<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-387/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0387</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:751">EU:C:2021:751</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20210901">1.9.2021</DATE> – Kawża C‑387/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">OKR (Rinviju preliminari ta’ nutar)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210901">1 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Nutar</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>qorti jew tribunal nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑387/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Zastępca notarialny w Krapkowicach (nutar li jeżerċita fi Krapkowice, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20200803">3 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20200812">12 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura mressqa minn</P></ORDER.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">OKR</HT></P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u M. N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 53(2), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 22 u 75 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>, rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 60, p. 140</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament dwar is-Suċċessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn OKR, ċittadina Ukrena, residenti fil-Polonja u koproprjetarja ta’ proprjetà immobbli għal użu residenzjali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, kontra r-rifjut, minn Zastępca notarialny w Krapkowicach (nutar li jeżerċita fi Krapkowice, il-Polonja) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>nutar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li jikteb testment notarili li jinkludi klawżola li permezz tagħha id-dritt applikabbli għas-suċċessjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa d-dritt Ukrain.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għażla ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jiddisponi fil-paragrafi 1 u 2:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna tista’ tagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tagħha fl-intier tagħha l-liġi tal-Istat li hija jkollha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla.</ALINEA><ALINEA>Persuna li għandha ċittadinanzi multipli tista’ tagħżel il-liġi ta’ kwalunkwe Stat li hija għandha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla jew fil-ħin tal-mewt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għażla ta’ liġi għandha ssir b’mod espliċitu f’dikjarazzjoni fil-forma ta’ trasferiment <HT TYPE="ITALIC">causa mortis</HT> jew tintwera b’mod ċar bit-termini ta’ tali trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 75 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu, li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[d]an ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar huma parti fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament u li jittrattaw kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 81 tal-ustawa Prawo o notariacie (Il-Liġi dwar il-Kodiċi Notarili), tal-<DATE ISO="19910214">14 ta’ Frar 1991</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 22, punt 91), fil-verżjoni applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kodiċi Notarili<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[i]n-nutar għandu jirrifjuta li jwettaq att notarili illegali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 82 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-persuna li tiġi rrifjutata att notarili għandha tiġi informata bid-dritt ta’ rikors kontra dan ir-rifjut u bil-modalitajiet tal-eżerċizzju tiegħu. Din il-persuna tista’, f’terminu ta’ ġimgħa mid-data tar-rifjut li jitwettaq l-att notarili, titlob bil-miktub li jiġu redatti u li jiġu nnotifikati lilha r-raġunijiet għar-rifjut. In-nutar għandu jfassal il-motivi f’terminu ta’ ġimgħa mid-data li fiha jirċievi t-talba.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna kkonċernata tista’, f’terminu ta’ ġimgħa mid-data tan-notifika tar-raġunijiet għar-rifjut, jew, fil-każ fejn hija ma tkunx għamlet it-talba fit-terminu previst għan-notifika tal-motivi tar-rifjut, mid-data li fiha hija tkun ġiet informata bir-rifjut, tippreżenta rikors kontra<?PAGE NO="3"?> r-rifjut li jitwettaq l-att notarili quddiem is-Sąd Okręgowy [(il-Qorti Reġjonali, il-Polonja)] tal-post ta’ stabbiliment tal-uffiċċju tan-nutar li jirrifjuta li jwettaq l-att notarili. Ir-rikors huwa ppreżentat permezz tal-imsemmi nutar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.001A"><NO.PARAG>1a)</NO.PARAG><ALINEA>In-nutar imsemmi fil-paragrafu 1) huwa obbligat li jsegwi r-rikors f’terminu ta’ ġimgħa u jippreżenta lill-qorti, minbarra r-rikors, il-pożizzjoni tiegħu, kif ukoll li jinnotifika lill-persuna kkonċernata, sakemm ma jkunx diġà fformula u nnotifika lil din il-persuna bir-raġunijiet għar-rifjut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.001B"><NO.PARAG>1b)</NO.PARAG><ALINEA>Il-Qorti għandha teżamina r-rikors f’seduta, billi tapplika debitament id-dispożizzjonijiet tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) dwar il-proċeduri mhux kontenzjużi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>In-nutar jista’, jekk jikkunsidra li r-rikors huwa leġittimu, iwettaq l-att notarili; f’dan il-każ, huwa ma jkomplix ir-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>OKR talbet lin-nutar l-istabbiliment ta’ testment Notarili li jinkludi klawżola li permezz tagħha d-dritt applikabbli għas-suċċessjoni fil-kawża prinċipali huwa d-dritt Ukrain.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>In-nutar ikkonċernat irrifjuta li jistabbilixxi tali att, abbażi tal-Artikoli 22 u 75 tar-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet kif ukoll tal-umowa bilateralna o pomocy prawnej i stosunkach prawnych w sprawach cywilnych i karnych (Il-Ftehim Bilaterali Bejn il-Polonja u l-Ukraina, dwar l-għajnuna legali u r-relazzjonijiet ġuridiċi fil-qasam ċivili u kriminali) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ftehim Polono-Ukrain<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), tal‑<DATE ISO="19930524">24 ta’ Mejju 1993</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>OKR, permezz ta’ nutar, ippreżentat rikors kontra r-rifjut li jiġi stabbilit l-att mitlub quddiem is-Sąd Okręgowy w Opolu (il-Qorti Reġjonali ta’ Opole, il-Polonja) permezz ta’ dan l-istess nutar, skont l-Artikolu 83(1) tal-Kodiċi Notarili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, l-imsemmi nutar isostni li huwa msejjaħ jistħarreġ, fl-ewwel istanza, id-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu li permezz tagħha kkunsidra li l-att mitlub kien illegali. Issa, huwa jindika li ma jistax ikun f’pożizzjoni li jiżgura effettivament dan l-istħarriġ jekk, f’kawża li s-suġġett prinċipali tagħha huwa l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, bħal f’dan il-każ, huwa ma jistax iressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, l-imsemmi nutar jindika, essenzjalment, li huwa korp imparzjali u indipendenti fir-rigward tal-partijiet li jitolbuh jistabbilixxi att notarili, li l-protezzjoni ġuridika li huwa jagħti għandha natura vinkolanti u li l-istħarriġ li huwa jwettaq fuq ir-rifjut tiegħu li jwettaq att notarili għandu wkoll natura permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li n-nutar iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet] għandu jiġi interpretat fis-sens li anki persuna li ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea tista’ tagħżel id-dritt nazzjonali tagħha bħala d-dritt li għalih huma suġġetti l-kwistjonijiet kollha relatati mas-suċċessjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 75 moqri flimkien mal-Artikolu 22 tal-imsemmi Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet] għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jirregolax l-għażla tad-dritt fil-qasam tas-suċċessjoni iżda jindika d-dritt applikabbli fil-qasam tas-suċċessjoni, iċ-ċittadin ta’ tali pajjiż terz li jirrisjedi fl-Istat Membru marbut b’dan il-ftehim bilaterali jista’ jwettaq l-għażla tad-dritt?</TXT><P>U b’mod partikolari,</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-ftehim bilaterali mal-pajjiż terz għandu jeskludi b’mod espliċitu l-għażla ta’ dritt partikolari, u mhux biss jirregola l-<HT TYPE="ITALIC">lex successionis</HT> permezz tal-użu ta’ kriterji ta’ rabta oġġettivi, sabiex jitqies li d-dispożizzjonijiet tiegħu jieħdu preċedenza fuq l-Artikolu 22 tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet]?</P></ITEM><ITEM><P>il-libertà tal-għażla tad-dritt tas-suċċessjoni u tat-twaħħid tad-dritt applikabbli permezz tal-għażla tad-dritt, tal-inqas fil-kuntest speċifikat mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 22 tar-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet], hija wieħed mill-prinċipji sottostanti l-kooperazzjoni tal-qrati f’materji ċivili u kummerċjali fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, liema prinċipji ma jistgħux jinkisru, u dan lanqas fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi li jieħdu preċedenza fuq ir-Regolament [dwar is-Suċċessjonijiet]?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, adottata fuq opinjoni tal-Avukat Ġenerali u tal-Imħallef Relatur, tressqet talba għal informazzjoni lin-nutar. Permezz ta’ din it-talba, dan tal-aħħar ġie mistieden jippreċiża ċerti elementi relatati mal-funzjonijiet tiegħu fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali intiżi sabiex jiġi stabbilit jekk huwa għandux, f’dan il-każ, il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas-<DATE ISO="20201016">16 ta’ Ottubru 2020</DATE>, l-imsemmi nutar jindika, fir-rigward tal-kwalità tiegħu ta’ terza persuna quddiem is-Sąd Okręgowy (il-Qorti Reġjonali, il-Polonja), li fil-kuntest tal-imsemmija proċedura l-partijiet ma humiex ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>konvenut<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, iżda bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>partijiet fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Fir-rigward tar-rikonoxximent jew le, lin-nutar, tal-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, il-prattika tvarja kemm abbażi tad-diversi qrati reġjonali kif ukoll abbażi tad-diversi kulleġġi ġudikanti tal-istess taqsima fi ħdan dawn il-qrati. Fi kwalunkwe każ, huwa jsostni li anki jekk in-nutar jiġi ammess mill-qorti, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, dan il-professjonist għandu wkoll rwol iddettat mill-istatus tiegħu ta’ membru ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>professjoni bbażata fuq il-fiduċja tal-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u huwa obbligat jaġixxi fl-interess pubbliku, li jkun indipendenti u imparzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-indipendenza interna tiegħu kif ukoll tal-kwalità tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>terz<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fil-konfront tal-awtorità li tadotta d-deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors, in-nuta jindika, abbażi rispettivament tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Anesco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-462/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:715">EU:C:2020:715</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li, fl-ebda stadju tal-eżerċizzju tal-ġustizzja preventiva, huwa ma jittratta kawża li fil-kuntest tagħha huwa parti fil-proċedura u li, f’ebda mument, huwa ma għandu interess proprju fis-soluzzjoni ta’ din il-kawża, u fil-fatt il-ksur tal-obbligu ta’ imparzjalità jikkostitwixxi nuqqas dixxiplinari gravi. Fil-fatt, dawn huma proċeduri addizzjonali ta’ protezzjoni tal-Istat tad-dritt, li ma jpoġġux lill-awtorità inkarigata mill-kawża fl-istess livell tal-partijiet fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-nutar isostni li, minkejja li l-prinċipju ta’ għażla libera tan-nutar għall-istabbiliment ta’ att Notarili japplika għall-partijiet fil-proċedura tas-suċċessjoni, ir-rikors kontra r-rifjut eventwali tan-nutar li jistabbilixxi l-att mitlub għandu neċessarjament jiġi ppreżentat quddiem l-istess nutar li huwa l-awtur ta’ dan ir-rifjut u li huwa obbligat jieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 83(1a) u (2) tal-Kodiċi Notarili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża jew meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tagħha tal-ewwel tagħti lil tat-tieni l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għaliha sabiex tiddeċiedi l-kawża li tkun tressqet quddiemha (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180425">25 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Secretaria Regional de Saúde dos Açores</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑102/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:294">EU:C:2018:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex ikun abilitat jagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-organu tar-rinviju għandu jkun ikkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk l-organu tar-rinviju għandux in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni hija rregolata unikament mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ elementi, bħal jekk l-organu huwiex stabbilit b’liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċedura tiegħu hijiex ta’ natura kontradittorja, jekk l-organu japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Margarit Panicello</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑503/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:126">EU:C:2017:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn dan, sabiex jiġi stabbilit jekk l-organu nazzjonali għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa neċessarju li tiġi eżaminata n-natura speċifika tal-funzjonijiet li huwa jkun jeżerċita fil-kuntest legali partikolari li fih huwa jkun intalab jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi vverifikat jekk kawża hijiex pendenti quddiem tali organu u jekk dan tal-aħħar huwiex mitlub li jiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Margarit Panicello</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑503/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:126">EU:C:2017:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta ma jkunx mitlub jiddeċiedi tilwima, organu tar-rinviju, anki jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jitqies li jeżerċita funzjoni ġudizzjarja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010614">14 ta’ Ġunju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Salzmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:331">EU:C:2001:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bengtsson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:174">EU:C:2011:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-provi kollha inklużi fil-proċess ta’ din il-kawża jirriżulta li n-nutar ikkonċernat ma huwiex mitlub jiddeċiedi kawża u ma huwiex mitlub jagħti deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, b’tali mod li ma jeżerċitax funzjonijiet ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 81 tal-Kodiċi Notarili, in-nutar għandu jevalwa l-legalità tal-att notarili mitlub li jistabbilixxi u jekk huwa jikkonstata li dan l-att ma huwiex konformi mal-liġi, huwa għandu jirrifjuta li jistabbilixxi dan l-att. Skont l-Artikolu 81(1), dan ir-rifjut jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors quddiem il-qorti ordinarja, ippreżentat permezz tal-istess nutar li jkun adotta d-deċiżjoni ta’ rifjut. F’din l-ewwel fażi tal-proċedura, in-nutar għandu setgħa ta’ stħarriġ fuq id-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 83(1a) u (2) tal-Kodiċi Notarili u kif ikkonferma l-Gvern Pollakk fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura diretta kontra r-rifjut tan-nutar li jistabbilixxi l-att mitlub, dan in-nutar jew, jekk iqis li l-ilment huwa fondat, jistabbilixxi l-att notarili, billi jipproċedi għar-rettifika