European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1306

30.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK)2025/1306

tal-24 ta’ Ġunju 2025

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1031 (2), li taħtar lis-Sa Karin LIMDAL bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta’ April 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(3)

Fis-26 ta’ Ġunju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1816 (3) li testendi l-mandat tas-Sa Karin LIMDAL bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(4)

Fid-29 ta’ April 2025, ir-Rappreżentant Għoli ppropona li l-mandat tas-Sa Karin LIMDAL bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS jiġi estiż mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Karin LIMDAL bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa estiż mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2025.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/354/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1031 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2024) (ĠU L, 2024/1031, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1031/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1816 tas-26 ta’ Ġunju 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2024) (ĠU L, 2024/1816, 27.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1816/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1306/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)