Official Journal L 189 , 23/07/1994 P. 0067 - 0069
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0124
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/29/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom oriġini mill-annimali rispettivament IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq iċ-ċereali [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni rċeviet mandat fil-qafas tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE biex tħejji lista ta' residwi tal-pestiċida u l-livelli massimi tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kunsill; Billi, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u l-kriterji tas-saħħa pubblika u l-agrikoltura, issa jinħass il-bżonn li l-Anness II għad-Direttivi msemmija hawn fuq ikun emendat biż-żieda tad-dispożizzjonijiet dwar ir-residwi tal-pestiċida oħrajn għaċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali, jiġifieri, daminozide, lambda-cyhalothrin, ethephon, propiconazole, carbofuran, carbosulfan, benfuracarb, furathiocarb, cyfluthrin, metalaxyl, benalaxyl u fenarimol; Billi, b'dana kollu, it-tagħrif disponibbli mhuwiex biżżejjed għal ċerti kumbinazzjonijiet ta' pestiċida-ċereali/oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali skond kif inhu xieraq; billi perjodu ta' żmien, li ma jeċċedix aktar minn erba' snin, għandu jkun meħtieġ biex jiġġenera dan it-tagħrif; billi, għalhekk, il-livelli massimi għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999; billi n-nuqqas li jkun ipprovdut tagħrif sodisfaċenti normalment iwassal fl-istabbiliment ta' livelli fil-limiti xierqa tad-determinazzjoni; Billi, biex ikun ikkalkulat aħjar id-dħul tar-residwi tal-pestiċida fl-ikel, ikun prudenti li jkunu stabbiliti simultanjament, meta jkun possibbli, livelli massimi tar-residwu għall-pestiċidi individwali fil-komponenti kollha ewlenin ta' l-ikel; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu tal-kwantitajiet minimi ta' pestiċida biex jinkiseb kontroll adekwat, applikat b'tali mod li l-ammont tar-residwu jkun l-iżgħar b'mod prattikabbli u jkun ukoll tossikoloġikament aċċettabbli; Billi l-livelli massimi tar-residwu stabbiliti fid-Direttiva kurrenti għandhom ikunu rriveduti fil-qafas ta' ri-evalutazzjonijiet tas-sustanzi attivi li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta' ħidma stabbilit fl-Anness 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Ir-residwi tal-pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE: (a), (b) u (ċ) Mit-30 ta' Ġunju 1999 'il quddiem u minbarra għall-adozzjoni ta' livelli oħrajn, il-limiti massimi li ġejjin għandhom ikunu applikati kif indikat: (a) : 0,02 (b) : 0,05 (ċ) : 0,1 Residwi tal-pestiċida | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | 42.CYFLUTHRIN, inklużi kostitwenti iżomeriċi mħallta oħrajn (is-somma ta' iżomeri) | 0,05: qamħirrun 0,02: ċereali oħra | 43.METALAXYL | 0,05 | 44.BENALAXYL | 0,05 | 45.FENARIMOL | (a): qamħ, xgħir 0,02: ċereali oħra | 46.PROPICONAZOLE | 0,05 | 47.DAMINOZIDE, (is-somma ta' daminozide u 1,1-dimethylhydrazine espressa bħala daminozide) | 0,02 | 48.LAMBDA-CYHALOTHRIN | 0,05: xgħir 0,02: ċereali oħra | 49.ETHEPHON | (b): qamħirrun 0,2: qamħ u triticale 0,5: xgħir u sikrana 0,05: ċereali ohra | 50.CARBOFURAN (is-somma ta' carbofuran u 3-hydroxycarofuran espressa bħala carbofuran) | (ċ): ross u ħafur 0,1: ċereali oħra | 51.CARBOSULFAN | 0,05 | 52.BENFURACARB | (b): qamħirrun 0,05: ċereali oħra | 53.FURATHIOCARB | 0,05 | L-Artikolu 2 1. Ir-residwi ta' pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm stabbiliti fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. (1) (4) | fil-ħalib tal-baqra u l-krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401; għall-oġġetti l-oħra ta' l-ikel fl-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406 b'konformita ma'u | f'bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri 040700 u 0408 | 15.CYFLUTHRIN, inklużi kostitwenti iżomeriċi mħallta oħrajn (is-somma ta' l-iżomeri) | 0,05 | 0,02 | 0,02 | 16.LAMBDA-CYHALOTHRIN, inklużi kostitwenti iżomeriċi mħallta oħrajn (is-somma ta' l-iżomeri) | 0,5 (barra 0207 laħam tat-tjur) 0,02 (0207 laħam tat-tjur) | 0,05 | 0,02 | 2. Ir-residwi tal-pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-Parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: (a) Mit-30 ta' Ġunju 1999 'il quddiem, u minbarra għall-adozzjoni ta' livelli oħrajn, il-limitu massimu li ġej għandu jkun japplika: 0,02. Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | fil-laħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406 | fil-bajd frisk bil-qoxra, fil-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 040700 u 0408 | 17.FENARIMOL | Ex 0208(a) Fwied + kliewi 0,02prodotti oħra | 0,02 | 0,02 | 18.METALAXYL | 0,5 | 0,05 | 0,05 | 19.BENALAXYL | 0,5 | 0,05 | 0,05 | 20.DAMINOZIDE (is-somma ta' daminozide u 1,1-dimethylhydrazine espressa bħala daminozide) | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 21.ETHEPHON | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 22.PROPICONAZOLE | Ex 0206 0,1 fwied minn annimali li jixtarru 0,05 prodotti oħrajn | 0,1 | 0,05 | 23.CARBOFURAN (is-somma ta' carbofuran u 3-hydroxycarbofuran espressa bħala carbofuran) | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 24.CARBOSULFAN | 0,5 | 0,05 | 0,05 | 25.BENFURACARB | 0,5 | 0,05 | 0,05 | 26.FURATHIOCARB | 0,5 | 0,05 | 0,05 | L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1995. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta' l-aħħar għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-23 ta' Ġunju 1994. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/57/KEE (ĠU L 211, tat-23.8.1993, p. 1). [2] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/57/KEE (ĠU L 211, tat-23.8.1993, p. 1). [3] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/71/KEE (ĠU L 221, tal-31.8.1993, p. 27 --------------------------------------------------