tad-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu, jew iżomm il-pożizzjoni tiegħu u jibgħat il-kawża quddiem is-Sąd Okręgowy (il-Qorti Reġjonali, il-Polonja) sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors, fejn jippreżenta il-pożizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ebda deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja ma tittieħed mill-imsemmi nutar la meta jikkonferma d-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu, u lanqas meta jqis li l-ilment huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-possibbiltà li d-deċiżjoni ta’ rifjut tiġi rrettifikata ma għandhiex il-karatteristiċi ta’ proċedura intiża għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja. Fil-fatt, fil-kuntest tal-evalwazzjoni deskritta fil-punti 26 u 27 ta’ dan id-digriet, in-nutar iwettaq stħarriġ tad-deċiżjoni tiegħu dwar il-legalità tal-att Notarili, kif mitlub mir-rikorrent, fir-rikors ippreżentat quddiem il-qorti ordinarja, fid-dawl tal-argumenti mressqa minn dan ir-rikorrent wara l-imsemmija deċiżjoni ta’ rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni li, fil-Polonja, in-nutar ma jeżerċitax funzjoni ġudizzjarja ma hijiex ikkontestata mill-fatt li, skont id-dritt proċedurali Pollakk, dan in-nutar jaġixxi bħala korp <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>tal-ewwel istanza<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 22 ta’ dan id-digriet, il-kwistjoni dwar jekk l-organu ta’ rinviju huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, taqa’ biss taħt id-dritt tal-Unjoni, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjonijiet nazzjonali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li, meta jistħarreġ id-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu li jistabbilixxi att notarili, in-nutar ma jkunx adit b’kawża, iżda għandu jivverifika mill-ġdid il-konformità tat-talba li jistabbilixxi tali att mal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni dwar l-istabbiliment tal-att notarili mitlub. Din il-proċedura intermedja għandha n-natura ta’ lment amministrattiv, li fil-kuntest tiegħu n-nutar huwa msejjaħ jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu stess u, jekk ikun il-każ, jistabbilixxi l-att notarili mitlub qabel ma l-qorti tiġi adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li r-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet jippreċiża, fl-Artikolu 3(2) tiegħu, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ dan ir-regolament, jinkludi mhux biss l-awtoritajiet ġudizzjarji, iżda wkoll kull awtorità oħra u kull professjonist legali ieħor b’kompetenza fil-qasam tas-suċċessjoni li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din l-istess dispożizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. E. (Kompetenza ġudizzjarja u liġi applikabbli għas-suċċessjoni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:569">EU:C:2020:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), peress li l-kunċett hekk iddefinit fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament għandu sens iktar wiesa’ minn dak tal-istess kunċett imsemmi fl-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta jwettaq l-imsemmi stħarriġ tad-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu, in-nutar ma għandux il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>terz<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> meta mqabbel mal-awtorità li adottat id-deċiżjoni suġġett tar-rikors, li huwa determinanti sabiex l-istanza kkonċernata tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Anesco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑462/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:715">EU:C:2020:715</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din l-interpretazzjoni ma hijiex kontradetta mill-fatt li, skont in-nutar ikkonċernat, anki meta nutar jiġi ammess mill-qorti adita bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, huwa għandu r-rwol ta’ membru ta’ professjoni bbażata fuq il-fiduċja tal-pubbliku, b’tali mod li jibqa’ obbligat jaġixxi fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tan-nutar dwar il-fatt li nutar jista’ jiżgura effettivament il-missjoni ta’ stħarriġ li ngħatatlu biss jekk, f’kawża li l-għan prinċipali tagħha huwa l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huwa jkun f’pożizzjoni li jagħmel domanda preliminari, hija ġurisprudenza stabbilita li l-eżistenza ta’ rimedji ġudizzjarji diretti kontra d-deċiżjonijiet tippermetti li tiġi ggarantita f’kull każ l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst fl-Artikolu 267 TFUE kif ukoll l-unità ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li din id-dispożizzjoni tat-trattat tfittex li tiżgura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Belov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C 394/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:48">EU:C:2013:48</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, in-nutar ikkonċernat ma jistax, għall-finijiet ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-nutar għandha tiġi miċħuda bħala manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem l-organu tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn Zastępca notarialny w Krapkowicach (nutar li jeżerċita fi Krapkowice, il‑Polonja) hija manifestament inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>