/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Latvijas gāze</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20220224">24 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Suq intern tal-gass naturali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/73/KE</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 3 tal-Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>trasport<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-konnessjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna, ta’ faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass ta’ gass naturali likwifikat u ta’ klijenti industrijali man-network ta’ trasport</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 32(1)</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess ta’ terzi għan-network</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ konnessjoni diretta tal-klijenti finali man-network ta’ trasport ta’ gass naturali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑290/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200630">30 ta’ Ġunju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Latvijas Gāze<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> AS,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Latvijas Republikas Saeima,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Passer (Relatur), F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Latvijas Gāze<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> AS, minn L. Liepa, advokāts,</P></ITEM><ITEM><P>għas-Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, inizjalment minn R. Irklis, sussegwentement minn I. Birziņš,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, inizjalment minn K. Pommere u V. Soņeca, sussegwentement minn K. Pommere, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn O. Beynet u A. Sauka, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 23 u tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 94</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors kostituzzjonali ppreżentat minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Latvijas Gāze<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> AS kontra deċiżjoni tas-Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija (il-Kummissjoni Regolatorja tas-Servizzi Pubbliċi, il-Latvja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>awtorità regolatorja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) li tipprovdi li kull utent ta’ gass naturali jista’ jaqbad, taħt ċerti kundizzjonijiet, man-network ta’ trasport tal-gass naturali, mingħajr l-intervent tal-operatur tan-network ta’ distribuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2009/73</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4, 8, 14, 16, 23 sa 26 u 61 tad-Direttiva 2009/73 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(3)</NO.P><TXT>Il-libertajiet li t-Trattat jiggarantixxu liċ-ċittadini tal-Unjoni — <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi – ikunu ottenibbli biss i f’suq miftuħ għal kollox, li jippermetti lill-konsumaturi kollha liberament li jagħżlu lill-provdituri tagħhom u l-provdituri tagħhom liberament jikkonsenjaw lill-klijenti tagħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Madankollu, bħalissa, jeżistu ostakli għall-bejgħ ta’ gass taħt termini ugwali u mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġi fil-Komunità. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għad ma jeżistux.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Hija biss it-tneħħija tal-inċentiv għall-impriżi integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward tal-aċċess għan-network u l-investiment li tista’ tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà, li timplika l-ħatra tal-proprjetarju tan-network bħala l-operatur tas-sistema u l-indipendenza tiegħu minn kwalunkwe interess ta’ fornitura u produzzjoni, hija b’mod ċar mezz effettiv u stabbli biex jiġi solvut il-konflitt ta’ interess inerenti u biex tkun żgurata s-sigurtà tal-fornitura. Għal dik ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20070710">10 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar Prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku [(<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="175E" PAGE.FIRST="206" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 175 E, p. 206</REF.DOC.OJ>)] rrifera għas-separazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà fil-livell tat-trasmissjoni [trasport] bħala l-aktar għodda effettiva għall-promozzjoni tal-investimenti fl-infrastrutturi b’mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-network għal parteċipanti ġodda u t-trasparenza fis-suq. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Fejn, fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, l-impriża li tkun proprjetarja tas-sistema [network] ta’ trasmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà u l-istabbiliment ta’ operatur ta’ sistema jew ta’ operatur tat-trasmissjoni li jkun indipendenti mill-interessi ta’ fornitura u ta’ produzzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>L-effikaċja sħiħa tas-soluzzjonijiet ta’ operatur indipendenti tas-sistema jew ta’ operatur indipendenti tat-trasmissjoni trid tiġi żgurata permezz ta’ regoli speċifiċi addizzjonali. Ir-regoli dwar l-operatur indipendenti tat-trasmissjoni jipprovdu qafas regolatorju xieraq biex jiġu garantiti kompetizzjoni ġusta, investiment suffiċjenti, aċċess għall-parteċipanti l-ġodda fis-suq u l-integrazzjoni tas-swieq tal-gass. Is-separazzjoni effettiva permezz tad-dispożizzjonijiet dwar l-operatur indipendenti tat-trasmissjoni għandha tkun ibbażata fuq pilastru ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni u miżuri li jirrigwardaw il-governanza tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, kif ukoll fuq pilastru ta’ miżuri relatati mal-investiment, il-konnessjoni man-netwerk ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni u l-integrazzjoni tas-suq permezz ta’ koperazzjoni reġjonali. L-indipendenza tal-operatur tat-trasmissjoni għandha tiġi żgurata wkoll, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, permezz ta’ ċerti perijodi ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tregwa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>cooling-off<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> periods) li matulhom, fl-Impriża Integrata Vertikalment, ma ssir l-ebda attività ta’ ġestjoni jew attività relevanti oħra li tagħti aċċess għall-istess informazzjoni li setgħet inkisbet f’pożizzjoni maniġerjali. Il-mudell tal-operatur tat-trażmissjoni indipendenti tas-separazzjoni effettiva jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fit-8 u d-<DATE ISO="20070309">9 ta’ Marzu 2007</DATE>.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-aċċess għat-trasport. Dawn it-tariffi għandhom japplikaw għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. Fejn faċilità tal-ħżin, linepack jew servizz anċillari topera f’suq li huwa biżżejjed kompetittiv, l-aċċess jista’ jiġi permess a bażi ta’ mekkaniżmi bbażati fuq is-suq li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza ta’ operaturi tas-sistemi tal-ħżin sabiex jittejjeb l-aċċess ta’ partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa sabiex ikunu jistgħu effiċjentement jagħtu lill-klijenti aċċess għas-sistemi. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>L-aċċess non-diskriminatorju għan-network ta’ distribuzzjoni jiddetermina l-aċċess downstream għall-klijenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. […] Sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ugwali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta’ operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom għalhekk ikunu sorveljati sabiex dawn ma jitħallewx japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, partikolarment fir-rigward ta’ klijenti żgħar domestiċi u mhux domestiċi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri konkreti sabiex jassistu fl-użu usa’ tal-biogass u tal-gass mill-biomassa, li l-produtturi tagħhom għandhom jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, sakemm dan l-aċċess ikun kompatibbli b’mod kontinwu mar-regoli tekniċi u mal-istandards ta’ sikurezza relevanti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(61)</NO.P><TXT>Taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali [u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="229" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 229, p. 29</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>)] il-Kummissjoni [Ewropea] tista’ tadotta Linji gwida biex tikseb il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ. Dawn il-Linji gwida, li jikkostitwixxu miżuri obbligatorji ta’ implimentazzjoni, huma, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva wkoll, għodda siewja li tista’ tiġi adattata malajr fejn meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>impriża tal-gass naturali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura, xiri jew ħżin tal-gass naturali, inkluż [il-gass naturali likwifikat (LNG)], li hija responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi u/jew tal-manutenzjoni relatati għal dawk il-funzjonijiet, iżda m’għandhomx jinkludu l-klijenti finali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>trasmissjoni [trasport]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser it-trasport tal-gass naturali minn network li fiha prinċipalment pipelines ta’ pressa għolja li mhix upstream pipeline network u li mhix il-parti tal-pipelines bi pressa għolja użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bi skop li jiġi konsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-fornitura;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipeline networks lokali jew reġjonali bi skop tal-konsenja tiegħu lill-klijent, iżda li ma tinkludix il-fornitura;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>fornitura<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, tal-gass naturali, inkluż LNG, lill-klijenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>faċilità tal-ħżin<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser faċilità użata għall-ħżin tal-gass naturali u proprjetà ta’ u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin iżda eskluż is-sehem użat għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riservati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>faċilità tal-LNG<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser terminali li tintuża għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni [konverżjoni] mill-ġdid [f’gass] tal-LNG, u għandha tinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema ta’ trasmissjoni, iżda m’għandha tinkludi ebda parti minn terminali ta’ LNG użati għall-ħżin;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>klijent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser klijent bl-ingrossa jew finali tal-gass naturali jew impriża tal-gass naturali li jixtru l-gass naturali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>klijent tad-dar [domestiku]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser klijent li jixtri l-gass naturali għall-konsum tiegħu fid-dar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>klijent mhux tad-dar <QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser klijent li jixtri l-gass naturali li mhuwiex għall-użu tiegħu fid-dar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>klijent finali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser klijent li jixtri l-gass naturali għall-konsum tiegħu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Regoli tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-awtoritajiet regolatorji fejn l-Istati Membri hekk jistipulaw, jew l-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-kriterji tas-sigurtà teknika jiġu definiti u li r-regoli tekniċi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tad-diżinn tekniku u dawk operattivi għat-tqabbid mas-sistema tal-faċilitajiet tal-LNG, faċilitajiet tal-ħżin, sistemi oħrajn tat-trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni, u linji diretti, jiġu żviluppati u ppubblikati. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jaċċertaw l-interoperabbiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-Aġenzija tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tintlaħaq il-kompatibilità ta’ dawn ir-regoli, fejn ikun jixraq. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Separazzjoni tas-sistemi ta’ trasmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mit-<DATE ISO="20120303">3 ta’ Marzu 2012</DATE> ’il quddiem:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull impriża li tipposjedi sistema ta’ trasmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew provvista, u li direttament jew indirettament jezerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew fuq sistema ta’ trasmissjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew fuq sistema ta’ trasmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew provvista;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta’ sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew tas-sistema ta’ trasmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ provvista; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jkunu membri tal-bord ta’ sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta’ impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ forniment kif ukoll ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew tas-sistema ta’ trasmissjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn, fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, is-sistema ta’ trasmissjoni tkun il-proprjetà ta’ impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-Paragrafu 1.</P><P>F’tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 14, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, is-sistema ta’ trasmissjoni tkun il-proprjetà ta’ impriża integrata vertikalment u jkun hemm arranġamenti fis-seħħ li jiggarantixxu indipendenza aktar effettiva tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-konnessjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħżin, faċilitajiet ta’ gassifikazzjoni mill-ġdid ta’ LNG u kljienti industrijali mas-sistema ta’ trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri u tariffi trasparenti u effiċjenti għall-konnessjoni mhux diskriminatorja tal-faċilitajiet ta’ ħżin, tal-faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass tal-LNG, u tal-konsumaturi industrijali man-network ta’ trażmissjoni. Il-proċeduri għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni m’għandhomx ikunu intitolati li jirrifjutaw il-konnessjoni ta’ faċilità ġdida ta’ ħżin, faċilità ta’ gassifikazzjoni mill-ġdid ta’ LNG jew klijent industrijali għal raġunijiet ta’ limitazzjonijiet possibbli futuri fil-kapaċitajiet tan-network disponibbli jew spejjeż addizzjonali relatati maż-żieda neċessarja tal-kapaċità. L-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni għandu jkun obbligat jiżgura biżżejjed kapaċità ta’ dħul u ħruġ għall-konnessjoni l-ġdida.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-aċċess għal partijiet terzi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ aċċess għal parti terza għas-sistemi ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni, u faċilitajiet tal-LNG abbażi ta’ tariffi ppubblikati, applikabbli għall-klijenti eliġibbli kollha, inklużi l-impriżi ta’ forniment u applikati b’mod oġġettiv u mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn it-tariffi, jew il-metodoloġiji li jkunu sottostanti l-kalkoli tagħhom, ikunu approvati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ konformement mal-Artikolu 41 minn awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 39(1) u li dawk it-tariffi — u l-metodoloġiji, fejn il-metodoloġiji biss ikunu approvati — jiġu ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Dmirijiet u setgħat tal-awtorità regolatorja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(m)</NO.P><TXT>jissorveljaw iż-żmien li jittieħed mill-operaturi ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 715/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 715/2009, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal‑<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="67" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 293, p. 67</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 715/2009), dan tal-aħħar huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-networks ta’ trasport ta’ gass naturali filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq nazzjonali u reġjonali bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern tal-gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, il-linji gwida dwar, b’mod partikolari, id-definizzjoni ta’ informazzjoni teknika meħtieġa għall-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għan-network kif ukoll id-definizzjoni tal-punti rilevanti kollha għar-rekwiżiti tat-trasparenza, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata fil-punti rilevanti kollha flimkien mal-iskeda taż-żmien għall-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, jissemmew fl-Anness I tal-imsemmi regolament għal dak li jikkonċerna l-operaturi tan-network ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 3.2 tal-Anness I tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Definizzjoni tal-punti rilevanti kollha għar-rekwiżiti ta’ trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1.