|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 132/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1). |
|
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/681/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/693/UE tat-22 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi format komuni għat-tieni rapport tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ kompożizzjonijiet organiċi volatili (4) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II għall-Ftehim:
|
“9aa. |
32010 D 0693: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/693/UE tat-22 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi format komuni għat-tieni rapport tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ kompożizzjonijiet organiċi volatili (ĠU L 301, 18.11.2010, p. 4).” |
Artikolu 2
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 21abd (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:
|
“21abe. |
32010 D 0681: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/681/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 65).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/681/UE u 2010/693/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 143, 10.6.2010, p. 20.
(2) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 87.
(3) ĠU L 292, 10.11.2010, p. 65.
(4) ĠU L 301, 18.11.2010, p. 4.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.