|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6046 |
8.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11745 - DIE SCHWEIZERISCHE POST / FENACO / POWERUP JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6046)
1.
Fil-25 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Die Schweizerische Post AG (“Schweizerische Post”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Fenaco Genossenschaft (“Fenaco”, l-Iżvizzera). |
Schweizerische Post u Fenaco se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PowerUp AG (“PowerUp”, l-Iżvizzera).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Schweizerische Post hija attiva prinċipalment fit-trasport ta’ ittri u pakketti fl-Iżvizzera u f’pajjiżi oħrajn, il-forniment ta’ servizzi finanzjarji, servizzi reġjonali tat-trasport tal-passiġġieri u servizzi relatati; |
|
— |
Fenaco hija prinċipalment attiva fil-provvista ta’ inputs agrikoli, prodotti tal-konsumatur u servizzi għall-agrikoltura u setturi oħra. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża PowerUp se jkunu dawn li ġejjin:|
— |
It-tħaddim u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ network ta’ ċċarġjar rapidu pubbliku għall-vetturi elettriċi fl-Iżvizzera kollha. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11745 - DIE SCHWEIZERISCHE POST / FENACO / POWERUP JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6046/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)