<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-28/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0028</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:86">EU:C:2018:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona – Kawża C-28/17</HT></P><P>NN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-28/17</HT></P><P>NN A/S</P><P>vs</P><P>Skatteministeriet</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Proċedura għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpannija li tappartjeni lil grupp fiskali li tnaqqas it-telf imġarrab minn stabbiliment permanenti li jappartjeni lil kumpannija mhux residenti tal-istess grupp għall-kundizzjoni li l-kumpannija mhux residenti ma tkunx tista’ tnaqqas dan it-telf mill-ammont taxxabbli għall-finijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji fil-pajjiż ta’ residenza tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Prevenzjoni ta’ tnaqqis doppju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet preliminari mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-impatt tal-libertà ta’ stabbiliment fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola t-tassazzjoni diretta tal-kumpanniji jipprovaw jagħtu risposta għad-domandi li jsiru mill-qrati ta’ rinviju, iżda xi drabi jqajmu kwistjonijiet ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan jidher li huwa dak li jista’ jiġi konkluż miż-żieda fit-talbiet għal deċiżjoni preliminari li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja jsirulha domandi espliċiti dwar l-interpretazzjoni (jew dwar il-portata u l-applikazzjoni) ta’ sentenza preċedenti dwar it-tassazzjoni tal-kumpanniji. Sabiex jingħataw biss żewġ eżempji reċenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-kawża Bevola u Jens W. Trock<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Kawża C-650/16, pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li fiha ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tiegħi fis-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:15">EU:C:2018:15</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-istess qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-tnaqqis tat-telf ta’ stabbiliment permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sabiex nirreferi għal stabbilimenti permanenti jew għal fergħat ser nuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>taħt kundizzjonijiet li huma analogi għal dawk tal-kawża li tat lok għas-sentenza […] Marks &amp; Spencer<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>fil-kawżi magħquda X u X<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kawżi magħquda C-398/16 u C-399/16, pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li fihom ippreżentajt il-konklużjonijiet tiegħi fil-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:807">EU:C:2017:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) xtaqet tikseb kjarifiki dwar sentenzi preċedenti, b’mod partikolari s-sentenza X Holding<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE> (<NO.CASE>C-337/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:89">EU:C:2010:89</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’rabta mar-regoli fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar gruppi kkonsolidati ta’ kumpanniji.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-suġġett tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa, għal darba oħra, il-kuntrast bejn il-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-taxxa u l-libertà ta’ stabbiliment. L-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka) tibbaża d-dubji fuq interpretazzjoni tas-sentenza Philips Electronics<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE> (<NO.CASE>C-18/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:532">EU:C:2012:532</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>is-sentenza Philips Electronics<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE>, li l-fatti tagħha tant huma qrib il-fatti fil-kawża prinċipali li <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> jidher li hija possibbli sempliċi estrapolazzjoni tas-soluzzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna t-tpaċija tat-telf ta’ stabbiliment permanenti, li jinsab fid-Danimarka u li jippartjeni lil kumpannija residenti fl-Isvezja, li tkun tagħmel parti minn grupp tan-negozju Daniż. L-awtoritajiet Daniżi ma aċċettawx it-tnaqqis ta’ dan it-telf, għall-finijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji li l-grupp għandu jħallas fid-Danimarka, u ċ-ċaħda tiegħu twassal għad-dubji tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 TFUE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandhom jiġu projbiti. Tali projbizzjoni għandha testendi ruħha wkoll għal restrizzjonijiet fuq l-istabbiliment ta’ aġenziji, fergħat u sussidjarji, minn ċittadini ta’ Stat Membru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>Il-libertà ta’ l-istabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasa, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi u b’mod partikolari kumpanniji li jaqgħu taħt it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 54 taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-liġijiet tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment, għaċ-ċittadini tiegħu stess, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu dwar il-kapital.