|
28.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/90 |
P9_TA(2019)0036
L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-UE fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (12412/2019 – C9-0139/2019 – 2019/0186(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
(2021/C 202/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (12412/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (C9-0139/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0018/2019), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |