European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7485

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3151, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3152 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(C/2024/7485)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3151 (2), u fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3152 (4).

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jaġġorna l-entrata tal-persuna msemmija hawn fuq billi jżid l-informazzjoni li tinsab fis-sommarji narrattivi tar-raġunijiet ipprovduti mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, disponibbli f'Security Council 1718 Sanctions Committee Amends One Entry on Its Sanctions List | Meetings Coverage and Press Releases

Il-persuna kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tressaq talba lill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) bi kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tan-NU terġa' titqies. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel. +1 917 367 9448

Fax +1 212 963 1300

Email: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b'hekk aġġorna l-entrata tal-persuna msemmija hawn fuq fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/3151, u fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/3152.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tibgħat talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq titqies mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuna kkonċernata qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)   ĠU L, 2024/3151, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3151/oj.

(3)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/3152, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3152/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7485/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)