European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2874

11.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2874

tal-5 ta’ Novembru 2024

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/982 (3) li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Bert HÄGGBLOM sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Jesper JOSEFSSON sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Finlandiż ippropona lis-Sur Anders EKSTRÖM, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Lagtingsledamot, Ålands lagting (Membru tal-Parlament, il-Parlament ta’ Åland), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Finlandiż ippropona lis-Sur Marcus MÅTAR, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Lagtingsledamot, Ålands lagting (Membru tal-Parlament, il-Parlament ta’ Åland), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sur Anders EKSTRÖM, Lagtingsledamot, Ålands lagting (Membru tal-Parlament, Parlament ta’ Åland),

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sur Marcus MÅTAR, Lagtingsledamot, Ålands lagting (Membru tal-Parlament, Parlament ta’ Åland).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tal-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/144/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/982 tal-15 ta’ Mejju 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 134, 22.5.2023, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/982/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2874/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)