|
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Ottubru 2014
dwar miżura meħuda mill-Ġermanja f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS
(notifikata bid-dokument C(2014) 7757)
(2014/748/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
F'Awwissu tal-2013, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar miżura ta' projbizzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH, Rossauer Strasse 49a, 09661 Rossau, OT Seifersbach (il-Ġermanja). Il-prodotti kellhom it-tikketta CE, skont id-Direttava 89/686/KEE, peress li kienu ġew ittestjati u eżaminati skont it-tip f'konformità mal-istandard armonizzat EN 358:1999 Personal protective equipment for work positioning and prevention of falls from a height — Belts for work positioning and restraint and work positioning lanyards. |
|
(2) |
Iċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar huma tagħmir protettiv personali (TPP) kklassifikati bħala Kategorija taċ-Ċertifikazzjoni III. TPP ta' dan it-tip, li huwa ddisinjat biex iħares kontra perikli fatali jew riskji serji u irriversibli għas-saħħa, li l-manifattur jassumi li l-utent mhux se jkun kapaċi li jagħraf l-effetti diretti tagħhom fil-ħin, huma soġġetti għal eżaminazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip EC u sistema ta' kontroll tal-kwalità EC mill-korp notifikat ikkummissjonat mill-manifattur. |
|
(3) |
L-awditu mwettaq mill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-impjant tal-produzzjoni tal-manifattur imsemmi hawn fuq kixef li ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip preżentati għaċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS ma kinux validi, peress li parti mit-tagħmir — il-materjal taċ-ċinga — tbiddel, filwaqt li l-eżaminazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip EC kienet marbuta biss mal-oġġetti mressqa għall-ittestjar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li ġejjin tad-Direttiva 89/686/KEE ma ntlaħqux:
|
|
(4) |
Barra minn hekk, iċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-Tip FHB ma laħqux ir-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 358:199, il-klawżola § 4.2.1 dwar is-saħħa statika u b'hekk ir-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sigurtà 1.3.2. Lightness and design strength stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE. Is-saħħa statika għaċ- ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH kienu mkejla li huma bejn 7.2 kN u 9.4 kN, minflok minimu ta' 15 kN, kif previst fl-istandard. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u stednitu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi. |
|
(6) |
Fit-22 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ġermaniżi dwar ir-riżultat tal-azzjoni. Skont id-dokumenti li waslu mingħand il-manifattur, l-awtoritajiet Ġermaniżi stabbilixxew li n-nuqqas ta' lħieq mar-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE kien jikkonċerna biss il-produzzjoni tal-2011 u l-2012. L-azzjoni korrettiva ttieħdet mill-manifattur u sa mill-bidu tal-2013 il-produzzjoni kienet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Il-manifattur Dietrich & Co wettaq sejħa lura volontarja li kienet tkopri it-tip FHB ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar:
|
|
(7) |
Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati fl-2011 u fl-2012 naqsu milli jikkonformaw mal-klawżola § 4.2.1 tal-istandard armonizzat EN 358:1999 msemmi fir-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sigurtà 1.3.2 Lightness and design strength stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE. Il-manifattur diġà ħa l-miżura meħtieġa kollha biex ineħħi mis-suq tali prodotti li ma jikkonformawx u biex jikkoreġi l-iżbilanċi biex jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE, f'konformità mal-ordni tal-awtoritajiet Ġermaniżi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH, hija ġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda esklussivament il-prodotti manifatturati fl-2011 u l-2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Ferdinando NELLI FEROCI
Membru tal-Kummissjoni