</NO.P><TXT>Il-punti rilevanti għandhom jinkludu għall-inqas:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ kollha għal u minn netwerk ta’ trażmissjoni mħaddma minn operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, bl-eċċezzjoni tal-punti ta’ ħruġ konnessi ma’ konsumatur finali waħdieni, u bl-eċċezzjoni ta’ punti ta’ dħul marbuta direttament ma’ faċilità ta’ produzzjoni ta’ produttur waħdieni li jinsab fl-UE;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-informazzjoni għal konsumatur finali waħdieni u għall-faċilitajiet ta’ produzzjoni, li hija eskluża mid-definizzjoni ta’ punti rilevanti kif deskritt fil-punt 3.2(1)(a), għandha tiġi ppubblikata f’format aggregat, mill-inqas għal kull żona ta’ bbilanċjar. L-aggregazzjoni ta’ konsumatur finali waħdieni u ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni, li huma esklużi mid-definizzjoni ta’ punti rilevanti kif deskritti fi 3.2(1)(a), għandha tkun ikkunsidrata bħala punt wieħed rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan l-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Latvjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 84.<HT TYPE="SUP">1</HT>(1) tal-enerģētikas likums (il-Liġi dwar l-Enerġija), tat‑<DATE ISO="19980903">3 ta’ Settembru 1998</DATE> (Latvijas Vēstnesis, 1998, Nru 273/275), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Liġi dwar l-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>L-awtorità regolatorja għandha tapprova r-regoli ta’ konnessjoni man-network ta’ trasport tal-gass naturali għall-produtturi tal-bijometan, l-operaturi tan-network tal-LNG u l-klijenti tal-gass naturali żviluppati mill-operatur tan-network ta’ trasport, kif ukoll ir-regoli ta’ konnessjoni man-network tad-distribuzzjoni tal-gass naturali għall-klijenti tal-gass naturali żviluppati mill-operatur tan-network ta’ distribuzzjoni. Dawn ir-regoli għandhom ikunu oġġettivament u ekonomikament iġġustifikati, ġusti, ekwi u trasparenti. L-awtorità regolatorja tista’ tipproponi li dawn ir-regoli ta’ konnessjoni jiġu rriveduti u titlob lill-operatur tan-network ta’ gass naturali kkonċernat jissottometti abbozz ta’ leġiżlazzjoni f’dan ir-rigward f’terminu speċifikat.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/7 tat‑<DATE ISO="20190418">18 ta’ April 2019</DATE>, l-awtorità regolatorja approvat ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Regoli għall-konnessjoni man-network ta’ trasport ta’ gass naturali għall-produtturi tal-bijometan, l-operaturi tan-network ta’ LNG u l-utenti ta’ gass naturali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>). Skont dawn ir-regoli, b’mod partikolari, kull utent tal-gass naturali jista’ jaqbad man-network ta’ trasport tal-gass naturali, mingħajr l-intervent tal-operatur tan-network ta’ distribuzzjoni, skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet previsti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sat‑<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, Latvijas Gāze, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienet l-unika impriża preżenti, bħala impriża integrata vertikalment, fis-suq Latvjan sabiex tiżgura x-xiri, il-ħażna, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ gass naturali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara din id-data, fil-kuntest tal-proċess ta’ liberalizzazzjoni tas-suq tal-gass naturali fil-Latvja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Conexus Baltic Grid<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> AS inħolqot u ġiet isseparata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Din il-kumpannija, li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma hijiex azzjonista tagħha, ġiet ittrasferita lilha l-amministrazzjoni tal-infrastruttura nazzjonali tat-trasport tal-gass naturali u tan-network uniku ta’ trasport tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-istess proċess, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Gaso<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> AS inħolqot bħala sussidjarja tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Din il-kumpannija tipprovdi, bis-saħħa ta’ liċenzja, servizz ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali fil-Latvja. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija l-unika azzjonista ta’ din il-kumpannija u, bis-saħħa tal-imsemmija liċenzja, din tal-aħħar hija l-operatur uniku tan-network ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190418">18 ta’ April 2019</DATE>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 84.<HT TYPE="SUP">1</HT>(1) tal-Liġi dwar l-Enerġija, l-awtorità regolatorja adottat id-Deċiżjoni Nru 1/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali adixxiet lill-qorti tar-rinviju, il-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Latvja), b’rikors kostituzzjonali għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni, b’mod partikolari, li mill-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li leġiżlazzjoni stabbilita minn Stat Membru ma tistax tippermetti l-konnessjoni diretta ta’ klijenti ta’ gass naturali ma’ network ta’ trasport ta’ gass naturali ħlief jekk l-operatur tan-network ta’ distribuzzjoni jkun irrifjutalhom tali konnessjoni għal raġunijiet tekniċi jew operattivi jew jekk ikunu jeżistu raġunijiet oġġettivi oħra li jirrendu neċessarja l-konnessjoni diretta ta’ dawn il-klijenti man-network ta’ trasport tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-awtorità regolatorja tqis, min-naħa l-oħra, li la l-leġiżlazzjoni nazzjonali