|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/946 |
4.2.2025 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq
(C/2025/946)
DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ
Dan l-avviż ta’ gwida huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Filwaqt li dan l-Avviż għandu l-għan li jgħin lill-awtoritajiet u lill-operaturi, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti biex tinterpreta b’mod awtoritatevoli d-dritt tal-Unjoni.
1. Qafas legali u kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ (2) ġie konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra. Huwa ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (3) tat-30 ta’ Jannar 2020 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.
Fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dritt tal-Unjoni ma baqax japplika għar-Renju Unit, filwaqt li beda japplika l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq – issa msejjaħ il-Qafas ta’ Windsor (4), li huwa parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ.
F’konformità mal-Artikolu 5(4) u mal-punt 25 tal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor, id-Direttiva 94/62/KE (5), kif ukoll l-atti legali tal-Unjoni li jissupplimentaw jew jimplimentaw (6), jemendaw, jew jissostitwixxu (7) lil dak l-att legali, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2025/40, li ssostitwixxa d-Direttiva 94/62/KE. F’konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Qafas ta’ Windsor, ir-referenza għad-Direttiva 94/62/KE fil-punt 25 tal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor issa għandha tinqara bħala referenza għar-Regolament (UE) 2025/40.
2. Applikabbiltà għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq
Diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2025/40 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor. Dawk id-dispożizzjonijiet huma:
|
— |
l-Artikolu 23; |
|
— |
l-Artikoli 29-33; |
|
— |
l-Artikolu 34 u l-Artikolu 56(1)(b) sakemm ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq ma jiħux miżuri biex jikseb tnaqqis sostnut fil-konsum ta’ basktijiet tal-plastik ħfief f’konformità mal-Artikolu 34(1); |
|
— |
l-Artikoli 41-55; |
|
— |
il-paragrafi 1(a), 1(c) u 6 tal-Artikolu 56; u |
|
— |
l-Artikoli 57 u 63. |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2025/40 m’għandhomx japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
(1) Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj).
(2) Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”).
(4) Il-Qafas ta’ Windsor huwa mod ġdid kif il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, jissejjaħ f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit ( ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).
(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(6) L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(7) L-Artikolu 13(3) tal-Qafas ta’ Windsor.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/946/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)