|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9713 — EQT/Recover)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 44/05)
1.
Fil-31 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT VIII (“EQT”), ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu). |
|
— |
Navie Oy (il-Finlandja). |
EFMS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Navie Oy.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EFMS: EQT hija fond ta’ investiment li jaħseb biex jagħmel investimenti primarjament fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-Ewropa ta’ Fuq. EQT tikkontrolla lil Anticimex li tispeċjalizza billi toffri servizzi ta’ prevenzjoni kontra infestazzjonijiet tal-pesti iżda toffri wkoll servizzi ta’ kontroll tad-danni bħalma huma servizzi ta’ deumidifikazzjoni u spezzjonijiet għall-indewwa, |
|
— |
Navie Oy hija kumpanija azzjonarja għall-grupp ta’ kumpaniji Recover li huma attivi fil-provvista ta’ servizzi ta’ kontroll tad-danni, servizzi ambjentali kif ukoll servizzi ta’ twaqqigħ u tħaffir tal-konkrit fid-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9713 — EQT/Recover
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘‘Regolament dwar l-Għaqdiet”).