23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2438

tad-19 ta' Diċembru 2017

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (1), EUMM Georgia, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 (2) estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2018.

(3)

Fil-15 ta' Diċembru 2017, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-Missjoni ta' EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Erik HØEG huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' EUMM Georgia għall-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 15).