|
4.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/48 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10092 — Accel-KKR Capital Partners/OMERS Private Equity/KCS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 419/15)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Accel-KKR Capital Partners (“AKKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
OCP Investment Corporation u OMERS Administration Corporation (flimkien “OMERS”, il-Kanada), parti mill-OMERS Group; |
|
— |
Kerridge Commercial Systems (“KCS”, ir-Renju Unit), bħalissa kkontrollata minn AKKR. |
AKKR u OMERS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ KCS. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AKKR: ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq it-teknoloġija li tinvesti f’software u teknoloġija tas-suq medju, u li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet kapitali inkluż kapital ta’ akkwiżizzjoni, investimenti ta’ tkabbir minoritarju, u alternattivi ta’ kreditu; |
|
— |
OMERS: fond tal-pensjoni li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar għall-membri tiegħu madwar Ontario. OMERS tamministra wkoll portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, investimenti fl-infrastruttura u fl-ekwità privata; |
|
— |
KCS: fornitur ta’ software għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi primarjament għall-bini ta’ prodotti, partijiet tal-karozzi u distributuri industrijali. KCS tipprovdi soluzzjonijiet biex: (i) ikunu ġestiti b’mod preċiż u effiċjenti t-timijiet tal-bejgħ; (ii) ikunu ġestiti u jkunu miżmuma l-aħjar livelli tal-istokks; (iii) ikunu kkontrollati l-inventarju tal-kontroll, il-bejgħ u x-xiri; (iv) ikunu ġestiti l-kontijiet tan-negozji; (v) tkun interpretata b’mod viżiv il-prestazzjoni tal-bejgħ; u (vi) ikunu appoġġati l-għanijiet tas-servizzi tal-klijenti online. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10092 — Accel-KKR Capital Partners/OMERS Private Equity/KCS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permez tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).