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 54 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-kumpanniji jew ditti stabbiliti konformement mal-liġijiet ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrati jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali ġewwa l-Unjoni, għandhom, għall-fini ta’ dan il-Kapitolu ikunu meqjusa bħala persuni fiżiċi ċittadini ta’ l-Istati Membri.</ALINEA><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kumpaniji jew ditti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifissru kumpanniji jew ditti stabbiliti skond il-liġijiet ċivili jew kummerċjali, inklużi s-soċjetajiet koperattivi u persuni ġuridiċi oħra regolati bid-dritt pubbliku jew privat, ħlief għal dawk bla skop ta’ qligħ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Selskabsskatteloven (il-Liġi Kkonsolidata Nru 1164 tas-<DATE ISO="20160206">6 ta’ Frar 2016</DATE>, dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>LTK<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 31(1) tal-LTK jistipula li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-kumpanniji li jagħmlu parti minn gruppi u assoċjazzjonijiet, eċċ. koperti mill-punti 1 sa 2b, 2d sa 2j, 3a sa 5 u 5b tal-Artikolu 1(1), jew mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), jew mill-Artikolu 21(4) tal-Kulbrinteskatteloven [il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Idrokarburi] għandhom ikunu ntaxxati bħala grupp (sistema fiskali nazzjonali għal gruppi).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S><P>Din id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li t-telf sostnut minn kumpannija tal-grupp jista’ jiġi paċut minn kumpannija oħra tal-istess grupp. Madankollu, grupp Daniż ma jistax japplika l-istess tnaqqis iktar minn darba waħda.</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 31(2):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-kumpanniji li huma suġġetti għas-sistema fiskali għal gruppi għandhom jistabbilixxu d-dħul taxxabbli tal-grupp, li għandu jkun it-total tad-dħul taxxabbli ta’ kull kumpannija individwali suġġetta għas-sistema fiskali għal gruppi, ikkalkolat skont ir-regoli ġenerali tal-leġiżlazzjoni fiskali, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti għall-kumpanniji suġġetti għal din is-sistema.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S><P>Is-sistema fiskali Daniża obbligatorja għall-gruppi ta’ kumpanniji tapplika wkoll għall-istabbilimenti permanenti Daniżi ta’ kumpanniji barranin.</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-Artikolu 31(2):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>It-telf tal-istabbilimenti permanenti jistgħu jiġu paċuti biss mad-dħul ta’ kumpanniji oħrajn jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat barrani […] fejn tkun residenti l-kumpannija tistabbilixxi li t-telf ma jistax jiġi paċut fid-determinazzjoni tad-dħul tal-kumpannija fl-Istat barrani […] fejn il-kumpannija tkun residenti jew tkun għażlet is-sistema fiskali internazzjonali għal gruppi […].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Likwidazzjoni tat-Taxxa (verżjoni kkonsolidata Nru 1162, tal-<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>LLT<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 5G jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-persuni taxxabbli […] ma jistgħux inaqqsu l-ispejjeż li, skont regoli tat-taxxa barranin, jistgħu jitnaqqsu mid-dħul mhux inkluż fid-determinazzjoni tat-taxxa fid-Danimarka. L-istess għandu japplika jekk, taħt ir-regoli fiskali barranin, it-tnaqqis ta’ spejjeż jista’ jiġi applikat sabiex jitnaqqas id-dħul tal-kumpanniji tal-grupp fil-każ li d-dħul tagħhom ma jkunx inkluż fil-komputazzjoni tat-taxxa fid-Danimarka.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S><P>L-Artikolu 5G tal-LLT ma japplikax għall-istabbilimenti permanenti Daniżi ta’ kumpanniji barranin.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>NN hija l-kumpannija omm ta’ grupp Daniż li jiġbor fi ħdanu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, żewġ sussidjarji residenti fl-Iżvezja, imsejħa Sverige 1 u Sverige 2. Dawn iż-żewġ sussidarji kienu huma stess proprjetarji ta’ stabbilimenti permanenti fid-Danimarka, li, għall-finijiet ta’ din il-kawża, huma msejħin B (proprjetà ta’ Sverige 2) u C (proprjetà ta’ Sverige 1).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fl-2006, iż-żewġ stabbilimenti permanenti […] ġew amalgamati, wara li B ġie ttrasferit lil Sverige 1, bi skambju ta’ ishma. L-istabbiliment finali ġie msejjaħ A<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-Isvezja, il-grupp iddeċieda li l-amalgamazzjoni kellha tiġi ttrattata għall-finijiet tat-taxxa bħala ristrutturazzjoni ta’ attivitajiet, li hija operazzjoni mhux taxxabbli minħabba li titqies bħala suċċessjoni. Madankollu, fid-Danimarka din l-istess amalgamazzjoni tqieset bħala trasferiment ta’ assi skont il-valur tas-suq, li huwa suġġett għat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>B’riżultat tal-amalgamazzjoni, l-avvjament tal-istabbiliment B tqies għall-finijiet tal-kontabbiltà bħala parti mid-dħul tagħha taxxabbli fid-Danimarka. Dan l-avvjament ma setax jiġi ammortizzat fl-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>NN talbet li t-telf sostnut mill-istabbiliment A jitnaqqas mir-riżultat tal-grupp fis-sena 2008, talba li l-awtorità fiskali Daniża rrifjutat abbażi tal-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-raġuni għar-rifjut ta’ din it-talba kienet li, skont dik id-dispożizzjoni, it-tpaċija tat-telf mar-riżultat fiskali integrat tal-grupp hija possibbli biss jekk, skont ir-regoli tal-Istat li fih tirrisjedi l-kumpannija proprjetarja tal-istabbiliment permanenti (f’dan il-każ, l-Isvezja), dan it-telf ma jistax jiġi paċut mal-profitti tal-istess kumpannija f’dak l-Istat barrani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-awtoritajiet Daniżi, ir-regoli fiskali Svediżi ma kinux jipprekludu t-tpaċija tat-telf imġarrab mill-istabbiliment permanenti li kien jappartjeni lis-sussidjarja residenti fl-Isvezja (jiġifieri telf li seta’ jitnaqqas fl-Istat Membru msemmi l-aħħar).