9.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/756

tal-1 ta’ April 2020

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jridu jnaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, b’mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż il-EUR 150 000, sakemm ma jkunux se japplikaw il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis irid ikun disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri tal-iżvilupp rurali.

(2)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2020. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit indikaw prodott stmat tat-tnaqqis akbar minn żero.

(3)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu ċertu persentaġġ mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri tal-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali.

(4)

Skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) fl-2021, ċertu persentaġġ tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020.

(5)

Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020, ċertu ammont tal-appoġġ li jrid jiġi ffinanzjat permezz tal-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2021.

(6)

Skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, l-Ungerija, Malta u l-Polonja nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020, ċertu ammont mill-allokazzjoni tal-FAEŻR tal-2021 tagħhom.

(7)

Għalhekk jeħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati biex jinkorporaw l-emendi proposti tal-limiti massimi nazzjonali annwali u tal-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti.

(8)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif applikabbli fis-sena 2020 ma japplikax fir-Renju Unit għas-sena tat-talba 2020. Għalhekk, ma hemmx bżonn jiġu stabbiliti limiti massimi ġodda għas-sena 2020 fir-rigward tar-Renju Unit.

(9)

Għalhekk, l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jenħtieġ jiġu emendati skont dan.

(10)

L-emendi li qed isiru b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena 2020, għaldaqstant dan ir-Regolament jenħtieġ japplika mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, il-kolonna għas-sena kalendarja 2020 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sena Kalendarja

2020

Il-Belġju

481 857

Il-Bulgarija

796 292

Iċ-Ċekja

872 809

Id-Danimarka

818 757

Il-Ġermanja

4 717 291

L-Estonja

169 366

L-Irlanda

1 211 066

Il-Greċja

1 834 618

Spanja

4 893 433

Franza

6 877 179

Il-Kroazja

332 080

L-Italja

3 704 337

Ċipru

48 643

Il-Latvja

302 754

Il-Litwanja

517 028

Il-Lussemburgu

33 432

L-Ungerija

1 331 588

Malta

5 244

In-Netherlands

660 870

L-Awstrija

691 738

Il-Polonja

3 390 991

Il-Portugall

599 355

Ir-Rumanija

1 903 195

Is-Slovenja

134 278

Is-Slovakkja

394 385

Il-Finlandja

524 631

L-Iżvezja

699 768

Ir-Renju Unit

-”

(2)

fl-Anness III, il-kolonna għas-sena kalendarja 2020 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sena Kalendarja

2020

Il-Belġju

481,9

Il-Bulgarija

796,7

Iċ-Ċekja

871,8

Id-Danimarka

818,1

Il-Ġermanja

4 717,3

L-Estonja

169,4

L-Irlanda

1 211,1

Il-Greċja

2 022,5

Spanja

4 953,8

Franza

6 877,2

Il-Kroazja

332,1

L-Italja

3 698,3

Ċipru

48,6

Il-Latvja

302,5

Il-Litwanja

517,0

Il-Lussemburgu

33,4

L-Ungerija

1 301,4

Malta

5,2

In-Netherlands

660,8

L-Awstrija

691,7

Il-Polonja

3 375,7

Il-Portugall

599,5

Ir-Rumanija

1 903,2

Is-Slovenja

134,3

Is-Slovakkja

392,6

Il-Finlandja

524,6

L-Iżvezja

699,8

Ir-Renju Unit

-”