02022R0110 — MT — 31.01.2022 — 000.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 (ĠU L 021 31.1.2022, p. 165) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 28 |
220 |
31.1.2023 |
||
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/110
tas-27 ta’ Jannar 2022
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022
TITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:
is-sallura Ewropea (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);
il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);
l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);
il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);
il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija kif iddefinit fl-Artikolu 4(e), fil-Baħar Jonju kif iddefinit fl-Artikolu 4(f) u fil-Baħar Levantin kif iddefinit fl-Artikolu 4(g);
il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h);
il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(i).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:
fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;
fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perijodu ta’ sena;
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;
“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li r-rieżami xjentifiku jkun indika li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni;
“irkaptu biex jinġemal-ħut” (FAD) tfisser kull tagħmir ankrat li jżomm fil-wiċċ tal-baħar bl-iskop li jattira l-ħut”.
Artikolu 4
Żoni tas-sajd
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:
“is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“l-Istrett ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16, tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;
“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.
TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
KAPITOLU I
Il-Baħar Mediterran
Artikolu 5
Sallura Ewropea
Artikolu 6
Qroll aħmar
Artikolu 7
Lampuka
KAPITOLU II
Il-Punent tal-Baħar Mediterran
Artikolu 8
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd:
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri, kif stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha tkun f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
Artikolu 9
Trażmissjoni tad-data
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.
Meta tiġi sottomessa d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.
KAPITOLU III
Il-Baħar Adrijatiku
Artikolu 10
Stokkijiet pelaġiċi żgħar
Artikolu 11
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
Artikolu 12
Trażmissjoni tad-data
Meta l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness IV.
KAPITOLU IV
Il-Baħar Jonju, il-Baħar Levantin u l-Fliegu ta’ Sqallija
Artikolu 13
KAPITOLU V
Il-Baħar Alboran
Artikolu 14
KAPITOLU VI
Il-Baħar l-Iswed
Artikolu 15
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla
Artikolu 16
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali
Artikolu 17
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 ma għandhomx jistadu għal aktar minn 180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul totali tagħhom.
Artikolu 18
Perijodu ta’ għeluq tas-sajd għall-barbun imperjali
Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:
l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
it-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u
it-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 20
Trażmissjoni tad-data
Meta l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness VII.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi (GSAs) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM).
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Corallium rubrum |
COL |
Qroll aħmar |
Tabella 1.
Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd (1)
|
Stati Membri |
Qroll aħmar COL |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
0 (2) |
|
Franza |
32 |
|
Kroazja |
28 |
|
Italja |
40 |
|
(1)
Li jirrappreżenta l-għadd ta’ bastimenti u/jew bugħaddasa, jew l-abbinament ta’ għaddas wieħed ma’ bastiment wieħed, awtorizzati biex jaħsdu l-qroll aħmar.
(2)
Skont il-projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilit fl-ilmijiet Spanjoli. |
|
Tabella 2.
Il-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
Qroll aħmar Corallium rubrum |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran - subżoni ġeografiċi 1-27 COL/GF1-27 |
|
|
Greċja |
1,844 |
|
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Spanja |
0 (1) |
|
||
|
Franza |
1,400 |
|
||
|
Kroazja |
1,226 |
|
||
|
Italja |
1,378 |
|
||
|
Unjoni |
5,848 |
|
||
|
TAC |
Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha |
|||
|
(1)
Skont il-projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilit fl-ilmijiet Spanjoli. |
||||
ANNESS II
L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-LAMPUKA FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għal-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Coryphaena hippurus |
DOL |
Lampuka |
Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali ( 1 )
|
Stat Membru |
Lampuka DOL |
|
Italja |
797 |
|
Malta |
130 |
ANNESS III
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi tal-qbid u t-tul globali tal-bastimenti tat-tkarkir kollha ( 2 ) u għall-konzijiet tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.
L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaġ-ĠSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu blu u aħmar |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gamblu abjad |
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd
Bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7) ►M1 ( 3 ) ◄
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6. |
< 12 m |
1 921 |
0 |
0 |
EFF1/MED1_TR1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
20 641 |
0 |
0 |
EFF1/MED1_TR2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
38 728 |
4 372 |
0 |
EFF1/MED1_TR3 |
|
|
≥ 24 metru |
13 640 |
5 320 |
0 |
EFF1/MED1_TR4 |
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
Il-gamblu blu u aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7. |
< 12 m |
0 |
0 |
0 |
EFF2/MED1_TR1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
968 |
0 |
0 |
EFF2/MED1_TR2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
9 805 |
0 |
0 |
EFF2/MED1_TR3 |
|
|
≥ 24 metru |
7 871 |
0 |
0 |
EFF2/MED1_TR4 |
Bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) ►M1 ( 4 ) ◄
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 9 u 10. |
< 12 m |
0 |
177 |
2 534 |
EFF1/MED2_TR1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
0 |
709 |
38 110 |
EFF1/MED2_TR2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
0 |
177 |
25 629 |
EFF1/MED2_TR3 |
|
|
≥ 24 metru |
0 |
177 |
3 421 |
EFF1/MED2_TR4 |
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11. |
< 12 m |
0 |
0 |
419 |
EFF2/MED2_TR1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
0 |
0 |
3 091 |
EFF2/MED2_TR2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
0 |
0 |
2 489 |
EFF2/MED2_TR3 |
|
|
≥ 24 metru |
0 |
0 |
333 |
EFF2/MED2_TR4 |
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7 |
< 12 m |
9 433 |
6 432 |
0 |
EFF1/MED1_LL1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
2 148 |
93 |
0 |
EFF1/MED1_LL2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
74 |
0 |
0 |
EFF1/MED1_LL3 |
|
|
≥ 24 metru |
29 |
0 |
0 |
EFF1/MED1_LL4 |
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-ħut tal-qiegħ fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u f’Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11)
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul totali tal-bastimenti |
Spanja |
Franza |
Italja |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
|
It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 |
< 12 m |
0 |
1 650 |
33 187 |
EFF1/MED2_LL1 |
|
≥ 12 m u < 18 m |
0 |
51 |
4 748 |
EFF1/MED2_LL2 |
|
|
≥ 18 m u < 24 m |
0 |
0 |
26 |
EFF1/MED2_LL3 |
|
|
≥ 24 metru |
0 |
0 |
0 |
EFF1/MED2_LL4 |
Limitu massimu tal-qbid
opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7) espress bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
Gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) |
Żona: |
subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7 (ARA/GF1-7) |
|
|
Spanja |
872 |
|
|
|
|
Franza |
56 |
|
|
|
|
Italja |
0 |
|
|
|
|
Unjoni |
928 |
|
|
|
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|
Il-livell massimu tal-qabdiet |
|
Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) espressi bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi:: |
Gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) |
Żona:: |
Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11 (ARA/GF8-11) |
|
|
Spanja |
0 |
|
|
|
|
Franza |
9 |
|
|
|
|
Italja |
250 |
|
|
|
|
Unjoni |
259 |
|
|
|
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|
Il-livell massimu tal-qabdiet |
|
|
Speċi: |
Gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) |
Żona:: |
Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11 (ARS/GF8-11) |
|
|
Spanja |
0 |
|
|
|
|
Franza |
5 |
|
|
|
|
Italja |
365 |
|
|
|
|
Unjoni |
370 |
|
|
|
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|
Il-livell massimu tal-qabdiet |
|
ANNEX IV
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU
It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq, inkluż in-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-pelaġiċi żgħar.
Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Engraulis encrasicolus |
ANE |
Inċova |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gamblu abjad |
|
Sardina pilchardus |
PIL |
Sardina |
|
Solea solea |
SOL |
Lingwata komuni |
1. L-istokkijiet pelaġiċi żgħar – subżoni ġeografiċi 17 u 18
Il-livell massimu tal-qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
L-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar (l-inċova u s-sardina) Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM (SP1/GF1718) |
|
|
Italja |
35 394 |
Il-livell massimu tal-qabdiet L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
||
|
Kroazja |
56 304 |
|||
|
TAC |
Mhix rilevanti |
|||
|
(1)
Għas-Slovenja, il-kwantitajiet jissejsu fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u ma għandhomx jaqbżu t-300 tunnellata. |
||||
Il-kapaċità massima tal-flotta ta’ bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b’mod attiv għal speċijiet pelaġiċi żgħar
|
Stat Membru |
Irkaptu |
Għadd ta’ bastimenti |
kW |
GT |
|
Kroazja |
PS |
249 |
77 145,52 |
18 537,72 |
|
Italja |
PTM-OTS-PS |
685 |
134 556,7 |
25 852 |
|
Slovenja (1) |
PS |
4 |
433,7 |
38,5 |
|
(1)
Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 28 ta’ GFCM/44/2020/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn għaxar bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u/jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f’dak tal-GFCM għall-2014. F’dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta’ bastimenti u f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u kW. |
||||
2. L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ – is-subżoni ġeografiċi 17 u 18
L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).
|
|
|
|
|
|
Jiem tas-sajd 2022 |
||
|
Tip ta’ rkaptu |
Żona ġeografika |
Stokkijiet ikkonċernati |
Tul totali tal-bastimenti |
Kodiċi tal-grupp tal-isforz |
ITALJA |
KROAZJA |
SLOVENJA (1) |
|
Ix-xbieki tat-tkarkir (OTB) |
Is-subżoni 17-18 tal-GFCM |
Trilja tal-ħama; Merluzz; Gamblu abjad, u skampu |
< 12 m |
EFF/MED3_OTB_TR1 |
3 521 |
10 388 |
|
|
≥ 12 m u < 24 m |
EFF/MED3_OTB_TR2 |
79 139 |
24 202 |
|
|||
|
≥ 24 metru |
EFF/MED3_OTB_TR3 |
6 934 |
2 173 |
|
|||
|
Ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) |
Is-subżona 17 tal-GFCM |
Lingwata komuni |
< 12 m |
EFF/MED3_TBB_TR1 |
200 |
0 |
|
|
≥ 12 m u < 24 m |
EFF/MED3_TBB_TR2 |
3 747 |
0 |
|
|||
|
≥ 24 metru |
EFF/MED3_TBB_TR3 |
3 726 |
0 |
|
|||
|
(1)
Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena f’konformità mal-paragrafu 13 ta’ GFCM/43/2019/5. |
|||||||
Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bi travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
|
Stat Membru |
Irkaptu |
Għadd ta’ bastimenti |
kW |
GT |
|
Kroazja |
OTB |
495 |
79 867,99 |
13 267,99 |
|
Italja |
OTB-TBB |
1 363 |
260 618,37 |
47 148 |
|
Slovenja (*1) |
OTB |
11 |
1 813,00 |
168,67 |
|
(*1)
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta’ GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bl-OTB u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perijodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 9(c). Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bl-OTB ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 50 % fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza. |
||||
ANNESS V
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU, FIL-BAĦAR LEVANTIN U FIL-FLIEGU TA’ SQALLIJA
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levantin u fil-Fliegu ta’ Sqallija.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaġ-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu blu u aħmar |
Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Baħar Jonju (subżoni ġeografiċi 19-20-21)
|
Stat Membru |
Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 |
Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 |
|
Greċja |
263 |
263 |
|
Italja |
410 |
410 |
|
Malta |
15 |
15 |
Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Baħar Levantin (subżoni ġeografiċi 24-25-26-27)
|
Stat Membru |
Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27 |
Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27 |
|
Italja |
80 |
80 |
|
Ċipru |
6 |
6 |
Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Fliegu ta’ Sqallija (subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16)
|
Stat Membru |
Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16 |
Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16 |
|
Spanja |
2 |
2 |
|
Italja |
320 |
320 |
|
Ċipru |
1 |
1 |
|
Malta |
15 |
15 |
ANNESS VI
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN
Il-livell massimu tal-qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
Paġella ħamra Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran - subżoni ġeografiċi 1-3 SBR/GF1-3 |
|
|
Spanja |
225 |
|
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Unjoni |
225 |
|
||
|
TAC |
Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha |
|||
ANNESS VII
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
Scophthalmus maximus |
TUR |
Barbun imperjali |
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed - subżona ġeografika 29 (SPR/F3742C) |
|
|
Bulgarija |
8 032,50 |
|
Kwota analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Rumanija |
3 442,50 |
|
||
|
Unjoni |
11 475 |
|
||
|
TAC |
Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha |
|||
|
Speċi: |
Barbun imperjali Scophthalmus maximus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed – subżona ġeografika 29 (TUR/F3742C) |
|
|
Bulgarija |
75 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Rumanija |
75 |
|
||
|
Unjoni |
150 |
|||
|
TAC |
857 |
|
||
|
(*1)
Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2022 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, ħatt l-art u l-ewwel bejgħ. |
||||
( 1 ) Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss bejn il-15 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.
( 2 ) TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP, TSP.
►M1 ( 3 ) Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd fi 2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għas-segment tal-flotta kkonċernat, dment li: ◄
dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz; jew
dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 50 mm għas-sajd fil-baħar fond sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu blu u aħmar b’CL ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11, kif ukoll biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar kbir b’CL ta’ inqas minn 35 mm fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; jew
dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % tal-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew
l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni ta’ għeluq temporanji sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha jew b’mill-inqas 20 % l-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati minn tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll bl-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ minn dik l-allokazzjoni addizzjonali, bl-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tar-rappurtar għal dik l-allokazzjoni(EFF1/MED1_TR1_AA, EFF1/MED1_TR2_AA, EFF1/MED1_TR3_AA, EFF1/MED1_TR4_AA u EFF2/MED1_TR1_AA, EFF2/MED1_TR2_AA, EFF2/MED1_TR3_AA, EFF2/MED1_TR4_AA).
L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-informazzjoni disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d).
Mill-1 ta’ Jannar 2022, it-2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz massimu permess tas-segment rilevanti tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat.
►M1 ( 4 ) Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd fi 2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għas-segment tal-flotta kkonċernat. ◄
Stat Membru jista’ jagħmel dan, dment li:
dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz; jew
dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra 50 mm għas-sajd fil-baħar fond sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu blu u aħmar b’CL ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar kbir b’CL ta’ inqas minn 35 mm fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; jew
dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % tal-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha jew ta’ mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew
l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni ta’ għeluq temporanji sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha jew b’mill-inqas 20 % l-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati minn tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll bl-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
Kull xahar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ minn dik l-allokazzjoni addizzjonali, bl-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tar-rappurtar għal dik l-allokazzjoni(EFF1/MED2_TR1_AA, EFF1/MED2_TR2_AA, EFF1/MED2_TR3_AA, EFF1/MED2_TR4_AA u EFF2/MED2_TR1_AA, EFF2/MED2_TR2_AA, EFF2/MED2_TR3_AA, EFF2/MED2_TR4_AA).
L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-informazzjoni disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d).
Mill-1 ta’ Jannar 2022, it-2 % kumplessiv tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz massimu permess tas-segment rilevanti tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat.