European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/940

19.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/940

tat-13 ta’ Mejju 2025

li taħtar membru, propost mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern tal-Irlanda,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Eileen LYNCH sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern tal-Irlanda ppropona lis-Sa Bridin MURPHY, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Councillor of Wexford County Council (Kunsilliera tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Wexford), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Bridin MURPHY, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Councillor of Wexford County Council (Kunsilliera tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Wexford), hija b’dan maħtura bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. DOMAŃSKI


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/940/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)