|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1791 |
24.7.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1791
tat-23 ta’ Lulju 2026
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) 2017/1151 fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali għad-dati tat-tmiem tal-vetturi Euro 6 u ċerti rekwiżiti tekniċi speċifiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 14(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jirregola l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). |
|
(2) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u jiġu żgurati prattiki komuni u armonizzati fil-livell tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda, l-aħħar dati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi Euro 6 jenħtieġ li jidhru fir-Regolament (UE) 2017/1151. |
|
(3) |
Bl-istess mod, huwa meħtieġ li l-metodoloġija tal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151 tiġi allinjata mar-Regolament tan-NU Nru 154 (4) dwar il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2. |
|
(4) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-allinjament mal-istandards armonizzati madwar id-dinja, huwa meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet attwali f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154. B’mod speċifiku, għall-ittestjar tal-konformità tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet evaporattivi u d-dijanjostika abbord, jenħtieġ li tipprevali r-referenza għar-Regolament tan-NUNru 154 għat-test tal-emissjonijiet evaporattivi (test tat-Tip 4) u għas-sistemi dijanjostiċi abbord, u jenħtieġ li jitħassru r-rekwiżiti tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fil-punti 4.6 u 4.7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151. L-Annessi I u IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 jenħtieġ li jiġu rettifikati kif meħtieġ. |
|
(5) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-allinjament mal-istandards armonizzati madwar id-dinja, huwa meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet attwali f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 168 (5). L-Appendiċi 1 tal-Anness IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 jenħtieġ li jiġi rivedut biex jiġi żgurat li r-referenzi għas-“Sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet” jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 168. Barra minn hekk, l-Appendiċi 7 jenħtieġ li jiġi aġġornat biex jirrifletti l-kalkoli tal-korrezzjoni tad-deriva skont il-paragrafu 5.0 tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 168u l-metodu ta’ kalkolu bl-użu tal-fluss tal-massa tal-arja u l-proporzjon tal-arja u l-fjuwil skont il-paragrafu 7.3 tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 168. |
|
(6) |
Sabiex tiġi ċċarata l-applikabbiltà tal-kejl tal-potenza tas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi, jixraq li jiġi stabbilit li kemm il-potenza netta tal-magna kif ukoll il-potenza massima ta’ 30 minuta jenħtieġ li jiġu ddeterminati meta tali sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi jkunu magħmula minn kontrolluri u muturi, li jintużaw bħala l-unika modalità ta’ propulsjoni għal parti mill-ħin (vetturi ibridi). |
|
(7) |
Sabiex tiġi pprovduta ċarezza u jkun hemm allinjament mar-Regolamenti Nru 154 u Nru 168 tan-NU, jeħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji li nstabu fil-forma ta’ referenzi komuni żbaljati u li jiġi żgurat l-allinjament kemm tal-Artikolu 2 kif ukoll tal-Annessi I u IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 ma’ dawk ir-Regolamenti tan-NU. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2017/1151 jenħtieġ li jiġi emendat u rettifikat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2017/1151
l-Annessi I, IIIA u XX tar-Regolament (UE) 2017/1151 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/1151
L-Annessi IA u IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 huma rettifikati skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/715/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1151/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2022/1362 (ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj).
(4) Ir-Regolament tan-NU Nru 154 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kriterji, tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-awtonomija elettrika (WLTP), [2022/2124] (ĠU L 290, 10.11.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2124/oj), serje ta’ emendi 02.
(5) Ir-Regolament tan-NU Nru 168 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE), [2024/211] (ĠU L, 2024/211, 12.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/211/oj).
ANNESS I
L-Annessi I, IIIA u XX tar-Regolament (UE) 2017/1151 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness IIIA huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness XX, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti biex jitkejlu:
Għas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi li huma magħmula minn kontrolluri u muturi li jintużaw bħala l-unika modalità ta’ propulsjoni għal parti mill-ħin, ir-rekwiżiti għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima fuq 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi għandhom japplikaw ukoll flimkien mar-rekwiżiti għall-kejl tal-potenza netta tal-magna.”. |
(*2) Ir-Regolament tan-NU Nru 168 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE), [2024/211] (ĠU L, 2024/211, 12.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/211/oj).
ANNESS II
L-Annessi I u IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151 huma rettifikati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-punt 3.5.2.2., l-ekwazzjoni hija sostitwita b’din li ġejja: “(E) = | (V2-V1)| /V1”; |
|
(2) |
fl-Anness IIIA, l-Appendiċi 9 huwa rettifikat kif ġej:
|
|
(b) |
fil-punt 3.1.3.1., ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-għadd ta’ settijiet ta’ data b’valuri ta’ aċċellerazzjoni ai > 0,1 m/s2 għandu jkun akbar minn jew daqs 100 f’kull taqsima ta’ veloċità.”; |
|
(c) |
fil-punt 4.1.1., “31,365” huwa sostitwit b’ “31,635”; |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1791/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)