<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑294/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0294</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:367">EU:C:2016:367</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WATHELET – KAWŻA C‑294/15</P><P>MIKOŁAJCZYK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="UC">Dokument Tax-Xogħol</HT></HT></P><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑294/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Edyta Mikołajczyk</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marie Louise Czarnecka,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stefan Czarnecki</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w-Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja, il-Polonja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal annullament ta’ żwieġ ippreżentata minn terz wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal-applikant sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ tali talba</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (3) u tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol 6, p. 243. F’dawn il-konklużjonijiet, ser nagħmel riferiment għall-verżjoni tar-Regolament Nru 2116/2004, tat-<DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="253" DATE.PUB="20060607">ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 253</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 2201/2003<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-imsemmija talba tirrigwarda l-applikazzjoni tal-imsemmi regolament għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati minn terz wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessa 8 tar-Regolament Nru 2201/2003 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[f] ir-rigward ta’ sentenzi dwar divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg, dan ir-Regolament għandu japplika biss għax‑xoljiment tar-rabtiet matrimonjali u m’għandux jittratta ma’ kwistjonijiet bħal raġunijiet għal divorzju, il-proprjetà bħala konsegwenza taż-żwieg jew kwalsiasi miżuri oħra anċillari<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 huwa deskritt kif ġej fl-Artikolu 1(1) u (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment jew kontestazzjoni ta’ relazzjonijiet bejn minuri u ġenituri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-deċizjonijiet dwar l-adozzjoni, il-miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew ir-revoka ta’ l-adozzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-isem u l-ewwel ismijiet ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-emanċipazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-fondi fiduċjarji jew ta’ suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>il-miżuri meħuda bħala rizultat ta’ xi reati kriminali magħmula mill-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’liema territorju:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konjuġi kienu joqgħodu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqgħodu hemm mill-inqas sena mmedjatament qabel ma’ saret l‑applikazzjoni, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin ta’ l-Istat Membru in kwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> hemmhekk;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> taz-żewġ konjuġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għar-raġunijiet ta’ kompetenza ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> se jkollu l-istess tifsira kif għandu taħt is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Irlanda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-fatti inkwistjoni f’din il-kawża huma ftit li xejn normali u jmorru lura għal diversi deċenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, Edyta Mikołajczyk ippreżentat, quddiem is-Sąd Okręgowy w Warszawie (Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja), kawża għal annullament taż-żwieġ ta’ Stefan Czarnecki u Marie Louise Czarnecka (née Cuenin), iċċelebrat fl-<DATE ISO="19560704">4 ta’ Lulju 1956</DATE> quddiem l-uffiċjal tal-istat ċivili taż-żwieġ fil-muniċipju tas-16-il distrett ta’ Pariġi (Franza). Hija indikat li hija l-werrieta testamentarja tal-ewwel mara ta’ Stefan Czarnecki, Zdzisława Czarnecka, li mietet fil-<DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont E. Mikołajczyk, iż-żwieġ ta’ S. Czarnecki u Zdzisława Czarnecka, iċċelebrat fit-<DATE ISO="19370713">13 ta’ Lulju 1937</DATE> quddiem l-uffiċjal tal-istat ċivili tal-Belt ta’ Poznań (il-Polonja), qatt ma ġie xolt, b’tali mod li r-rabta matrimonjali sussegwenti bejn S. Czarnecki u Marie Louise Czarnecka kienet tikkostitwixxi relazzjoni ta’ bigamija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Din il-kawża għal annullament saret kontra S. Czarnecki u Marie Louise Czarnecka. Peress li S. Czarnecki miet fit-<DATE ISO="19710303">3 ta’ Marzu 1971</DATE>, inħatar kuratur sabiex jirrappreżentah f’din il-proċedura, li ngħaqad mat-talbiet ta’ Marie Louise Czarnecka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Din tal-aħħar qajmet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tas-Sąd Okręgowy w Warszawie (Qorti Reġjonali ta’ Varsavja) u talbet l-inammissibbiltà tal-kawża għal annullament. Dwar il-mertu, hija talbet sabiex il-kawża kollha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tad-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>, is-Sąd Okręgowy w Warszawie (Qorti Reġjonali ta’ Varsavja) ċaħdet din l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u ħadd mill-partijiet ma kkontesta dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, din il-qorti, filwaqt li kkonstatat li ż-żwieġ ta’ S.Czarnecki ma’ Zdzislawa Czarnecka kien ġie xolt permezz ta’ divorzju mill-qrati Pollakki fid-<DATE ISO="19400529">29 ta’ Mejju 1940</DATE>, iddeċidiet li l-kawża għall-annullament taż-żwieġ kienet infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>E. Mikolajczyk appellat minn din is-sentenza quddiem is-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami ta’ dan l-appell, din il-qorti esprimiet dubji dwar il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Pollakki sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali abbażi tal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Nru 2201/2003. Għalhekk, is-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell ta’ Varsavja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(1)</NO.P><TXT>Proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-[Regolament Nru 2201/2003]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament [Nru 2201/2003] huwa estiż għal proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fi proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tista’ tkun ibbażata fuq il-bażijiet msemmija fil-ħames u fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament [Nru 2001/2003]?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvernijiet tal-Polonja u tal-Italja kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. La l-partijiet fil-kawża prinċipali u lanqas il-partijiet intervenjenti fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma talbu seduta. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li hija informata biżżejjed sabiex tiddeċiedi l-kawża mingħajr ma torganizza seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk ir-Regolament Nru 2201/2003 japplikax għall-kawżi għal annullament ta’ żwieġ ippreżentati wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT>, peress li fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju ssemmi l-parti l-kbira tal-fatti kkonstatati mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (Qorti Reġjonali ta’ Varsavja), fosthom li ż-żwieġ ta’ S. Czarnecki ma’ Zdzislawa Czarnecka kien ġie xolt permezz ta’ divorzju fl-1940<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Dan jimplika li t-tieni żwieġ ta’ S.Czarnecki ma’ Marie Louise Czarnecka, iċċelebrat fl-1956, qatt ma kien ivvizzjat b’bigamija.</P></NOTE>, jidhirli li l-kawża li wasslet għal din id-domanda preliminari hija probabbilment infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kwistjoni ta’ mertu tista’ tiġi ttrattata biss wara li tkun deċiża dik tal-eżistenza ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Pollakki sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali. Issa, din il-kwistjoni hija preċiżament is-suġġett ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-fatt li, skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, dan tal-aħħar japplika għal materji ċivili dwar l-annullament taż-żwieġ ma huwiex determinanti fih innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Hija tfakkar li dan ir-regolament ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol 1, p. 209.</P></NOTE>. Dan tal-aħħar kellu bħala bażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>il-Konvenzjoni stabbilita abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ deċiżjoniijiet f’materji matrimonjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, C 221, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Anki jekk id-dispożizzjonijiet inkwistjoni f’din il-kawża huma kważi simili għal dawk ta’ din il-konvenzjoni, li mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, lanqas, ma teskludi ebda kategorija ta’ kawżi għal annullament taż-żwieġ, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għall-punt 27 tar-rapport spjegattiv tal-professur Borrás, approvat mill-Kunsill fit-<DATE ISO="19980528">28 ta’ Mejju 1998</DATE> u relatat mal-imsemmija konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, C 221, p. 27</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>rapport spjegattiv tal-professur Borrás<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NOTE>, li jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[s]abiex jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ ġurisdizzjoni f’materji matrimonjali, ma hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni każijiet fejn il-validità taż‑żwieġ għandha tkun eżaminata fil-kuntest ta’ talba<?PAGE NO="5"?> għal annullament meta wieħed mill-konjuġi jew iż-żewġ konjuġi jkunu mietu, għaliex din il-kwistjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Tali każijiet iqumu essenzjalment fil-kuntest ta’ kwistjonijiet preliminari marbuta ma’ suċċessjoni. Dawn huma rregolati mill-istrumenti internazzjonali applikabbli fil-qasam […] jew mid-dritt intern tal-Istat, jekk dan tal-aħħar jipprovdi din il-possibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Preżentament, il-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni marbuta mas-suċċessjoni minħabba mewt huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont il-Gvernijiet tal-Polonja u tal-Italja, l-azzjonijiet għal annullament ta’ żwieġ wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003, għar-raġuni li, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ tali kawża, ir-rabta matrimonjali prevista minn din l-azzjoni ma tkunx għadha teżisti minħabba l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont dawn il-gvernijiet, meta ż-żwieġ jintemm, il-kawża dwar l-annullament tiegħu ma tirrigwardax prinċiparjament il-kwistjonijiet tal-istat tal-persuni fiżiċi iżda, bħal f’dan il-każ, id-drittijiet patrimonjali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Sabiex isostnu l-pożizzjoni tagħhom, il-Gvernijiet tal-Polonja u tal-Italja jistrieħu wkoll fuq il-punt 27 tar-rapport spjegattiv tal-Professur Borrás iċċitat iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Bħall-Kummissjoni, jiena nikkunsidra għall-kuntrarju li r-Regolament Nru 2201/2003 japplika għal kull kawża għal annullament taż-żwieġ, anki jekk wieħed mill-konjuġi miet, u dan irrispettivament mill-possibbiltà li din il-kawża tkun marbuta, bħal fil-kawża prinċipali, ma’ tilwima li tirrigwarda suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-argument imqajjem mill-Gvern Taljan, il-fatt li l-kawża għal annullament inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi żwieġ diġà xolt bil-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi ma jimplikax li din il-kawża ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003. Fil-fatt, għalkemm il-mewt għandha l-effett li xxolji ż-żwieġ <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT>, il-kawża għal annullament tipprevedi l-invalidità tiegħu <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT>. Għalhekk jista’ jkun hemm interess li jinkiseb l-annullament ta’ żwieġ, anki wara x-xoljiment tiegħu bil-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħalma tenfasizza l-Kummissjoni, il-kliem tal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jħalli l-ebda dubju dwar l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament għal kawża għal annullament taż-żwieġ bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Mingħajr ekwivoku, jew xi riżervi jew kundizzjoni supplimentari, din id-dispożizzjoni tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[d]an ir-Regolament għandu japplika, […] dwar […] l-annullament taż-żwieġ […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Barra minn hekk, il-kawżi għal annullament taż-żwieġ meta wieħed mill-konjuġi jmut ma humiex fost dawk espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 bil-paragrafu (3) ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti bbażati fuq il-punt 27 tar-rapport spjegattiv tal-Professur Borrás, nirrileva li mhux biss il-konvenzjoni li magħha dan ir-rapport ġie anness qatt ma daħlet fis-seħħ, iżda talli bħalma tirrileva l-Kummissjoni, il-Professur Borrás ma joffri ebda spjegazzjoni sabiex jiġġustifika din l-esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif tosserva l-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 2201/2003 għandu l-għan li joffri liċ-ċittadini tal-Unjoni livell għoli ta’ prevedibbiltà u ċarezza legali għal dak li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet f’materji matrimonjali li għandhom natura internazzjonali. Għalhekk l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu tal-kawżi għal annullament ta’ żwieġ fil-każ ta’ mewt ta’ wieħed mill-konjuġi tkun kuntrarja għall-ispirtu u l-għanijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-premessa 8 tal-imsemmi regolament tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[f]ir-rigward ta’ sentenzi dwar […] l-annullament taż-żwieg, dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment tar-rabtiet matrimonjali u m’għandux jittratta ma’ kwistjonijiet bħal raġunijiet għal divorzju, il-proprjetà bħala konsegwenza taż-żwieg jew kwalsiasi miżuri oħra anċillari<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak allegat mill-Gvernijiet tal-Polonja u tal-Italja, din il-premessa ma timplikax li r-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikax għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ meta wieħed mill-konjuġi jkun miet. Għall-kuntrarju, hija tistabbilixxi li għal dan it-tip ta’ kawżi, dan ir-regolament japplika biss għall-kwistjoni tax-xoljiment tar-rabta matrimonjali u mhux għall-effetti patrimonjali taż-żwieġ, bħal suċċessjoni, li