6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

460


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/43/KE

tat-23 ta' Ġunju 2005

li temenda l-Annessi tad-Direttiva 68/193/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal għat-tkattir bil-biċċiet tad-dwieli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal għat-tkattir bil-biċċiet tad-dwieli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(DA)(c), Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 17a tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 68/193/KEE tistabbilixxi dispożizzjonijiet Komunitarji għat-tqegħid fis-suq ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli fil-Komunità. Id-Direttiva tagħti lista tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-pjanti li jkunu qed jikbru, il-materjal ta’ propagazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar.

(2)

It-teknoloġija mtejba tal-propagazzjoni tal-pjanti tippermetti li pjanti prodotti skond dik it-teknoloġija jitqiegħdu fis-suq fi qsari, ċestuni jew kaxxi b’żjieda mal-qatet tradizzjonali.

(3)

Fejn l-Istati Membri jeħtieġu li kull konsenja ta’ materjal prodott fit-territorji tagħhom ikun akkumpanjat minn dokument uniformi, għandhom jiġu previsti l-kundizzjonijiet għal dan id-dokument.

(4)

Xi kundizzjonijiet relatati mal-materjal ta’ propagazzjoni u l-kompożizzjoni tal-pakkett m’għandhomx jgħoddu għall-materjal ta’ propagazzjoni prodott skond il-metodi ġodda tal-produzzjoni.

(5)

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-pjantili jkunu qed jikbru huma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 68/193/KEE. Dak l-Anness għandu jinkludi riferenza għall-kategorija u t-tip ta’ materjal ta’ propagazzjoni, lista pożittiva ġdida ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara li għandhom jiġu verifikati u l-metodoloġija għall-ispezzjoni u l-ittestjar tal-pjanti li jkunu qed jikbru.

(6)

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-materjal ta’ propagazzjoni huma mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 68/193/KEE. Dak l-Anness għandu jinkludi riferenza għall-varjetà u fejn xieraq, għall-clone għal kull kategorija u tip ta’ materjal ta’ propagazzjoni fir-rigward ta’ l-identità u l-purità, il-metodoloġija ta’ l-ispezzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u l-klassifika tat-tipi differenti ta’ materjal ta’ propagazzjoni.

(7)

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-ippakkjar huma mwaqqfa fl-Anness III tad-Direttiva 68/193/KEE. Dak l-Anness għandu jinkludi riferenza għat-tip ta’ materjal ta’ propagazzjoni rigward in-numru ta’ individwi għal kull unit ta’ ippakkjar.

(8)

Il-kundizzjonijiet dwar it-tikketta u d-dokument li jakkumpanja huma stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 68/193/KEE. Dak l-Anness għandu jinkludi l-informazzjoni kollha dwar il-materjal ta’ propagazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 68/193/KEE.

(9)

Iċ-ċiklu biex jikber il-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwielijdum diversi snin u l-ħin meħtieġ għall-ispezzjoni u l-ittestjar huwa konsegwentament twil. Introduzzjoni mgħaġġla ta’ kundizzjonijiet ġodda tista’ toħloq nuqqas fil-produzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni li jilħaq ir-rekwiżiti l-ġodda. Għalhekk huwa xieraq li fejn jidħol il-materjal ta’ propagazzjoni diġà eżistenti jsir provvediment għal terminu tranżitorju sakemm tinkiseb il-konformità mal-kundizzjonijiet ġodda mwaqqfa fl-Annessi I, II u IV.

(10)

Id-Direttiva 68/193/KEE għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens.

(11)

Il-miżuri maħsuba f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u x-Xjenza tal-Foresti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 68/193/KEE huma sostitwiti bl-Annessi I sa IV ta’ din id-Direttiva rispettivament.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2006, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex josservaw din id-Direttiva. Għandhom jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awwissu 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li dwaru titkellem din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).


ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET RELATATI MA’ L-UĊUĦ LI QED JIKBRU

1.   Il-pjanti li jkunu qed jikbru għandu jkollhom identità u purità fir-rigward tal-varjetà u, jekk meħtieġ, il-clone.

2.   Il-kundizzjonijiet tat-tkattir u l-livell ta’ l-iżvilupp tal-prodotti li jkunu qed jikbru għandhom ikunu tali li jippermettu verifiki suffiċjenti dwar l-identità u l-purità tal-pjanti li jkunu qed jikbru fir-rigward tal-varjetà u, jekk meħtieġ, il-clone, kif ukoll l-istat sanitarja tagħhom.

3.   Il-ħamrija jew jekk meħtieġ is-substrat tal-kultura tagħti garanziji suffiċjenti fir-rigward tan-nuqqas tal-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew il-vetturi tagħhom, b’mod partikolari nematodi li jġorru mard virali. Il-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil u l-mixtliet li jipproduċu żraġen għandhom jitwaqqfu taħt il-kundizzjonijiet xierqa biex jiġi evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

4.   Il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara li jnaqqsu l-utilità tal-materjal ta’ propagazzjoni għandha tkun fl-iktar livell baxx possibbli.

5.   B’mod partikolari fir-rigward ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li ssir riferenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jgħoddu l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 5.1 sa 5.5, suġġetti għal punt 5.6:.:

a)

Kumpless ta’ diġenerazzjoni infettiva: vajrus tad-dwieli fanleaf (GFLV), vajrus Arabis mosaic (ArMV);

b)

Marda tad-dwieli leafroll: vajrus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 (GLRaV-1) u Vajrus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3 (GLRaV-3);

c)

Vajrus tad-dwieli fleck (GFkV) (għas-salvaġġ biss).

5.1.   Il-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni inizzjali għandhom ikunu nstabu ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5a), 5b) u 5c) permezz ta’ spezzjoni uffiċjali. Din l-ispezzjoni hija bażata fuq ir-riżultati tat-testijiet tas-saħħa tal-pjanti mwettqa permezz ta’ indiċjar, jew metodu ekwivalenti ta’ l-ittestjar aċċettat fuq livell internazzjonali li jirreferi għall-pjanti kollha. Dawn it-testijiet għandhom jiġu konfermati bir-riżultati tat-testijiet tas-saħħa tal-pjanti mwettqa fuq il-pjanti kollha kull 5 snin, għall-organiżmi elenkati taħt il-punti 5a) u 5b).

Pjanti infettati għandhom jiġu eliminati. Ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet attribwiti għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija hawn fuq jew fatturi oħrajn għandhom jiddaħħlujiddaħħlu fil-fajl fejn jinżammu r-rekords dwar mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil.

5.2.   Il-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku għandhom ikunu nstabu ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5a) u 5b) permezz ta’ spezzjoni uffiċjali. Din l-ispezzjoni hija bbażata fuq ir-riżultati tat-testijiet tas-saħħa tal-pjanti li jirreferu għall-pjanti kollha. Dawn it-testijiet għandhom isiru mill-inqas kull 6 snin, u jibdew minn mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil li għandhom 3 snin.

F’dawk il-każijiet fejn isiru spezzjonijiet annwali tal-prodotti fuq il-pjanti kollha, it-testijiet fuq is-saħħa tal-pjanti għandhom isiru għall-inqas kull 6 snin, u jibdew minn mixtliet li jrabbu stokkijiet li għandhom 6 snin.

Pjanti infettati għandhom jiġu eliminati. Ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet attribwiti għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija hawn fuq jew fatturi oħrajn għandhom jiddaħħlufil-fajl fejn jinżammu r-rekords dwar mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil.

5.3.   Il-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ċertifikat għandhom ikunu instabu ħielsa mill-organiżmi kollha li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5a) u 5b) permezz ta’ spezzjoni uffiċjali. Din l-ispezzjoni hija bażata fuq ir-riżultati tat-testijiet tas-saħħa tal-pjanti li jsiru bi stħarriġ skond il-metodi ta’ analiżi/proċeduri ta’ kontroll li jħarsu n-normi ġeneralment aċċettati u standardizzati. Dawn it-testijiet għandhom isiru mill-inqas kull 10 snin, u jibdew minn mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil li għandhom 5 snin.

