|
4.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/374
tat-3 ta' Marzu 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' reviżjoni mill-Kunsill, jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna waħda elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. FARRUGIA
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, titħassar l-entrata relatata mal-persuna li ġejja:
|
16. |
Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko |