European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/453

17.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11690 — ROBERT BOSCH / JCI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/453)

1.   

Fit-8 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Robert Bosch Industrietreuhand KG (il-Ġermanja),

—

Johnson Controls International (“JCI”, l-Irlanda), id-diviżjoni tat-tisħin residenzjali u kummerċjali ħafif, ventilazzjoni u arja kundizzjonata (“HVAC”) inkluż Johnson Controls-Hitachi Air Conditioning Holding (“JCH”, ir-Renju Unit) Ltd, impriża konġunta bejn JCI u Hitachi, Ltd. (“Hitachi”, il-Ġappun) attiva fl-istess qasam.

Bosch se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ JCI residential tal-impriża HVAC residenzjali u kummerċjali ħafifa ta’ JCI, inkluża JCH.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Bosch hija fornitur privat, attiv globalment ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi għal varjetà wiesgħa ta’ industriji,

—

JCI hija kumpanija pubblika multiindustrijali attiva fl-inġinerija, il-manifattura u l-ikkummissjonar ta’ prodotti u sistemi tal-bini, inkluż tagħmir residenzjali u kummerċjali tal-HVAC, sistemi ta’ refriġerazzjoni industrijali, kontrolli, sistemi ta’ sigurtà, sistemi ta’ detezzjoni tan-nar u soluzzjonijiet ta’ trażżin tan-nar.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża JCH huma dawn li ġejjin: il-manifattura ta’ apparat domestiku, li jispeċjalizza fit-teknoloġija tal-arja kundizzjonata u tat-tkessiħ

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11690 – ROBERT BOSCH / JCI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/453/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)