<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<CONCLUSION xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" NNC="YES" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0400349101.case.xml"><NO.CASE>C-346/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0346</NO.CELEX><NO.SEQ>0016.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3493</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3503</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-346/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IR-RENJU UNIT</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u r-Renju Unit ma jaqblux dwar jekk ċentrali elettrika tal-faħam li tiġġenera l-elettriku għall-produzzjoni tal-aluminju għandhiex tosserva l-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE>, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 299, fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, li tadatta d-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2006" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="883">ĠU L 352M, p. 883</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan jikkonċerna l-emissjoni ta’ diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u trab.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ddeterminat b’mod konkret jekk l-enerġija elettrika hijiex prodott tal-kombustjoni, peress li d-direttiva ma tapplikax għal impjanti kbar tal-kombustjoni fejn il-prodotti tal-kombustjoni huma użati b’mod dirett fil-proċessi tal-manifattura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/80, hija tapplika għal impjanti tal-kombustjoni b’saħħa termika nominali ugwali jew superjuri għal 50 megawatt, irrispettivament mit-tip ta’ karburanti użat (solidu, likwidu jew ta’ gass).</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(7), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />impjant tal-kombustjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" /> tfisser kull apparat tekniku fejn il-karburanti huma ossidizzati sabiex jużaw is-sħana ġġenerata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3494"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, it-tieni sar-raba’ sentenzi tal-Artikolu 2(7) jistabbilixxu wkoll li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />Din id-direttiva għandha tapplika biss għall-impjanti tal-kombustjoni disinjati għall-produzzjoni tal-enerġija, ħlief għal dawk li jagħmlu użu dirett mill-prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura. B’mod partikolari, din id-direttiva m’għandhiex tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>impjanti fejn il-prodotti tal-kombustjoni huma użati biex isaħħnu direttament, inixxfu, jew xi trattament ieħor ta’ oġġetti jew materjali, e.ż fran biex isaħħnu mill-ġdid u fran għat-trattament tas-sħana;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>impjanti ta’ post-kombustjoni jiġifieri kull apparat tekniku disinjat biex jippurifika l-gassijiet tal-iskart bil-kombustjoni li mhux operat bħala impjant ta’ kombustjoni indipendenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta’ katalisti ta’ xquq katalitiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>faċilitajiet għall-konverżjoni ta’ sulfide tal-idroġenu f’kubrit;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>reatturi użati fl-industrija kemikali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>fran ta’ coke battery;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ġ)</NO.P><TXT>cowpers;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ħ)</NO.P><TXT>kull apparat tekniku użat fil-propulsjoni ta’ vettura, vapur jew ajruplan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>turbini tal-gass użati fuq pjattaformi barra mill-kosta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>turbini tal-gass mogħtija liċenza qabel is-<DATE ISO="20021127">27 ta’ Novembru 2002</DATE> jew li minħabba l-awtorità kompetenti huma s-suġġett<?PAGE NO="I-3495"?> ta’ talba sħiħa għal liċenza qabel is-<DATE ISO="20021127">27 ta’ Novembru 2002</DATE>, kemm-il darba l-impjant ma jitħaddimx iktar tard mis-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1) u l-Anness VIII(A) u (B);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Impjanti mmexxija b’inġenji ta’ diesel, petrol u gass m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fatti, proċedura u talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Manifattur tal-aluminju ilu għal ċertu żmien jopera ċentrali elettrika tal-faħam ġewwa Lynemouth fil-kosta tal-lvant tal-Ingilterra. L-enerġija elettrika ġġenerata hija użata kważi kollha kemm hi għall-produzzjoni tal-aluminju bit-trattamenti elettrolitiċi tal-allumina (il-proċess ta’ Hall Héroult) fil-fabbrika ta’ ħdejha. Madwar 9 % biss tal-enerġija elettrika ġġenerata tinbiegħ lix-xibka nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Minn mhux iktar tard mill-bidu tas-sena 2006, ir-Renju Unit ma applikax iktar id-Direttiva 2001/80 għal din iċ-ċentrali elettrika. Mill-banda l-oħra, il-Kummissjoni tinvoka l-pożizzjoni li din iċ-ċentrali elettrika hija suġġetta għar-rekwiżiti tad-direttiva. Ir-Renju Unit kien innotifikat dwar dan permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20070629">29 ta’ Ġunju 2007</DATE> li permezz tagħha l-Kummissjoni stiednet lir-Renju Unit jissottometti l-kummenti tiegħu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />ittra ta’ intimazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />). Fir-risposta tal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>, ir-Renju Unit ma bidilx il-pożizzjoni tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata fit-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, fejn iffissat terminu finali ta’ xahrejn biex ir-Renju Unit jirrimedja l-oġġezzjonijiet indirizzati lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Peress li r-Renju Unit żamm il-pożizzjoni tiegħu fir-risposta tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors fil-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>. Hija qed titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li, peress li rrifjuta li japplika d-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE>, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għaċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-3496"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit qed jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha: tiċħad ir-rikors u tordna li l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Iċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth għandha tosserva l-valuri limitu applikabbli għal impjanti eżistenti jekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva. Din tapplika għal impjanti tal-kombustjoni b’saħħa termika nominali ugwali jew superjuri għal 50 megawatt, skont l-Artikolu 1 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tkun tista’ tapplika d-Direttiva 2001/80, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) ta’ din id-direttiva tirrikjedi li ċ-ċentrali elettrika tkun impjant tal-kombustjoni ddisinjat għall-produzzjoni tal-enerġija, iżda li l-prodotti tal-kombustjoni ma jintużawx b’mod dirett fil-proċessi tal-manifattura. Huwa veru li ċ-ċentrali elettrika sservi biex tipproduċi l-enerġija, iżda n-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet jirrigwarda l-kwistjoni jekk il-prodotti tal-kombustjoni taċ-ċentrali elettrika humiex użati b’mod dirett fil-manifattura tal-aluminju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni (Verbrennungsprodukt, product of combustion) jista’ jiġi interpretat b’modi differenti. Jekk jiġu kkunsidrati biss is-sustanzi materjali, il-prodotti tal-kombustjoni huma gassijiet tal-iskart, irmied u fdalijiet oħra. Is-sħana ġġenerata tista’ titqies li hija wkoll prodott tal-kombustjoni. Fil-fatt, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80, impjant tal-kombustjoni huwa kkaratterizzat preċiżament minn karburanti li huma ossidizzati sabiex jużaw is-sħana ġġenerata.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-enerġija elettrika hija l-uniku prodott taċ-ċentrali elettrika li jintuża fil-fabbrika tal-aluminju. Fit-trattamenti elettrolitiċi tal-allumina, l-enerġija elettrika tgħaddi minn kontenitur mimli melħ sħun u mdewweb li jibdel l-allumina ġewwa fih f’aluminju. Dan l-użu huwa dirett. Konsegwentement, għandu jkun magħruf jekk l-enerġija ġġenerata fiċ-ċentrali elettrika tikkostitwixxix prodott tal-kombustjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-enerġija elettrika la hija prodott materjali tal-kombustjoni u lanqas hija sħana. Hija tiġi ġġenerata b’dan il-mod: is-sħana ġġenerata mill-kombustjoni tipproduċi fwar li jħaddem turbina. L-enerġija elettrika<?PAGE NO="I-3497"?> hija ġġenerata permezz ta’ din it-turbina biss. Sabiex jinkludi l-enerġija elettrika, il-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />prodott tal-kombustjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" /> għandu jiġi interpretat b’mod tant wiesgħa li jinkludi fih ukoll prodotti oħra li jirriżultaw b’mod indirett minn kombustjoni. Madankollu, dan probabbilment ma jikkorrispondix mal-lingwaġġ kurrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura derogatorja tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-artikolu jiddefinixxi l-portata ta’ eċċezzjoni għal regola ġenerali jmur ukoll kontra interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni. L-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Kapper (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-476/01" PAGE.ECR="I-5205" YEAR="2004">C-476/01, Ġabra p. I-5205</REF.DOC.ECR>, punt 72); WWF Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/05" PAGE.ECR="I-5083" YEAR="2004">C-60/05, Ġabra p. I-5083</REF.DOC.ECR>, punt 34); tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-36/05" PAGE.ECR="I-10313" YEAR="2006">C-36/05, Ġabra p. I-10313</REF.DOC.ECR>, punt 31); tal-<DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/05" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2007">C-342/05, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 25); tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-14/06+C-295/06" PAGE.ECR="I-1649" YEAR="2008">C-14/06 u C-295/06, Ġabra p. I-1649</REF.DOC.ECR>, punt 71); u tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, TeliaSonera Finland (C-192/08, Ġabra p. I-10717, punt 40).</P></NOTE> sabiex ir-regoli ġenerali ma jitneħħilhomx is-sens tagħhom. Il-klassifikazzjoni ta’ eċċezzjoni tirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80 tiddefinixxi impjant tal-kombustjoni bħala apparat tekniku li fih il-karburanti huma ossidizzati sabiex jużaw is-sħana ġġenerata. Dawn l-impjanti għandhom ikunu suġġetti għall-valuri limitu stabbiliti jekk jeċċedu l-livell minimu stabbilit, jiġifieri saħħa termika nominali ta’ 50 megawatt kif previst fl-Artikolu 1, u li jservu biex jipproduċu l-enerġija skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7).</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Din ir-regola ġenerali timplementa l-għanijiet tad-direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu u dijossidu tal-kubrit (mit-tieni sas-sitt premessi) kif ukoll ta’ trab (l-għaxar premessa) minn impjanti kbar tal-kombustjoni. Dan jirrifletti l-għan ġenerali tal-politika ambjentali Ewropea skont l-Artikoli 2 KE u 174 KE (li saru, wara emenda, l-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 191 TFUE; ara wkoll il-premessa tat-TUE), li tippromwovi livell għoli ta’ protezzjoni u titjib fil-kwalità tal-ambjent. Iktar ma jkun għoli n-numru ta’ impjanti li għandhom josservaw il-valuri limitu, iktar jitħarsu dawn l-għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bil-kontra tal-fehma tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 2(7) ma jippreċiżaw bl-ebda mod il-kunċett ta’ impjant tal-kombustjoni, imma jirristrinġuha. Huma jeskludu l-impjanti anki jekk huma impjanti<?PAGE NO="I-3498"?> tal-kombustjoni. Dan jissemma espressament fit-test tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80, peress li skont it-tali dispożizzjoni, id-direttiva hija applikabbli għal impjanti tal-kombustjoni disinjati għall-produzzjoni tal-enerġija ħlief dawk li jagħmlu użu dirett mill-prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għanijiet tal-eċċezzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni lanqas ma turi l-għanijiet li jeżiġu interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni bil-kontra tal-lingwaġġ kurrenti, kif jissuġġerixxi r-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni applikabbli għall-użu dirett tal-prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura jmur lura għall-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 88/609 KEE<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Direttiva tal-Kunsill 88/609/KEE, tal-<DATE ISO="19881124">24 ta’ Novembru 1988</DATE>, dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet minn ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1988" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1">ĠU L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, issostitwita bid-Direttiva 2001/80. Fil-verżjoni oriġinali, il-Kunsill, mingħajr indikazzjoni oħra tar-raġunijiet, ikkompleta l-proposta tal-Kummissjoni<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet minn ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1984" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="1">ĠU C 49, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-emendi sussegwenti tal-Kummissjoni ġew riprodotti fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1985" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="6">ĠU C 76, p. 6</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> b’eċċezzjoni simili kif ukoll bl-eċċezzjonijiet għal tipi ta’ impjanti speċifiċi li llum huma msemmija fis-subparagrafi (a) sa (ġ). Lanqas id-Direttiva 2001/80 ma tindika l-għanijiet tal-eċċezzjonijiet li jistgħu jgħinu fl-interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-eċċezzjonijiet huma bbażati fuq kontaminazzjoni tal-gassijiet residwi tal-kombustjoni minn pollutanti li jirriżultaw mill-użu dirett ta’ prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura. Il-Kummissjoni tqis li meta jintużaw b’mod dirett, dawn il-gassijiet residwi jiġu f’kuntatt ma’ materjali oħra u għalhekk jiġu affettwati iktar milli fil-każ ta’ proċessi ta’ kombustjoni waħidhom. Issa, skont il-Kummissjoni, il-valuri limitu previsti mid-Direttiva 2001/80 huma intiżi għall-proċessi ta’ kombustjoni waħidhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni teskludi l-enerġija elettrika peress li l-użu tagħha għall-manifattura tal-prodotti ma jaffettwa bl-ebda mod l-emissjonijiet taċ-ċentrali elettrika. L-enerġija elettrika tista’ wkoll tinbiegħ lix-xibka nazzjonali tal-enerġija elettrika mingħajr ma jiġu ġġenerati emissjonijiet oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3499"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-teorija tal-Kummissjoni madankollu tippreżupponi li l-gassijiet tal-iskart biss huma prodotti tal-kombustjoni. Min-naħa l-oħra, ma għandhiex effett jekk is-sħana ġġenerata hija wkoll prodott tal-kombustjoni u jsir użu dirett minnha mingħajr it-tniġġis tal-gassijiet tal-iskart ma’ sustanzi oħra. Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li s-sħana hija wkoll prodott tal-kombustjoni u, għalhekk, it-teorija tal-Kummissjoni hija kontradittorja.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont ir-Renju Unit, l-eċċezzjonijiet jirriżultaw minn evalwazzjoni tal-ispejjeż tal-applikazzjoni tal-valuri limitu u l-vantaġġi ambjentali tagħhom. Huwa possibbli li dan japplika għat-tipi ta’ impjanti msemmija espressament fl-Artikolu 2(7)(a) sa (j) tad-Direttiva 2001/80. Fil-fatt, huwa possibbli li jiġu evalwati l-ispejjeż u l-vantaġġi tal-valuri limitu speċifiċi fir-rigward ta’ tipi partikolari ta’ impjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-eċċezzjoni fformulata b’mod astratt fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80 ma tistax tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-vantaġġi. Dan għaliex l-ispejjeż jew il-vantaġġi li jistgħu jiġu assoċjati mal-applikazzjoni tal-valuri limitu għall-impjanti li ma jiġġenerawx enerġija, jew li ma jagħmlux użu dirett tal-prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura, ma jistgħux ikunu previsti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Huwa possibbli madankollu li dak li jkun jifhem li t-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80, hija intiża favur proċessi tal-manifattura li jiddependu fuq l-użu ta’ impjanti kbar tal-kombustjoni. Il-prodotti tat-tali proċessi jista’ jkollhom żvantaġġ fil-kompetizzjoni internazzjonali permezz tal-ispejjeż żejda kkawżati minn valuri limitu iktar stretti.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-kawża inkwistjoni, din l-idea hija fil-prinċipju valida għall-kombinazzjoni ta’ ċentrali elettrika u fabbrika tal-aluminju. Ir-Renju Unit jissottometti li t-tkomplija tal-produzzjoni tal-aluminju tiġi mhedda jekk iċ-ċentrali elettrika tkun suġġetta għad-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80 tindika b’mod ċar li eċċezzjoni għandha tkun aċċettata biss fejn teżisti rabta partikolarment stretta bejn il-proċess tal-manifattura u l-proċessi tal-kombustjoni: huwa meħtieġ użu dirett tal-prodotti tal-kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ir-rabta hija b’saħħitha l-iktar jekk jiġi kkunsidrat biss l-użu tal-prodotti diretti<?PAGE NO="I-3500"?> tal-kombustjoni, jiġifieri s-sħana u l-prodotti tar-reazzjoni ġġenerati mill-kombustjoni. Min-naħa l-oħra, jekk il-kategorija ta’ prodotti li jistgħu jintużaw tiġi estiża għall-prodotti indiretti tal-kombustjoni, bħall-enerġija elettrika, ir-rabta bejn il-proċessi tal-manifattura u l-kombustjoni ssir dgħajfa.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-enerġija elettrika tista’ tiġi ttrasferita għal distanzi twal u għaldaqstant tista’ tiġi minn diversi sorsi, imur kontra d-dgħufija tar-rabta bejn il-proċessi. Hija tista’ tiġi ġġenerata mingħajr l-użu ta’ impjant kbir tal-kombustjoni, pereżempju permezz ta’ impjant idroelettriku jew nukleari. Min-naħa l-oħra, is-sħana użata b’mod dirett għandha tiġi ġġenerata fil-viċin u għalhekk tista’ speċifikament tiġi biss minn ċerti sorsi speċifiċi li jinsabu fuq l-iskala lokali. Normalment, dawn huma impjanti kbar tal-kombustjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ġustament tenfasizza li jekk iċ-ċentrali elettrika tal-faħam ma tosservax id-Direttiva 2001/80, il-produzzjoni tal-aluminju f’Lynemouth tkun qed tiġi vvantaġġjata inġustament fil-kompetizzjoni intra-Komunitarja. Fil-fatt, il-kompetituri Ewropej jiksbu l-enerġija elettrika tagħhom mix-xibka ġenerali u għalhekk ibatu l-ispejjeż mill-osservanza tal-valuri limitu fil-produzzjoni tal-enerġija elettrika.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ikun qed jingħata vantaġġ inġust favur iċ-ċentrali elettrika fil-konfront ta’ kumpanniji oħra li jipproduċu l-enerġija elettrika, peress li madwar 9 % tal-produzzjoni tinbiegħ lix-xibka nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80, ma għandhiex tiġi estiża għal ċentrali elettrika tal-faħam, fejn l-enerġija elettrika ġġenerata hija essenzjalment intiża għal fabbrika tal-aluminju ta’ ħdejha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iskema tal-eċċezzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Bil-kontra tal-fehma tar-Renju Unit, l-eċċezzjoni prevista għal cowpers taħt it-tielet sentenza tal-Artikolu 2(7)(ġ) tad-Direttiva 2001/80, ma twassalx għal interpretazzjoni differenti tat-tieni sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jikkunsidra l-eċċezzjonijiet applikabbli għat-tipi speċifiċi ta’ impjanti msemmija fit-tielet sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80, bħall-każijiet tal-applikazzjoni tar-regola astratta msemmija fit-tieni sentenza. Skont it-tielet sentenza,<?PAGE NO="I-3501"?> id-direttiva ma għandhiex tapplika b’mod partikolari għat-tipi ta’ impjanti msemmija fis-subparagrafi (a) sa (j). Madankollu, fil-verżjoni eżistenti, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />b’mod partikolari<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" /> ma jistgħux jitqiesu fis-sens li jirreferu għat-tieni sentenza peress li t-tipi ta’ impjanti msemmija fis-subparagrafi (ħ) sa (j) ma għandhomx konnessjoni qawwija mal-proċessi tal-manifattura espressament previsti fit-tieni sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Renju Unit qed jinvoka l-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 2(7) li tinsab fid-Direttiva 88/609/KEE. Dan l-argument huwa kontestabbli anki jekk dan huwa biss għar-raġuni li l-kawża inkwistjoni hija dwar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/80. Iżda ma hija lanqas konvinċenti l-liġi l-preċedenti meta tiġi kkunsidrata separatament.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Minbarra l-eċċezzjoni astratta, l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 88/609/KEE jinkludi fih dawk li llum huma s-subparagrafi (a) sa (ġ), li juru rabta mal-proċessi tal-manifattura. Skont ir-Renju Unit, f’dak iż-żmien, l-aħħar tip ta’ impjant imsemmi espressament, cowpers, li llum jinsab fis-subparagrafu (ġ), juri li l-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni għandu jiġi interpretat b’mod wiesgħa u għandu jinkludi fih ukoll prodotti indiretti tal-kombustjoni, bħall-enerġija elettrika.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Cowpers jittrasferixxu s-sħana ġġenerata mill-proċess tal-kombustjoni fl-arja li wara titpoġġa ġewwa forn sħun biex jgħin fil-produzzjoni tal-ħadid. Is-sħana hija ġġenerata mill-gassijiet tal-iskart imsaħħna mill-kombustjoni u tiġi ttrasferita fl-arja permezz ta’ briks refrattarji.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Bil-kontra tal-fehma tar-Renju Unit, din l-eċċezzjoni ma toħloqx relazzjoni mal-kunċett ta’ prodott tal-kombustjoni. Hija tikkonċerna l-użu ta’ prodott dirett tal-kombustjoni, jiġifieri s-sħana<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 12 hawn fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Huwa veru li cowpers ma jikkostitwixxux eżempju tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni astratta taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2001/80. Il-prodott tal-kombustjoni li jikkostitwixxi s-sħana huwa użat mhux b’mod dirett, iżda b’mod indirett wara t-trasferiment mill-gassijiet tal-iskart għal żewġ mezzi oħra, il-briks u l-arja. Konsegwentement, l-eċċezzjoni applikabbli għall-cowpers hija indikazzjoni li l-eċċezzjonijiet speċifiċi taħt l-Artikolu 2(7), li diġà jissemmew fil-verżjoni<?PAGE NO="I-3502"?> tad-Direttiva 88/609, ma jinterpretawx b’mod konkret l-eċċezzjoni astratta, iżda huma fondati fuq evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-vantaġġi ta’ applikazzjonijiet speċifiċi tad-direttiva<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>L-evalwazzjoni dwar cowpers tista’ tiddependi mill-fatt li huma normalment jaħarqu gass li jiġi prodott fil-fran sħan u għalhekk jiffrankaw l-enerġija. Dan il-gass huwa diġà mniġġes b’mod li, minkejja li jsir trattament permezz tal-użu tal-aħjar teknika disponibbli, il-valuri limitu għall-użu mill-karburanti ta’ gass ma jinqabżux. Skont l-Anness VI tad-Direttiva 2001/80, 200 sa 300 mg/Nm3 huma għalhekk previst għall-ossidi tan-nitroġenu (NOx); issa, bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli, jinħarġu sa 350 mg/Nm3 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />Best Available Techniques Reference Document on the Production of Iron and Steel<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" />, dokument ta’ referenza ta’ Diċembru 2001, dwar l-aħjar teknika disponibbli, p. vii u 212, http://eippcb.jrc.es/reference/_download.cfm?twg=isp&amp;file=isp_bref_1201.pdf); il-Kummissjoni elaborat dan id-dokument u b’kollaborazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri abbażi tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-<DATE ISO="19960924">24 ta’ Settembru 1996</DATE>, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Specjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80), kodifikata bid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2008" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="8">ĠU L 24, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan l-approċċ huwa kkonfermat permezz tal-eċċezzjonijiet l-oħra miżjuda mid-Direttiva 2001/80 li ma jistgħux jiġu manifestament inklużi iktar taħt it-tieni sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-proposta tal-Kummissjoni, diskussa bħalissa, għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis)<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>COM(2007) 844 finali.</P></NOTE> inkwistjoni, u li titlob li jingħaqdu d-diversi direttivi, inkluża d-Direttiva 2001/80, tipprova ssegwi din it-triq. Fil-fatt, b’differenza mill-eċċezzjonijiet partikolari msemmija fit-tielet sentenza tal-Artikolu 2(7)(a) sa (j) tad-Direttiva 2001/80, l-eċċezzjoni astratta taħt it-tieni sentenza ma hijiex iktar inkluża<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-Artikolu 3(19) u t-tieni punt tal-Artikolu 31 tal-proposta tal-Kummissjoni u l-Artikolu 28 tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (Dokument tal-Kunsill 11962/09, tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ November 2009</DATE>).</P></NOTE>. Minflok, il-Kunsill qed jipproponi eċċezzjonijiet oħra<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-abbozz ta’ motivazzjoni għall-pożizzjoni komuni (Dokument tal-Kunsill 11962/09 ADD 1, tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, p. 8).</P></NOTE>. Madankollu, eċċezzjoni speċifika għal impjanti bħaċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth, ma hijiex prevista.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għandu jingħad li l-użu tal-enerġija elettrika għall-produzzjoni tal-aluminju ma huwiex użu dirett ta’ prodotti tal-kombustjoni fi proċess tal-manifattura. Konsegwentement, il-valuri limitu stabbiliti fid-Direttiva 2001/80 għandhom japplikaw għaċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth, u r-rikors għandu jintlaqa’.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3503"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />1)</NO.P><TXT>Peress li rrifjuta li japplika d-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE>, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għaċ-ċentrali elettrika ta’ Lynemouth, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>
