Official Journal L 167 , 25/06/1973 P. 0001 - 0128
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0003
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0084
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0208
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0208
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1973 li temenda d-Direttiva tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi (73/146/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 miġjub fih; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; Billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva tat-22 ta’ Marzu 1971 [2], jikklassifika likwidi li jieħdu n-nar permezz tal-waqt tat-tqabbid/xegħil tagħhom; billi fl-assenza korrenti ta’ speċifikazzjoni tal-metodi wżati biex jiġi stabbilit il-waqt tat-tqabbid/xegħil, jidher tal-parir li jiġu adottati l-istess metodi ta’ analiżi bħal dawk diġà preskritti fil-ftehim internazzjonali dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża; Billi progress tekniku jeħtieġ addattament imħaffef tal-ħtiġijiet tekniċi preskritti mid-Direttivi dwar sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi; billi, biex jiġi faċilitat id-dħul ta’ miżuri meħtieġa, sistema għandha titfassal li tipprovdi għal kollaborazzjoni fil-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta’ Kumitat għall-addattament, fid-dawl ta’ progress tekniku, tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ barrieri tekniċi għall-kummerċ fis-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi; Billi l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 fih lista ta’ sustanzi perikolużi klassifikati min-numru atomiku tal-element li huwa l-aktar karatteristiku tal-karatteristiċi tagħhom, u l-metodi għal-ittikkettjar ta’ kull sustanza fil-forma ta’ riferenza għal l-Annessi II, III u IV; Billi eżami tal-lista ta’ sustanzi perikolużi kixef li addattament huwa meħtieġ fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku l-aktar riċenti; billi barra minn hekk ġiet miġbuda l-attenzjoni li l-formula kimika jew in-nomina ta’ diversi mis-sustanzi perikolużi ma tfasslitx b’mod eżatt; billi din il-lista għandha għalhekk tiġi rettifikata; Billi jkun jidher li huwa meħtieġ anness ta’ lista ta’ deskrizzjoni tar-riskji partikolari involuti; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 għandha tiġi emendata skond Artikoli li ġejjin. L-Artikolu 2 Fit-test Taljan, il-kliem "punto di scintilla" għandu jiġi mibdul bil-kliem "punto di infiammabilitá". L-Artikolu 3 "3. Il-waqt tat-tqabbid/xegħil tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet tal-likwidu li jieħu n-nar msemmija fis-sottoparagrafu 2 (ċ) u (d) għandhom jiġu stabbiliti skond il-metodi u ma’ l-apparat preskritt f’L-Anness V." L-Artikolu 4 "4. Madankollu, għal perjodu ta’ tliet snin minn notifika ta’ din id-Direttiva u permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jħallu l-bejgħ fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ sustanzi perikolużi li l-imballaġġ u l-ittikkettjar tagħhom huma skond il-kondizzjonijiet fis-seħħ fit-territorju tagħhom mid-data ta’ adeżjoni." L-Artikolu 5 "L-Artikolu 8a L-emendi meħtieġa biex jiġu addattati l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu addattati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8(ċ). L-Artikolu 8b 1. Kumitat għandu jiġi stabbilit għall-addattament għal progress tekniku ta’ Direttivi għat-tneħħija ta’ xkielijiet tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", li għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri taħt il-Presidenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Il-Kumitat għandhu jistabbilixxi r-regolamenti interni tiegħu. L-Artikolu 8ċ 1. Fil-każ li ssir riferenza għall-proċedura preskritta f’ dan l-Artikolu, il-materja għandha tiġi riferita lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inzijattiva tiegħu nnifsu, jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jesprimi l-Opinjoni tiegħu dwar dan l-abbozz fil-perjodu speċifikat mill-President fid-dawl ta’ l-urġenza tal-materja msemmija. Maġġoranza ta’ 41 vot għandha tkun biżżejjed għal Deċiżjoni, bil-voti ta’ l-Istati Membri ppeżati kif preskritt fl-Artikolu 148 sottoparagrafu 2 tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b’mod konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat. (b) Meta l-miżuri previsti ma humiex bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew fl-assenza ta’ opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jagħti ġudizzju b’maġġoranza kwalifikata. (ċ) Jekk, wara li l-materja tkun ittieħdet quddiem il-Kunsill għal perjodu ta’ tliet xhur, ma tkun ittieħdet l-ebda DeċIżjoni mill-Kunsill, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni." L-Artikolu 6 L-Annessi I sa IV għandhom jiġu mibdula b’L-Annessi ġodda I sa IV kif anness ma’ din id-Direttiva. L-Artikolu 7 Għandu jiddaħħal l-Anness V, kif anness ma’ din id-Direttiva. In-normi u l-metodi li għalihom jirreferi dan l-Anness għandhom jirreferu għal dawk fis-seħħ fid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva lill-Istati Membri. L-Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 6 xhur xahar min-notifika tagħha u għandhom jgħarrfu biha mill-ewwel lill-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet interni ta’ leġislazzjoni li għandhom jiġu adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jintbagħtu lill-Kummissjoni. L-Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1973. Għall-Kunsill Il-President E. Glinne [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. [2] ĠU L 74, tad-29.3.1971, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Lista ta’ sustanzi perikolużi klassifikati fl-ordni tan-numru atomiku ta’ l-element l-aktar karatteristiku tal-karatteristiċi tagħhom Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 1993/72/KEE, ĠU L 258, tas-16.10.1993 -------------------------------------------------- L-ANNESS II Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001 -------------------------------------------------- L-ANNESS III Natura tar-riskji speċjali li għandhom is-sustanzi perikolużi Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001 -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Parir ta’ sigurta li għandu x’ jaqsam ma’ sustanzi kimiċi Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001 -------------------------------------------------- L-ANNESS V Apparat u metodi biex jiġi stabbilit il-waqt ta’ tqabbid/xegħil ta’ sustanzi u preparazzjonijiet likwidi Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 1984/0449/KE, ĠU L 251, tad-19.9.1984 --------------------------------------------------