|
18.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9046 — Taiyo Nippon Sanso/Praxair EEA Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 329/03)
1.
Fil-11 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Taiyo Nippon Sanso Corporation (“TNSC”) (il-Ġappun), ikkontrollata minn Mitsubishi Chemical Holdings Corporation (“MCHC”) (il-Ġappun), |
|
— |
Praxair EEA Business, li inbiegħet skont l-impenji ppreżentati fil-Każ M.8480 — Praxair/Linde. |
TNSC takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Praxair EEA Business.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal TNSC: il-manifattura u l-forniment ta’ gassijiet industrijali għall-użu f’varjetà ta’ applikazzjonijiet industrijali,
— għal MCHC: l-industriji tal-kimika, tal-gass industrijali, u tal-prodotti mediċinali,
— għal Praxair EEA Business: il-manifattura u l-forniment ta’ gassijiet industrijali għall-użu f’varjetà ta’ applikazzjonijiet industrijali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9046 — Taiyo Nippon Sanso/Praxair EEA Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).