barra minn hekk huma esklużi b’mod espliċitu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament mill-Artikolu 1(3)(f) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Konsegwentement, għalkemm ir-Regolament Nru 2201/2003 jista’ jkun il-bażi tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti, f’dan il-każ, sabiex tiġi deċiża l-validità ta’ żwieġ iċċelebrat bejn S. Czarnecki u Marie-Louise Czarnecka, ma huwiex applikabbli għall-kwistjonijiet marbuta mas-suċċessjoni ta’ S. Czarnecki u tal-ewwel mara tiegħu, Zdzislawa Czarnecka, li tagħha E. Mikolajczyk indikat li hija l-eredi testamentarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi l-ewwel domanda fis-sens li l-kawżi għal annullament ta’ żwieġ ippreżentati wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 ikoprix ukoll il-kawżi għal annullament ta’ żwieġ li ġew ippreżentati minn persuni li ma humiex il-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li r-rapport spjegattiv tal-Professur Borrás ma jsemmix il-possibbiltà ta’ esklużjoni tal-kawżi għal annullament magħmula minn persuna li ma hijiex il-konjuġi. Hija tirreferi wkoll għall-ambigwità tad-duttrina, peress li skont ċerti awturi, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2201/2003 jeskludi b’mod impliċitu kull applikazzjoni għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ magħmula minn terzi, filwaqt li skont oħrajn, il-possibbiltà ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għandha tkun aċċettata fir-rigward ta’ kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati permezz ta’ rikors ta’ prosekutur jew minn terzi li għandhom interess ġuridiku, iżda madankollu f’tali konfigurazzjoni proċedurali, l-ewwel sar-raba’ inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) u l-Artikolu 3(1)(b) tal-imsemmi regolament biss, jistgħu japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet tal-Polonja u tal-Italja għandhom l-opinjoni li r-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikax għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ li ġew ippreżentati minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi. Sabiex isostni l-argument tiegħu, il-Gvern Pollakk jirrileva li diversi titoli ta’ ġurisdizzjoni elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament jirreferu għar-residenza abitwali tal-konjuġi, komuni jew separata, sabiex juri li huma biss il-konjuġi li huma previsti bħala partijiet fi proċedura għal annullament taż-żwieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bħall-Kummissjoni, jiena naqbel ma’ interpretazzjoni leali għall-kliem tal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Nru 2201/2003 li ma jissuġġettawx l-applikazzjoni tagħha għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ għall-kundizzjoni dwar l-identità tal-parti attriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk huwa minnu li l-kawżi matrimonjali għandhom natura personali, hemm każijiet fejn, bħal fil-kawża prinċipali, terz jista’ jkollu interess ġuridiku u ma hemm l-ebda raġuni li tipprekludi l-kunsiderazzjoni tiegħu, b’dan illi dan l-interess għandu jkun evalwat mhux abbażi tar-Regolament Nru 2201/2003, iżda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-fatt li ċerti titoli ta’ ġurisdizzjoni elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 jagħmlu riferiment għar-residenza abitwali tal-konjuġi ma jaffettwax ir-risposta li għandha tingħata lit-tieni domanda, peress li l-fatt li l-post tar-residenza abitwali tal-konjuġi għandu ġurisdizzjoni internazzjonali f’materji tal-annullament taż-żwieġ ma jeskludix li terza persuna tista’ taġixxi b’mod ġudizzjarju għal dan id-dritt skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni domanda fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 ikopri l-kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk il-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li għandha quddiemha kawża għal annullament taż-żwieġ ippreżentata minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi tistax tkun ibbażata fuq it-titoli ta’ ġurisdizzjoni msemmija fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jista’ jkollha l-effett li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati Pollakki sabiex jeżaminaw il-validità ta’ żwieġ iċċelebrat fi Franza fuq il-bażi biss li r-residenza tal-attriċi li ma hijiex wieħed mill-konjuġi, f’dan il-każ, E. Mikolajczyk tinsab fil-Polonja u ma għandha l-ebda rabta mal-post ta’ residenza tal-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Taljan, il-kriterji msemmija fil-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom, peress li jistabbilixxu bħala kriterju tal-ġurisdizzjoni l-post ta’ residenza abitwali tal-attur, ikunu kkunsidrati bħala li jagħmlu riferiment biss għall-konjuġi attur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa jibbaża fuq il-punt 32 tar-rapport spjegattiv tal-Professur Borrás li jipprovdi li l-għażla tat-titoli ta’ ġurisdizzjoni minbarra r-residenza abitwali tal-konjuġi kienet immotivata bix-xewqa ta’ wħud mill-Istati