F’dawk il-każijiet fejn isiru spezzjonijiet annwali tal-pjanti fuq il-pjanti kollha, it-testijiet fuq is-saħħa tal-pjanti għandhom isiru għall-inqas kull 10 snin, u jibdew minn mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil li għandhom 10 snin.

Ir-rata ta’ nuqqas ta’ suċċess mixtliet fejn jitkabbat materjal għat-taħwil li tista’ tiġi attribwita għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5a) u 5b) m’għandhiex taqbeż il-5 %. Pjanti infettati għandhom jiġu eliminati. Ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet attribwiti għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija hawn fuq jew fatturi oħrajn għandhom jiddaħħlu fil-fajl fejn jinżammu r-rekords dwar il-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil.

5.4.   Fil-mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil maħsuba bħall-produzzjoni ta’ materjal standard, ir-rata ta’ nuqqas ta’ mixtliet li jrabbu stokkijiet li tista’ tiġi attribwita għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5(a) u 5(b) m’għandhiex taqbeż l-10 %. Pjanti infettati għandhom jiġu eliminati mill-propagazzjoni. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' suċċess attribwiti lill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew fatturi oħra għandhom jiddaħħlu fil-fajl fejn jinżammu r-rekords dwar mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil.

5.5.   Il-mixtliet li jipproduċu żraġen għandhom ikunu instabu ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara elenkati taħt il-punti 5a) u 5b) permezz ta’ spezzjoni uffiċjali annwali tal-pjanti ibbażata fuq metodi viżwali u, jekk meħtieġ, appoġġjata minn testijiet xierqa u/jew it-tieni spezzjoni ta’ l-uċuh.

5.6.   

a)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-punti 5.1 u 5.2 sal-31 ta’ Lulju 2011, fir-rigward ta’ mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil li kienu ġa jeżistu għall-produzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni inizjali jew materjal ta’ propagazzjoni bażiku fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/43/KE (*1)

b)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-punt5.3 sal-31 ta’ Lulju 2012, fir-rigward ta’ mixtliet fejn jitkabbar materjal għat-taħwil li kienu ġa jeżistu għall-produzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni iċċertifikat fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/43/KE (*1)

c)

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma japplikawx il-punti 5.1 sa 5.2 jew il-punt 5.3 kif deskritt f’ 9a) u b) fuq, għandhom minflok japplikaw ir-regoli li ġejjin.

Vajrusis li jagħmlu l-ħsara, speċjalment il-grapevine fanleaf u l-leafroll, għandjom ikun eliminati mill-uċuħ maħsuba għall-produzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u l-materjal bażiku. L-uċuħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-kategoriji l-oħra għandhom jinżammu ħeilsa minn pjanti li juru sintomi ta’ mard minn vajrusis li jagħmlu l-ħsara.

6.   Il-mixtliet li jipproduċu ż-żraġen bl-għeruq m’għandhomx jitwaqqfu ġewwa vinja jew mixtla li fejn jitkabbar materjal għat-taħwil. Id-distanza minima minn vinja jew mixtla fejn jitkabbar materjal għat-taħwil għandha tkun ta’ tliet metri.

7.   Il-materjal ta’ propagazzjoni użat għall-produzzjoni ta’ żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jitlaqqmu, żraġen mill-parti mlaqqqma, żraġen prodotti fil-mixtliet, żraġen bl-għeruq u tilqim bl-għeruq l-purpanja u t-tilqim bl-għeruq għandhom jittieħdu minn mixtliet li jżommu l-istokk li ġew ispezzjonati u approvati.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-ispezzjoni uffiċjali prevista taħt in-numru 5 fuq, għandu jkun hemm għall-inqas spezzjoni waħda uffiċjali tal-prodotti. L-ispezzjonijiet addizzjonali tal-prodotti għandhom isiru f’każijiet ta’ tilwim dwar kwistjonijiet li jistgħu jiġu deċiżi mingħajr preġudizzju għall-kwalità tal-materjal ta’ propagazzjoni.


(*1)   ĠU L 164, 20050624, p. 37.


ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET RELATATI MAL-MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI

I.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jkollu identità u purità varjetali, u jekk meħtieġ purità klonali; hija aċċettata tolleranza ta’ 1 % fiż-żmien meta l-materjal standard jitqiegħed fis-suq.

2.

Il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jkollu purità teknika minima ta’ 96 %.

Dawn li ġejjin huma meqjusa impuritajiet tekniċi:

a)

materjal ta’ propagazzjoni mnixxef għal kollox jew parzjalment, ukoll wara li jkun tqiegħed fl-ilma wara t-tnixxif;

b)

materjal ta’ propagazzjoni li jkun fih ħsara, tgħawwiġ jew ferita b’mod partikolari meta jkun fih ħsara kaġunata mis-silġ jew ġlata jew meta mgħaffeġ jew imkisser;

c)

materjal li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet taħt il-punt III hawn taħt.

3.

Rimi żgħar tad-dwieli għandhom ikunu laħqu stat suffiċjenti ta’ maturità ta’ l-injam.

4.

Il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara li jnaqqsu l-utilità tal-materjal ta’ propagazzjoni għandha tiġi tollerata biss fil-livell l-aktar baxx possibbli.

Materjal ta’ propagazzjoni li jippreżenta sinjali jew sintomi ċari li jistgħu jiġu attribwiti għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara li għalihom m’hemmx trattamenti effiċjenti għandu jiġi eliminat.

II.   KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

1.   Tilqim bl-għeruq

It-tilqim bl-għeruq li jikkonsisti f’għaqda ta’ l-istess kategorija ta’ materjal ta’ riproduzzjoni għandhom jiġu klassifikati f’dik il-kategorija.

It-tilqim bl-għeruq li jikkonsisti f’għaqda ta’ kategoriji differenti ta’ materjal ta’ riproduzzjoni għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija aktar baxxa ta’ l-elementi li huma komposti minnhom.

2.   Deroga temporanja

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 sal-31 ta’ Lulju 2010, fir-rigward ta’ tilqim bl-għeruq li jikkonsisti minn materjal ta’ propagazzjoni inizjali. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma japplikawx il-punt 1, għandhom minflok japplikaw ir-regola li ġejja:

Tilqim bl-għeruq li jikkonsisti min materjal ta’ propagazzjoni inizjali mlaqqam ma’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku għandu jiġi kklassifikat bħala materjal ta’ propagazzjoni inizjali.

III.   KLASSIFIKAZZJONI

1.   Żraġen tas-slavaġġ li jistgħu jitlaqqmu, żraġen prodotti fil-mixtliet, u żraġen mill-parti mlaqqma

Dijametru

Dan jikkonċerna l-akbar dijametru tat-taqsima. Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen li għadhom iħaddru.

a)

Żraġen tas-salvaġġli jistgħu jitlaqqmu u żraġen mill-parti mlaqqma:

aa)

dijametru ta’ fuq: 6.5 sa 12 mm;

ab)

dijametru massimu tat-tarf: 15 mm, ħlief jekk dan jinvolvi żraġen mill-parti mlaqqma għat-tilqim in situ.

b)

Żraġen prodotti mill-mixtliet:

 

dijametru minimu ta’ fuq: 3.5 mm.

2.   Żraġen bl-għeruq

A.   Dijametru

Id-dijametru mkejjel fin-nofs ta’ żewġ għekiesi (internode), taħt ir-rimi l-ġdid u tul l-itwal assi, għandu jkun għall-inqas ugwali għal 5 mm. Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen bl-għeruq mnissla mill-materjal ta’ propagazzjoni li għadu jħaddar.

