|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5158 |
2.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(C/2026/5158)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN (Nru 2), Igor Viktorovich KRASNOV (Nru 3), Junzheng WANG (Nru 6), Mingshan WANG (Nru 7), Mingguo CHEN (Nru 8), Kyong-thaek JONG (magħruf ukoll bħala Kyo'ng-t'aek CHO'NG) (Nru 9), Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV (Nru 43), Natalia Nikolaevna DUDAR (Nru 89), Petr Pavlovich SERKOV (Nru 101), Nikolay Viktorovich TIMOSHIN (Nru 103), Hailun ZHU (Nru 5), Abdel Karim Mahmoud (Mahmood, Mohammad) IBRAHIM (Nru 115), Ali Mahmoud ABBAS (Nru 116), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet jew evidenza emendati. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom jew l-evidenza, qabel id-9 ta' Ottubru 2026, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5158/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)