4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Belġju, il-Ġermanja, Malta, l-Portugall u r-Rumanija li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 465)

(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Malti, bil-Portugiż u bir-Rumen biss huma awtentiċi)

(2010/56/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/367/KE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas tal-Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aċenzija tal-ħlas Rumena “PIAA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta' informazzjoni ġdida u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni tista' issa tieħu deċiżjoni dwar l-intergrità, il-preċiżjoni u veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-ħlas Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Rumena “PIAA”.

(3)

L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/95 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji ta’ ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-EAFRD (3) li jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja konċernata, jiġifieri l-2008, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru li ġew segwiti b'reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament Nru 885/2006. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2009. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri konċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2009/367/KE.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'dan huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Rumena “PIAA” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika Portugiża u r-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 111, 5.5.2009, p. 44.

(3)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TA' ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008

AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU

NB: Nomenklatura 2010 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 67 01, 67 02, 68 03

SM

 

2008 — Nefqa / Dħul Asenjat għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti magħmula lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (2)

approvati

mhux approvati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

706 129 444,37

0,00

706 129 444,37

– 593,30

–61 021,93

706 067 829,14

706 201 150,75

– 133 321,61

DE

EUR

5 100 883 643,72

0,00

5 100 883 643,72

–37 390,29

2 896 241,51

5 097 950 011,92

5 101 133 812,30

–3 183 800,38

MT

EUR

2 470 040,90

0,00

2 470 040,90

– 177,28

0,00

2 469 863,62

2 472 341,64

–2 478,02

PT

EUR

720 183 268,38

0,00

720 183 268,38

– 148 413,94

– 217 121,39

719 817 733,05

720 094 153,57

– 276 420,52

RO

EUR

462 680 727,14

0,00

462 680 727,14

–8 629 639,25

0,00

454 051 087,89

461 870 850,36

–7 819 762,47


SM

 

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Maembru skont id-deċiżjoni 2009/367/KE

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membri (2)

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (=e)

Total (=h)

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

67 01

05 02 16 02

68 03

67 02

i

j = h – i

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

BE

EUR

– 129 316,43

–4 005,18

2 506,07

0,00

0,00

0,00

–6 511,25

–4 005,18

DE

EUR

–3 158 445,95

–25 354,43

–3 644,61

–4,69

0,00

0,00

–21 705,13

–25 354,43

MT

EUR

0,00

–2 478,02

0,00

–2 478,02

0,00

0,00

0,00

–2 478,02

PT

EUR

0,00

– 276 420,52

–59 299,13

0,00

0,00

0,00

– 217 121,39

– 276 420,52

RO

EUR

0,00

–7 819 762,47

–7 819 762,47

0,00

0,00

0,00

0,00

–7 819 762,47


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li qed jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' ħlas, li b'mod partikolari magħhom qed jiżdiedu l-korrezzjonijiet Għan-nuqqas ta' rispett lejn l-iskadenzi għall-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Stat Membru l-ammont li għandu jiġi kkunsidrat hu, it-total tad-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa approvata (kolonna a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (kolonna b). Rata ta' kambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KR) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-dħul Asssenjat għandha tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat għall-Fond taz-Zokkor, għandha tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2010 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 67 01, 67 02, 68 03