|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6376 |
22.10.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2722 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
(C/2024/6376)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2722 (2) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna li tidher fl-Annessi msemmija hawn fuq għandha tkompli tiġi inkluża fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2722 u fir-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuna kkonċernata tista' tibgħat talba lill-Kunsill qabel l- 20 ta' Ġunju 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li din il-persuna tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2722 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.
(2) ĠU L, 2024/2722, 22.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2722/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6376/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)