Membri li ma jagħmlux indebitament diffiċli l-aċċess għall-ġustizzja tal-konjuġi li, minħabba kriżi konjugali, jirritornaw fil-pajjiż li fih kienu ddomiċiljati qabel iż-żwieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Bħall-Gvern Taljan, il-Kummissjoni tikkunsidra li interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni li jippermettu lill-qrati Pollakki jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħhom sabiex jiddeċiedu kawża għal annullament taż-żwieġ iċċelebrat fi Franza ppreżentat minn terza persuna, tmur kontra l-għan tar-Regolament Nru 2201/2003. Fl-opinjoni tagħha, ma huwiex aċċettabbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jista’ jindika terzi fil-kuntest ta’ rikors għal annullament taż-żwieġ, jekk dawn għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> skont id-dritt nazzjonali. Skont il-Kummissjoni, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti mill-imsemmi regolament huma maħsuba sabiex jippreżervaw l-interessi tal-konjuġi u mhux dawk ta’ terzi li jistgħu jibdew tali proċedura. Jekk tali terzi għandhom id-dritt li jippreżentaw dan ir-rikors, dawn huma marbuta bir-regoli ta’ ġurisdizzjoni ddefiniti għall-benefiċċju tal-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mat-teżi u l-argumenti tal-Gvern Taljan kif ukoll ma’ dawk tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu qabelxejn jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fil-punt 48 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hadadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:474">EU:C:2009:474</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi diversi titoli ta’ ġurisdizzjoni, li bejniethom ma hemm l-ebda ġerarkija. Il-kriterji oġġettivi msemmija f’dan l-Artikolu 3(1) huma kollha alternattivi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkunsidrat, fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>s-sistema tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni stabbilita bir-Regolament Nru 2201/2003 dwar ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali mhijiex intiża sabiex teskludi diversi qrati. Għall-kuntrarju, il-koeżistenza ta’ diversi qrati li għandhom ġurisdizzjoni, mingħajr ġerarkija bejniethom, hija espressament stipulata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Minn dawn il-paragrafi jirriżulta li terz li jaġixxi għall-annullament ta’ żwieġ huwa liberu li jagħżel il-post li fih huwa jixtieq jippreżenta l-kawża tiegħu, fost dawk elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk it-tielet, ħames u sitt inċiż ta’ din id-dispożizzjoni jagħmlu riferiment b’mod ġenerali għar-residenza abitwali tal-konvenut jew tal-attur, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 50 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hadadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:474">EU:C:2009:474</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>minkejja li <HT TYPE="ITALIC">l-kriterji elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament huma bbażati f’diversi modi fuq ir-residenza abitwali tal-konjuġi</HT>, il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 3(1)(b) huwa dak <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> taz-żewġ konjuġi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jirriżulta b’mod ċar mit-test enfasizzat li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, it-titoli kollha ta’ ġurisdizzjoni elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 huma bbażati fuq ir-residenza abitwali ta’ wieħed jew iż-żewġ konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, huwa għal din ir-raġuni li l-ħames inċiż tal-imsemmi Artikolu 3(1)(a) ma jistabbilixxix biss il-ġurisdizzjoni tal-post tar-residenza abitwali tal-attur, iżda jżid li l-attur għandu jkun irrisjeda fih tal-inqas sena immedjatament qabel il-preżentazzjoni tat-talba. L-istess japplika għas-sitt inċiż ta’ din id-dispożizzjoni li jipprovdi li l-attur għandu jkun irrisjeda hemm tal-inqas sitt xhur immedjatament qabel il-preżentazzjoni tat-talba tiegħu u jkun ċittadin tal-Istat Membru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaliex il-leġiżlatur tal-Unjoni żied dawn il-klassifikazzjonijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jekk ma jirrigwardax wieħed mill-konjuġi?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tielet domanda fis-sens li l-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikawx għall-kawżi għal annullament ippreżentati minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (qorti tal-appell tal-Varsavja, Il-Polonja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Il-kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-<DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, ikopri l-kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-ħames u s-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, ma japplikawx għall-kawżi għal annullament taż-żwieġ ippreżentati minn persuna li ma hijiex waħda mill-konjuġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>