B.   Tul

It-tul mill-punt l-aktar baxx minn fejn joħorġu l-għeruq sal-bażi tar-rimi l-ġdid m’għandux ikun inqas minn:

a)

30 ċm għal żraġen bl-għeruq, maħsuba għat-tilqim; iżda, għal żraġen bl-għeruq maħsuba għal Sqallija, dan it-tul għandu jkun 20 ċm;

b)

20 ċm għal żraġen bl-għeruq oħrajn.

Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen bl-għeruq mnissla mill-materjal ta’ propagazzjoni li għadu jħaddar.

C.   Għeruq

Kull pjanta għandha jkollha mill-inqas tliet għeruq żviluppati tajjeb u b’biżżejjed spazju bejniethom. Iżda l-varjetà 420 A jista’ jkollha żewġt għeruq żviluppati tajjeb, kemm-il darba huma fuq naħat opposti.

D.   Qtugħ taz-zokk tat-taħwil

Il-qatgħa għandha tkun saret f’distanza biżżejjed ‘l isfel taħt id-dijaframma sabiex ma ssirilhiex ħsara iżda mhux aktar minn ċentimetru taħtha.

3.   Tilqim bl-għeruq

A.   TUL

Iz-zokk għandu jkun twil mill-inqas 20 ċm.

Dan l-istandard ma jgħoddx għat-tilqim bl-għeruq imnissel minn materjal ta’ propagazzjoni eli għadu jħaddar.

B.   Għeruq

Kull pjanta għandu jkollha għall-inqas tliet għeruq żviluppati tajjeb u b’biżżejjed spazju bejniethom. Iżda l-varjetà 420 A jista’ jkollha biss żewġt għeruq żviluppati tajjeb, kemm-il darba huma fuq naħat opposti.

C.   Tilqima

Kull pjanta għandu jkollha tilqima xierqa, normali u li tkun weħlet sewwa.

D.   Għarqub

Il-qatgħa għandha tkun sar f’distanza biżżejjed ‘l isfeltaħt id-dijaframma sabiex ma ssirilhiex ħsara iżda mhux aktar minn ċentimetru taħtha.


ANNESS III

IPPAKKJAR

Kompożizzjoni tal-pakketti jew qabdiet

1 – Tip

2 – Numru ta’ individwi

3 – Kwantità massima

1.

Tilqim bl-għeruq

25, 50, 100, jew multipli ta’ 100

500

2.

Żraġen bl-għeruq

50, 100, jew multipli ta’ 100

500

3.

Żraġen mill-parti mlaqqma

 

 

–

b’ mill-inqas ħames għajnejn li jistgħu jintużaw

100, or 200

200

–

b’għajn waħda li tista’ tintuża

500, jew multipli ta’ 500

5 000

4.

Żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jitlaqqmu

100, jew multipli ta’ 100

1 000

5.

Żraġen prodotti fil-mixtliet

100, jew multipli ta’ 100

500

KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

I.   Kwantitajiet żgħar

Fejn meħtieġ, id-daqs (numru ta’ individwi) ta’ pakketti u qatet tat-tipi u l-kategoriji kollha tal-materjal ta’ propagazzjoni elenkat fil-kolonna 1 hawn fuq jista’ jkun iżgħar mill-kwantitajiet minimi indikati fil-kolonna 2 hawn fuq.

II.   Il-pjanti tad-dwieli bl-għeruq fi kwalunkwe substrat fil-qsari, ċestuni u kaxxi

In-numru ta’ individwi u l-kwantità massima ma jgħoddux.


ANNESS IV

IMMARKAR

A.   TIKKETTA

I.   Informazzjoni meħtieġa

1.

Standard tal-KE;

2.

Pajjiż tal-produzzjoni;

3.

Awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni jew kontrollu l-Istat Membru jew l-inizzjali tagħhom;

4.

Isem u indirizz tal-persuna responsabbli mill-issiġillar jew in-numru ta’ l-identifikazzjoni tagħha;

5.

Speċi;

6.

Tip ta’ materjal

7.

Kategorija;

8.