u lanqas l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2009/73 ma jipprevedu restrizzjonijiet fil-qasam tal-konnessjoni tal-faċilitajiet tal-klijenti tal-gass naturali man-network ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, mill-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li t-trasport ta’ gass naturali bħala tip ta’ attività ta’ provvista ta’ gass naturali teskludi b’mod partikolari t-trasport tal-gass naturali fuq parti min-network ta’ pipelines bi pressa għolja prinċipalment użati għad-distribuzzjoni tal-gass naturali fil-livell lokali sabiex dan jiġi pprovdut lill-klijent finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, mill-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li l-klijenti industrijali jew, tal-inqas, il-klijenti industrijali l-ġodda jistgħu jaqbdu man-network ta’ trasport ta’ gass naturali. Issa, mix-xogħol preparatorju ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>klijenti industrijali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li ma huwiex iddefinit minnha, jista’ jkopri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>klijenti mhux tad-dar<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> finali, fis-sens tal-punt 26 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-prinċipju dwar l-aċċess ta’ terzi għas-suq intern tal-gass naturali, kif stabbilit fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73, għandux, fid-dawl tal-għan ta’ din id-direttiva li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi, japplika indirettament għall-klijenti finali. Madankollu, jidher li jirriżulta, b’analoġija, mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2009/73 għandha tiġi interpretata fis-sens li tiddefinixxi l-obbligi tal-Istati Membri biss f’dak li jirrigwarda l-aċċess ta’ terzi għan-networks ta’ trasport u ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali, u mhux il-konnessjoni tagħhom ma’ dawn in-networks.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Latvja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 23 u 32(1) tad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri għandhom l-obbligu jadottaw leġiżlazzjoni skont liema, minn naħa, kull klijent finali jista’ jagħżel ma’ liema tip ta’ network – network ta’ trasport jew ta’ distribuzzjoni – jiġi konness u, min-naħa l-oħra, l-operatur tan-network huwa obbligat jippermettilu jiġi konness man-network li jagħżel?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati jadottaw leġiżlazzjoni skont liema huwa unikament permess jiġi konness man-network ta’ trasport ta’ gass naturali klijent finali mhux domestiku (jiġifieri, unikament klijent industrijali)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE, b’mod partikolari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>klijent industrijali [ġdid]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/>, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu jistabbilixxi l-obbligu li l-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni skont liema huwa unikament permess jiġi konness man-network ta’ trasport ta’ gass naturali klijent finali mhux domestiku (jiġifieri, unikament klijent industrijali) li ma kienx diġà konness preċedentement man-network ta’ distribuzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema t-trasport ta’ gass naturali jinkludi t-trasport ta’ gass naturali direttament għas-sistema ta’ provvista ta’ gass naturali tal-klijent finali?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti nazzjonali tistaqsi jekk l-Artikolu 23 u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri għandhom jadottaw leġiżlazzjoni li permezz tagħha, minn naħa, kwalunkwe klijent finali jista’ jagħżel li jaqbad jew man-network ta’ trasport jew man-network ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operatur tan-network ikkonċernat huwa obbligat jippermettilu jaqbad mal-imsemmi network.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija analoga għal dik tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211), kif ukoll, barra minn hekk, għal dik tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="55" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 55</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/54 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippreċiżax l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri dwar il-konnessjoni tal-klijenti man-networks tal-elettriku, iżda biss l-obbligi tagħhom għal dak li jikkonċerna l-aċċess għal dawn in-networks (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 24, 25 u 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirriżulta li s-suq intern tal-gass naturali huwa organizzat b’mod analogu għal dak tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>aċċess<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> man-network jinsabu fid-Direttiva 2009/73 bl-istess tifsiriet bħal dawk użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 2003/54.