23.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8817 — Standard Life Aberdeen/Neptune/PensionDanmark/NGT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 110/07)

1.

Fil-15 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SLCP Infrastructure I — B SARL, ikkontrollata minn Standard Life Aberdeen (ir-Renju Unit);

—

Neptune (ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt mill-Carlyle Group CVC Capital Partners (“CVC”) u China Investment Corporation (“CIC”);

—

PensionDanmark (id-Danimarka);

—

Noordgastransport BV (“NGT”, in-Netherlands).

Standard Life Aberdeen, Neptune u PensionDanmark takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ NGT kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Standard Life Aberdeen hija kumpanija dinjija tal-investiment attiva f’firxa wiesgħa ta’ industriji;

—

Neptune: tinvesti f’portafolli kbar taż-żejt u tal-gass li jistgħu jkunu disponibbli bħala riżultat tad-dinamika tas-suq tal-enerġija;

—

PensionDanmark tiffunzjona bħala kumpanija azzjonarja li għandha s-sjieda ta’ 100 % tal-ishma ta’ PensionDanmark Pensionsforsikringsaktieselskab (“PD”). PD hija kumpanija Daniża tal-assigurazzjoni tal-ħajja b’responsabbiltà limitata li ma tagħmilx profitt u marbuta mas-suq tax-xogħol;

—

NGT: it-tħaddim ta’ sistema tat-trasport tal-gass naturali taħt il-baħar fuq il-blata kontinentali Netherlandiża u ta’ stazzjon ta’ trattament tal-gass f’Uithuizen. NGT tittrasporta u tipproċessa tal-gass naturali li jiġi estratt mill-blata kontinentali Netherlandiża u lil hinn.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8817 — Standard Life Aberdeen/Neptune/PensionDanmark/NGT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.