|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7465 |
17.12.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11570 – MIDEA / ARBONIA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7465)
1.
Fil-11 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Midea Group Co. Ltd. (“Midea”, iċ-Ċina), |
|
— |
Arbonia Climate Division (“Arbonia”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Arbonia AG (l-Iżvizzera). |
Midea se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Arbonia kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Midea huwa grupp globali tat-teknoloġija attiv fil-manifattura u l-bejgħ ta’ apparat domestiku, ta’ sistemi tal-arja kundizzjonata u tat-teknoloġija tal-bini, ta’ servizzi u komponenti għat-teknoloġija industrijali, ir-robotika u l-awtomatizzazzjoni, |
|
— |
Arbonia timmanifattura u tbigħ prodotti sostenibbli tal-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-kesħa, tal-ħżin tas-sħana u tal-enerġija, tad-distribuzzjoni tas-sħana u tal-kesħa, tal-ventilazzjoni u tal-filtrazzjoni tal-arja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11570 – MIDEA / ARBONIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7465/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)