|
26.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/59 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/879
tat-23 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jallinjaw id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati fil-qafas tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat ma’ miżuri speċifiċi b’reazzjoni għall-pandemija tas-COVID-19
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera kemm skont l-Istrument Ewropew tal-Viċinat kif ukoll skont il-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE) b’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 (3) intlaqtet mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b’manjiera mingħajr preċedent. Dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali trid tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi, li jenħtieġ li jippermettu li l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-kuntest tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat jikkontribwixxu għar-reazzjoni għall-ħtiġijiet emerġenti b’mod rapidu b’mod flessibbli u effettiv fil-konfront tas-setturi li ntlaqtu l-aktar, bħall-kura tas-saħħa, in-negozji - fosthom l-intrapriżi żgħar u medji - bħas-suq tax-xogħol, u biex jiġi stimulat l-irkupru soċjoekonomiku fl-oqsma tal-programmi. |
|
(2) |
Dawk il-miżuri komparabbli li ġew introdotti mir-Regolamenti (UE) 2020/460 (4) u (UE) 2020/558 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplikaw bħalissa għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-kuntest tal-objettiv tal-KTE jenħtieġ li japplikaw għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-kuntest tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat |
|
(3) |
Bil-għan li jittaffew l-imposti baġitarji li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-pajjiżi parteċipanti jew tal-benefiċjarji tal-assistenza tal-UE fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, ir-regoli ta’ kofinanzjament ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tan-nefqa li tiġġarrab u titħallas skont kif inkluż fil-kontijiet annwali tal-programm għas-sena kontabilistika li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(4) |
Minħabba l-akkumulazzjoni ta’ dewmien fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u t-tnaqqis ulterjuri fir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-proġetti minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 2021 biex jiġu ffirmati l-kuntratti kollha, għajr dawk il-proġetti ta’ infrastruttura kbar li jkunu diġà ġew konklużi, se tiġi mtawla b’sena sal-31 ta’ Diċembru 2022. Għall-istess raġunijiet, l-attivitajiet ta’ proġetti li jiġu ffinanzjati mill-programmi ma jistgħux jiġu mistennija li jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2022. Għaldaqstant l-iskadenza jenħtieġ li tiġi estiża b’sena oħra sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(5) |
Minħabba l-miżuri differenti ta’ konteniment li ġew implimentati fil-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tal-awditjar jistgħu jsibuha diffiċli jew saħansitra impossibbli li jagħmlu awditi fuq il-post u li japplikaw metodu ta’ kampjunar statistiku matul ċertu perjodu. Għaldaqstant, f’dak li jikkonċerna s-sena kontabilistika mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-awtoritajiet tal-awditjar jenħtieġ li jitħallew jużaw metodu ta’ kampjunar mhux statistiku. |
|
(6) |
L-għażla tal-proġetti tista’ ssir permezz ta’ għoti mingħajr sejħa għall-proposti f’każijiet eċċezzjonali u mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fil-kuntest tal-pandemija COVID-19. Il-passi proċedurali li jridu jittieħdu mill-Kummissjoni jenħtieġ li jitqassru billi jitneħħa l-obbligu tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sħiħa tal-proġett lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-proġett. |
|
(7) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 it-terminu “rapporti finali” jintuża f’żewġ kuntesti differenti. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jagħmel distinzjoni ċara, fuq in-naħa l-waħda bejn dawk ir-rapporti finali li jkopru l-programm, u fuq in-naħa l-oħra dawk ir-rapporti finali li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ proġett speċifiku. |
|
(8) |
L-eliġibbiltà tan-nefqa li tippromwovi l-kapaċitajiet tar-reazzjoni għall-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li tiġi permessa b’mod eċċezzjonali mill-1 ta’ Frar 2020. |
|
(9) |
Bil-kuntrarju tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li jistabbilixxi l-31 ta’ Diċembru 2023 bħala d-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa fir-rigward tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati fil-kuntest tal-objettiv tal-KTE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 ma jistabbilixxix tali data marbuta man-nefqa fir-rigward tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, iżda jistabbilixxi ċerti skadenzi b’rabta mal-ċiklu tal-proġett u mal-attivitajiet tal-proġett. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014, l-implimentazzjoni taż-żewġ tipi ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li tiġi allinjata sa fejn possibbli. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-perjodu li matulu jistgħu jitwettqu l-attivitajiet marbuta mal-għeluq tal-programm u tal-proġetti, jiġifieri bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-30 ta’ Settembru 2024, jenħtieġ li ma jitqassarx. Għaldaqstant huwa xieraq li bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-30 ta’ Settembru 2024 tali attivitajiet u n-nefqa rispettiva għalihom jibqgħu eliġibbli. Fir-rigward ta’ dawk il-perjodi, huwa xieraq li l-perjodu tal-eżekuzzjoni tal-programmi jittawwal b’sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(10) |
Sabiex il-pajjiżi parteċipanti jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li l-arranġamenti u l-proċeduri speċifiċi tas-sena kontabilistika finali u għall-għeluq tal-programm jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera skont l-objettiv tal-KTE. Barra minn hekk, fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-użu sħiħ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat jenħtieġ li jitħalla jibbenefika mill-flessibbiltà addizzjonali mogħtija għall-kalkolu tal-pagament tal-bilanċ finali. |
|
(11) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, ikun xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament, li għaldaqstant jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 232/2014. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 12, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, u b’konformità mal-Artikolu 6(1), mhu se jkun meħtieġ ebda kofinanzjament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa li tiġġarrab jew titħallas kif tkun inkluża fil-kontijiet annwali tal-programm għas-sena kontabilistika mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.”. |
|
2. |
fl-Artikolu 15, il-frażi “il-31 ta’ Diċembru 2024” tinbidel bi “il-31 ta’ Diċembru 2025”; |
|
3. |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-uniċi attivitajiet li jistgħu jsiru bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-30 ta’ Settembru 2024 huma dawk marbuta mal-għeluq ta’ proġetti mill-benefiċjarji skont il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 48(2) jew dawk marbuta mal-għeluq tal-programmi b’assistenza teknika.”; |
|
5. |
fl-Artikolu 28, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej: “1a. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-pandemija tal-COVID-19 għandha tikkostitwixxi każ iġġustifikat kif xieraq li jista’ jiġi invokat mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha li tuża metodu ta’ kampjunar mhux statistiku għas-sena kontabilistika mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.”; |
|
6. |
L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
|
|
7. |
L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
8. |
L-Artikolu 64 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 64 Il-pagament tal-bilanċ finali 1. L-Awtorità Maniġerjali għandha tippreżenta t-talba għall-pagament tal-bilanċ finali li tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 68 u 77(5). 2. Il-bilanċ finali jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ikklerjar tal-kontijiet tas-sena kontabilistika finali jew xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali tal-implimentazzjoni, skont liema data tiġi l-aħħar. 3. Il-pagament tal-bilanċ finali tal-programm fl-aħħar sena kontabilistika jista’ jaqbeż l-10% tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull objettiv tematiku kif stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz tal-pagament tal-bilanċ finali fl-aħħar sena kontabilistika ma għandhiex taqbeż it-total tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull programm kif stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm.”; |
|
9. |
L-Artikolu 77 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.
(2) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2014 tat-18 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati bir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 244, 19.8.2014, p. 12).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID‐19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5).
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320).