20.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/57


Rettifika għad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 96 tad-29 ta' Marzu 2014 )

F'paġna 156, Artikolu 7(4)(b), l-ewwel paragrafu:

minflok:

“Għall-finijiet tal-punt (a) jew il-(b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta' klassi ta' eżattezza aħjar jekk is-sid jagħżel hekk.”;

aqra:

“Għall-finijiet tal-punt (a) jew tal-punt (b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta' klassi ta' eżattezza aħjar jekk is-sid jagħżel hekk.”.

F'paġna 163, Artikolu 30(1):

minflok:

“1.   Jista' jintuża korp intern akkreditat biex iwettaq attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għall-impriża li minnha jkun jifforma parti għall-fini li jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti fil-punt 2 (Modulu A2) u l-punt 5 (Modulu C2) tal-Anness II. Tali korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-impriża u m'għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl valutati minnu”;

aqra:

“1.   Jista' jintuża korp intern akkreditat biex iwettaq attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għall-impriża li minnha jkun jifforma parti għall-fini li jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti fil-Modulu A2 u l-Modulu C2 tal-Anness II. Tali korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-impriża u m'għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl valutati minnu.”.

F'paġna 207, Anness IV, Parti I, il-punt 4.2:

minflok:

“4.2.

L-arloġġi tal-Klassi 1.0”;

aqra:

“4.2.

L-arloġġi tal-Klassi 1,0”.

F'paġna 208, Anness IV, it-Tielet Parti, l-intestatura:

minflok:

“IT-TIELET PARTI”;

aqra:

“PARTI III”.

F'paġna 215, Anness VI, il-punt 7.5, it-tabella, it-tieni kolonna, is-sitt linja:

minflok:

“L-identifikazzjoni tat-tip (pereżempju Pt 100)”;

aqra:

“L-identifikazzjoni tat-tip (pereżempju Pt100)”.