Official Journal L 189 , 27/07/2000 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1649/2000 tal-25 ta' Lulju 2000 li jagħti lir-Repubblika ta' Moldova l-benefiċċju ta' l-arranġamenti ta' nċentiv speċjali li jikkonċernaw id-drittijiet tax-xogħol IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2820/98 tal-21 ta' Diċembru 1998 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġġeneraliżżati multiannwali għall-perijodu l-1 ta' Lulju 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1310/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu, Billi: (1) Is-Sezzjoni 2 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 2820/98 jagħmel tajjeb għall-possibiltà ta' l-għoti ta' l-arranġamenti ta' nċentiv speċjali li jikkonċernaw id-drittijiet tax-xogħol. (2) Fil-11 ta' Frar 1999, ir-Repubblika ta' Moldova ssottomettiet talba biex tivvantaġġja ruħha minn dan ir-regime, bl-għoti ta' l-informazzjoni u l-impenn imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament imsemmi qabel. (3) Skond l-Artikolu 11(2), il-Kummissjoni ppubblikat nota [3] li tħabbar t-talba tar-Repubblika ta' Moldova. (4) Xi partijiet interessati għamlu l-kummenti tagħhom magħrufa lill-Kummissjoni. (5) It-talba kienet eżaminata skond l-Artikolu 12 tar-Regolament imsemmi qabel. (6) Il-leġiżlazzjoni domestika tar-Repubblika ta' Moldova tinkorpora s-sustanza tal-livelli stipulati fil-Konvenzjonijiet tal-ILO Nru 87, 98 u 138. (7) L-eżami mwettaq mill-Kummissjoni wriet li l-awtoritajiet Moldovani ħadu l-miżuri neċessarji għall-applikazjoni effettiva u s-sorveljanza ta' dawn id-dispożizzjonijiet. (8) Ir-Repubblika ta' Moldova kkommetiet lilha nfisha biex tassigura l-applikazzjoni effettiva u l-kontroll ta' l-arranġamenti speċjali kif ukoll il-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi qabel. (9) Fid-dawl tal-kummenti riċevuti u s-sejbiet ta' l-eżami, huwa xieraq li tiġi approvata t-talba. (10) Il-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma bi ftehim ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament imsemmi qabel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-benefiċċju ta' l-arranġamenti speċjali ta' nċentiv li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2820/98 hu mogħti lir-Repubbika ta' Moldova. 2. Il-prodotti msemmija fl-Anness I tar-Regolament imsemmi qabel jibbenefikaw mill-arranġamenti speċjali ta' nċentiv soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 tiegħu. 3. Id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana applikabbli għall-prodotti konċernati jiġi mnaqqas skond il-provvedimenti ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament imsemmi qabel. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tielet xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 357, tat-30.12.1998, p. 1. [2] ĠU L 148, tat-22.6.2000, p. 28. [3] ĠU C 176, tat-22.6.1999, p. 13. --------------------------------------------------