31993D0173



Official Journal L 072 , 25/03/1993 P. 0033 - 0035
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' 22 Frar 1993

li tfassal il-formola standard prevista bl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq

(93/173/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li tirrelata għat-trasport bit-triq [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkonsultat l-Istati Membri skond l-Artikolu 16(3) tiegħu,

Billi l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 16(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 għandha titfassal bħala meżż li bih jikkomunikaw l-Istati Membri mal-Kummissjoni, kull sentejn, l-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regoli komuni u dwar żviluppi fl-oqsma inkwistjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikulo 1

Il-formola standard imsemmija fl-Artikolu 16(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 għandha titfassal skond il-kampjun fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

L-Artikulo 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

Abel Matutes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Mudell tal-formola standard li Stati Membri għandhom jużaw biex jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport dwar l-implimentazzjoni minn Stati Membri tar-Regolament tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li tirrelata mat-trasport tat-triq (L-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85) u dwar l-iżviluppi fl-oqsma inkwistjoni

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------