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’mod partikolari mill-premessi 4, 8 u 23 sa 26 tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li, bħal fid-Direttiva 2003/54, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>aċċess<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għan-network huwa marbut, fid-Direttiva 2009/73, mal-provvista tal-gass naturali, inkluża b’mod partikolari l-kwalità, ir-regolarità u l-ispejjeż tas-servizz, u huwa ta’ spiss użat fil-kuntest tal-garanzija tat-tariffi mhux diskriminatorji. Għalhekk, l-aċċess għan-network jinftiehem, essenzjalment, bħala d-dritt li jintuża n-network ta’ gass naturali. Min-naħa l-oħra, b’mod partikolari mill-Artikoli 8 u 23, kif ukoll mill-Artikolu 41(1)(m) tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li, bħal dak użat fid-Direttiva 2003/54, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jikkonċerna l-konnessjoni fiżika mal-imsemmi network ta’ gass naturali (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħal fid-Direttiva 2003/54 kif ukoll fid-Direttiva 2009/72 għal dak li jikkonċerna l-elettriku, it-trasport u d-distribuzzjoni ta’ gass naturali, kif iddefiniti fil-punti 3 u 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73, ma jinkludux il-provvista tiegħu. Għaldaqstant, għall-klijenti eliġibbli, id-dritt ta’ aċċess għan-networks jiġi eżerċitat permezz ta’ fornitur li dawn il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liberament, kif stabbilit fil-premessa 3 ta’ din id-direttiva tal-aħħar, fejn din il-libertà ta’ għażla tkun iggarantita kemm jekk il-fornitur iqabbadhom ma’ network ta’ trasport u kemm jekk ma’ network ta’ distribuzzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħall-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/54, l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprevedi l-obbligi tal-Istati Membri biss għal dak li jirrigwarda l-aċċess għan-networks u mhux il-konnessjoni magħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lil dawn l-Istati jinkludu fil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom id-dritt ta’ kull klijent finali li jaqbad man-network ta’ trasport tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, tali obbligu lanqas ma jista’ jiġi dedott mill-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tagħha, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal separazzjoni tan-networks ta’ trasport u tal-operaturi tan-network ta’ trasport fir-rigward tal-istrutturi ta’ produzzjoni u ta’ provvista skont wieħed mill-mudelli li ġejjin, jiġifieri s-separazzjoni tal-istrutturi tal-proprjetà, li jimplika li l-proprjetarju tan-network ikun indikat bħala operatur<?PAGE NO="12"?> tan-network u li jkun indipendenti mill-istrutturi ta’ provvista u ta’ produzzjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>ewwel mudell ta’ separazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>), l-istabbiliment ta’ operatur ta’ network indipendenti (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>tieni mudell ta’ separazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>), jew l-istabbiliment ta’ operatur ta’ trasport indipendenti (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>tielet mudell ta’ separazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, huwa biss meta l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jużax l-ewwel mudell ta’ separazzjoni li dan l-Istat Membru jkollu jinnomina, kif jipprevedi l-Artikolu 9(8)(a) tad-Direttiva 2009/73, operatur ta’ network indipendenti konformement mal-Artikolu 14 (it-tieni mudell ta’ separazzjoni), jew li jkollu jikkonforma ruħu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(8)(b) tad-Direttiva, mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV (it-tielet mudell ta’ separazzjoni) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (Swieq tal-elettriku u tal-gass naturali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑767/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:984">EU:C:2020:984</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tiddikjara l-premessa 16 tad-Direttiva 2009/73, huwa fl-ipoteżi fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun għażel it-tieni jew it-tielet mudell ta’ separazzjoni li għandha tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa ta’ dawn is-soluzzjonijiet permezz ta’ regoli speċifiċi addizzjonali, jiġifieri regoli differenti minn dawk li jinsabu fl-Artikolu 9(1) sa (7) ta’ din id-direttiva. Dawn ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>regoli speċifiċi addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> huma, rispettivament, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva u tal-Kapitolu IV tal-istess direttiva, li taħtu jaqa’ l-Artikolu 23 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx suġġett għal dawn ir-regoli addizzjonali jekk jagħżel li jimplimenta l-ewwel mudell ta’ separazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Balgarska energiyna borsa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:816">EU:C:2017:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 38 sa 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-elementi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/73, ir-Repubblika tal-Latvja tidher li għażlet l-ewwel mudell ta’ separazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 jidher irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, fil-każ li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 ikun applikabbli fil-każ ineżami, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-Istati Membri jipprevedu d-dritt għal kull klijent finali li jaqbad, fiċ-ċirkustanzi kollha, man-network ta’ trasport tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 23(2) ta’ din id-direttiva, l-operaturi tan-network ta’ trasport ma humiex intitolati jirrifjutaw il-konnessjoni ta’ faċilitajiet ġodda ta’ ħżin, ta’ faċilitajiet ta’ konverżjoni mill-ġdid f’gass ta’ LNG jew ta’ klijenti industrijali ġodda billi jinvokaw limitazzjonijiet possibbli futuri fil-kapaċitajiet disponibbli tan-network jew tal-ispejjeż addizzjonali riżultanti mill-obbligu li jiżdiedu l-kapaċitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>faċilità ta’ ħżin<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> huwa ddefinit fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva bħala li jirreferi għal faċilità proprjetà ta’ u/jew operata minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>impriża tal-gass naturali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, kunċett iddefinit fil-punt 1 ta’ dan l-istess artikolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>iżda m’għandhomx jinkludu l-klijenti finali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tieni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>faċilità tal-LNG<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> huwa ddefinit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tal-istess direttiva bħala li jirreferi għal terminali li tintuża għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, ħatt u koverżjoni mill-ġdid f’gass tal-LNG, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>tinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja<?PAGE NO="13"?> meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema ta’ trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Għalhekk, din hija entità li, kuntrarjament għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>klijenti finali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73, tinsab pjuttost f’sitwazzjoni li tipprovdi n-network ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-esklużjoni tal-klijenti finali miż-żewġ kunċetti msemmija fil-punti 44 u 45 ta’ din is-sentenza tikkorrispondi għal dak li huwa stabbilit fil-premessa 16 tad-Direttiva 2009/73. Skont din il-premessa, is-separazzjoni effettiva permezz tad-dispożizzjonijiet dwar l-operatur indipendenti tat-trasport għandha tkun ibbażata fuq pilastru ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni u miżuri li jirrigwardaw il-governanza tal-operaturi tan-network ta’ trasport, kif ukoll fuq pilastru ta’ miżuri relatati mal-investiment, il-konnessjoni man-network ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni u l-integrazzjoni tas-suq permezz ta’ koperazzjoni reġjonali. Dawn il-miżuri huma implimentati mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ din id-direttiva, peress li l-miżuri dwar il-konnessjoni man-network ta’ kapaċitajiet ġodda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>ta’ produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> huma implimentati preċiżament mill-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tielet, għalkemm, fid-dawl tad-definizzjonijiet tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>klijent<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>klijent finali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jinsabu rispettivament fil-punti 24 u 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73, ma huwiex eskluż li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>klijent industrijali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, li jinsab ukoll, mingħajr ma huwa ddefinit, fl-Artikolu 23(2) ta’ din id-direttiva, jirreferi għal ċerti kategoriji ta’ klijenti finali, xorta jibqa’ l-fatt li, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan il-kunċett ma jestendix għall-klijenti finali kollha. B’mod partikolari, huwa ma jinkludix lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>klijenti tad-dar<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, fis-sens tal-punt 25 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, jiġifieri għalhekk il-klijenti li jixtru l-gass naturali għall-konsum domestiku tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 23 u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73 għandhom jiġu interpretati fis-sens li minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jirriżultax li l-Istati Membri għandhom jadottaw leġiżlazzjoni li skontha, minn naħa, kwalunkwe klijent finali jista’ jagħżel li jaqbad jew man-network ta’ trasport jew man-network ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operatur tan-network ikkonċernat għandu jippermettilu jaqbad mal-imsemmi network.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni u t‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jadottaw leġiżlazzjoni li permezz tagħha klijent industrijali biss jew, jekk ikun il-każ, klijent industrijali li qatt ma ġie konness man-network ta’ distribuzzjoni biss jista’ jaqbad man-network ta’ trasport tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-punti 36 sa 41 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 jidher, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li l-imsemmija dispożizzjoni tista’ tapplika fil-każ ineżami, il-projbizzjoni, li din timponi fuq l-operatur tan-network ta’ trasport, li jirrifjuta lil ċerti entitajiet id-dritt li jaqbdu ma’ dan in-network bl-ebda mod ma timplika, bħala tali, obbligu li jirrifjuta tali konnessjoni lil kull tip ieħor ta’ klijent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ipoteżi fejn l-Istat Membru kkonċernat jagħżel it-tielet mudell ta’ separazzjoni, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 sempliċement jillimita l-marġni ta’ manuvra li dan l-Istat Membru għandu sabiex jorjenta lill-utenti tan-networks lejn tip jew ieħor ta’ network (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li skontha huwa biss klijent industrijali li jista’ jaqbad man-network ta’ trasport ta’ gass naturali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt jekk il-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha t-trasport ta’ gass naturali tinkludi t-trasport tal-gass naturali direttament lejn in-network ta’ provvista ta’ gass naturali tal-klijent finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73, għandu jiġi rrilevat li, għal raġunijiet analogi għal dawk esposti fil-punti 50 sa 52 ta’ din is-sentenza, jekk jiġi preżunt li l-imsemmija dispożizzjoni tapplika fil-każ ineżami, din ma tipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-punt 3 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi osservat li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>trasmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> għall-finijiet tal-imsemmija direttiva bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>it-trasport tal-gass naturali minn network li fiha prinċipalment pipelines ta’ pressa għolja li mhix upstream pipeline network u li mhix il-parti tal-pipelines bi pressa għolja użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bi skop li jiġi konsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-fornitura<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel, għalkemm huwa minnu li din id-definizzjoni teskludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>it-trasport tal-gass naturali minn […] pipelines bi pressa għolja użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, hija tinkludi madankollu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>it-trasport tal-gass naturali […] bi skop li jiġi konsenjat lill-klijent<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. Barra minn hekk, jirriżulta, minn naħa, mill-punt 24 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73 li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>klijenti<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> jirreferi b’mod partikolari għall-klijenti finali u, min-naħa l-oħra, mill-punt 7 ta’ dan l-istess Artikolu 2 li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>provvista<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> jkopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, tal-gass naturali, inkluż LNG, lill-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott mis-sempliċi kliem tal-punt 3 tal-Artikolu 2, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>trasport<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, li huwa eskluż li klijent finali jista’ jiġi konness direttament man-network ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>trasport<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> kien iddefinit b’mod analogu għall-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/54, jiġifieri bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>it-trasport ta’ l-elettriku fuq is-sistema ta’ vultaġġ qawwi ħafna u ta’ sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli bil-ħsieb li dan jitqassam lill-klijenti finali jew lid-distributuri, iżda ma jkunx jinkludi l-provvista<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Issa, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:551">EU:C:2008:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-possibbiltà ta’ konnessjoni diretta tal-klijenti finali man-network ta’ trasport tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni ġiet riprodotta, mingħajr emenda, fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tielet, l-interpretazzjoni li tipprovdi li d-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>trasport<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> ma teskludix il-possibbiltà ta’ konnessjoni diretta ta’ klijent finali man-network ta’ trasport hija kkorroborata wkoll mit-test tar-Regolament Nru 715/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Dan ir-regolament, li għandu bħala għan, konformement mal-Artikolu 1 tiegħu, li jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trasport tal-gass naturali, jinkludi, fl-Anness I tiegħu, linji gwida vinkolanti, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll fil-kuntest tad-Direttiva 2009/73, kif jirriżulta mill-premessa 61 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, il-punt 3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-punti kollha rilevanti tan-network ta’ trasport għar-rekwiżiti ta’ trasparenza, jipprevedi b’mod partikolari li din id-definizzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ kollha għal u minn network ta’ trasport operati minn operatur tan-network <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>konnessi ma’ konsumatur finali waħdieni<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u punti ta’ dħul konnessi direttament mal-faċilità ta’ produzzjoni ta’ produttur waħdieni stabbilit fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-punt 3.2.2 tal-imsemmija linji gwida jipprovdi, minn naħa, li l-informazzjoni intiża għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>konsumatur finali waħdieni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u għall-faċilitajiet ta’ produzzjoni, li huma esklużi mid-definizzjoni tal-punti rilevanti li tinsab fil-punt 3.2.1(a) ta’ dawn l-istess linji gwida, hija ppubblikata f’forma aggregata, tal-inqas għal kull żona ta’ bbilanċjar u, min-naħa l-oħra, li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-anness, l-informazzjoni aggregata relatata ma’ dan l-istess konsumatur finali waħdieni u faċilitajiet ta’ produzzjoni titqies li hija relatata mal-istess punt rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha t-trasport ta’ gass naturali jinkludi t-trasport ta’ gass naturali direttament lejn in-network ta’ provvista ta’ gass naturali ta’ klijent finali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23 u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jirriżultax li l-Istati Membri għandhom jadottaw leġiżlazzjoni li skontha, minn naħa, kwalunkwe klijent finali jista’ jagħżel li jaqbad jew man-network ta’ trasport jew man-network ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali u, min-naħa l-oħra, l-operatur tan-network ikkonċernat għandu jippermettilu jaqbad mal-imsemmi network.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li skontha huwa biss klijent industrijali li jista’ jaqbad man-network ta’ trasport ta’ gass naturali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha t-trasport ta’ gass naturali jinkludi t-trasport ta’ gass naturali direttament lejn in-network ta’ provvista ta’ gass naturali ta’ klijent finali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>