European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7488

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' persuna u entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/145 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(C/2024/7488)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Artem Pavlovich MARCHEVSKYI (1753) u VOICE OF EUROPE S.R.O. (426), persuna u entità inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2456 (2), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2455 (4), dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill jipprevedi li jinkludi l-persuna u l-entità msemmija hawn fuq fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (5) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (6) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.

Il-persuna u l-entità ikkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu abbozz ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, qabel l-4 ta' Jannar 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)   ĠU L, 2024/2456, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2456/oj.

(3)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)   ĠU L, 2024/2455, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2455/oj.

(5)   ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.

(6)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7488/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)