Varjetà u, fejn xieraq, il-clone. Għat-tilqim bl-għeruq din l-indikazzjoni tgħodd għas-salvaġġ u għall-parti mlaqqma ta’ fuq.

9.

Numru ta’ riferenza tal-lott;

10.

Kwantità;

11.

Tul – Għal żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jiġu mlaqqma: dan jinvolvi it-tul taż-żraġen tal-lott in kwistjoni;

12.

Sena tal-ħsad.

II.   Kundizzjonijiet minimi

It-tikketta għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.

it-tikketta għandha tkun stampata b’mod li ma tkunx tista’ titħassar u li tkun tista’ tinqara sew;

2.

it-tikketta għandha titwaħħal f’post li jagħti fil-għajn b’tali mod li tkun viżibbli b’mod faċli, tinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx;

3.

l-informazzjoni stabbilita fil-punt A.I. m’għandhiex tkun mistoħbija, oskurata jew interrotta minn materjal ieħor miktub jew impinġi;

4.

l-informazzjoni stabbilita fil-punt A.I. għandha tidher fl-istess format.

III.   Deroga fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar destinati għall-kosumatur aħħari

1.   Iktar minn unit wieħed

L-informazzjoni meħtieġa għat-tikketta taħt il-punt 1.10 għandha tgħid: “Numru eżatt ta’ unitajiet għal kull pakkett jew qatet”

2.   Unit wieħed biss

L-informazzjoni li ġejja stabbilita fil-punt A.I. mhix meħtieġa:

—

Tip ta’ materjal

—

Kategorija.

—

Numru ta’ riferenza tal-lott.

—

Kwanitità

—

Tul taż-żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jitlaqq, u

—

VarjeSena tal-ħsad;

IV.   Deroga rigward id-dwieli fil-qsari, ċestuni jew kaxex

Fil-każ ta’ pjanti tad-dwieli bl-għeruq jistgħux jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-isiġġillar (inkluż tikkettjar) minħabba l-kompożizzjoni tiegħu:

a)

il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jinżamm f’lottijiet separati identifikati b’mod xieraq għal kull varjetà u fejn xieraq għal kull klonu u għal kull numru ta’ individwi;

b)

it-tabella uffiċjali mhux obbligatorja;

c)

il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jiġi akkumpanjat mid-dokument li jakkumpanja l-konsenja kif stabbilit taħt il-punt B.

B.   DOKUMENT LI JINTBAGĦAT FLIMKIEN MAL-KONSENJA

I.   Kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu

Meta l-Istati Membri jeħtieġu li għandu jiġi konsenjat dokument mal-konsenja, id-dokument:

a)

għandu jiġi konsenjat f’għall-inqas żewġ kopji (min qed jibgħat u min qed jirċievi);

b)

għandu (kopja ta’ min qed jirċeivi) jakkumpanja l-konsenja mill-post ta’ min qed jibgħat sal-post ta’ min qed jirċeivi;

c)

għandu jindika l-informazzjoni kollha stipulata taħt il-punt II li ġej dwar il-lottijiet individwali tal-konsenja;

d)

għandu jiġi preservat għall-inqas għal sena u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità uffiċjali tal-kontroll.

II.   Lista ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża

1.

Standard tal-KE;

2.

Pajjiż tal-produzzjoni;

3.

Awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni jew kontroll u l-Istat Membru jew l-inizzjali tagħhom;

4.

Numru progressiv;

5.

Min qed jikkonsenja (indirizz, numru tar-reġistrazzjoni);

6.

Min qed jirċievi (indirizz);

7.

Speċi;

8.

Tip/i tal-materjal;

9.

Kategorija/i;

10.

Varjetà(jiet) u fejn xieraq, il-klonu/i. Għat-tilqim bl-għeruq din l-indikazzjoni tgħodd għas-salvaġġ u parti mlaqqma ta’ fuq; -riżomi u t-tilqima ta’ fuq;

11.

Numru ta’ indvidwi għal kull lott;

12.

Numru totali tal-lottijiet;

13.

Data tal-konsenja.