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata quddiem il-Landsskatteretten (il-Qorti Fiskali Nazzjonali, id-Danimarka) li kkonfermatha. Kontra d-deċiżjoni tagħha ġie ppreżentat appell quddiem l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant), li għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-kumpanniji residenti humiex suġġetti għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kundizzjoni ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, fis-sens tas-sentenza Philips Electronics UK (punt 20), fil-qasam tat-tpaċija tat-telf, għal dik applikabbli għall-fergħat ta’ kumpanniji mhux residenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li jiġi kkonstatat li l-liġi Daniża dwar it-taxxa ma tinkludix differenza fit-trattament bħal dik li kienet inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Philips Electronics UK, projbizzjoni li ssir tpaċija bħal dik deskritta iktar ’il fuq – f’każ fejn il-profitti ta’ stabbiliment permanenti ta’ kumpannija mhux residenti huma suġġetti għas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat ospitanti – tikkostitwixxi fiha nnifisha restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE li teħtieġ li tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-kunsiderazzjoni ta’ prevenzjoni tat-tnaqqis doppju ta’ telf jew mill-għan li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri jew saħansitra minn kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ ġustifikazzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni hija proporzjonata?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sunt tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont NN, bl-ewwel domandi preliminari huwa mistenni li jiġi kkjarifikat jekk regola bħal dik prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK hijiex restrizzjoni fuq il-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-fehma ta’ NN, is-sitwazzjoni ta’ sussidjarja u dik ta’ stabbiliment permanenti, li t-tnejn li huma jappartjenu lil kumpannija barranija, huma rregolati minn dispożizzjonijiet differenti. Il-punt 1 tal-Artikolu 5G tal-LLT japplika għas-sussidjarji Daniżi ta’ kumpanniji barranin, iżda mhux għall-istabbilimenti permanenti. F’din il-kawża għandu jiġi eżaminat jekk, sabiex jiġu kkalkolati r-riżultati kkonsolidati tal-grupp Daniż, kumpannija Żvediża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fid-Danimarka permezz ta’ stabbiliment permanenti hijiex suġġetta għal trattament inqas favorevoli minn kumpannija lokali f’sitwazzjoni paragunabbli iżda esklużivament nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont NN, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrispondiet għal din id-domanda fis-sentenza Philips Electronics u l-kriterji stabbiliti f’din is-sentenza huma applikabbli għal dan il-każ peress li, f’sitwazzjoni esklużivament nazzjonali u skont il-liġi Daniża, ma hemm l-ebda impediment sabiex it-telf jiġi paċut mar-riżultati fiskali kkonsolidati tal-grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>NN tqis li, f’din il-kawża, il-preżervazzjoni tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri ma tirrappreżentax ġustifikazzjoni suffiċjenti, fin-nuqqas ta’ elementi oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Rewe Zentralfinanz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:194">EU:C:2007:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Oy AA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-231/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:439">EU:C:2007:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-bażi ta’ dan hija s-salvagwardja tas-simetrija bejn id-dritt tat-tassazzjoni tal-profitti u l-possibbiltà tat-tnaqqis tat-telf<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lidl Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-414/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:278">EU:C:2008:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>NN lanqas ma tqis li din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata mill-intenzjoni li jiġi evitat it-tnaqqis doppju tat-telf. Anki jekk dan it-telf ikun jista’ jitnaqqas fl-Isvezja, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża, is-setgħa ta’ tassazzjoni tad-Danimarka ma tkunx affettwata. Fil-fehma tagħha, mill-punti 22 sa 33 tas-sentenza Philips Electronics jirriżulta li r-restrizzjoni kkonstatata lanqas ma hija ġġustifikata mill-għan ikkombinat li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja tal-istess telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Finalment, skont NN, anki jekk wieħed jassumi li restrizzjoni mdaħħla mil-liġi Daniża tista’ tkun iġġustifikata, din ma tkunx proporzjonata f’dan il-każ speċifiku, peress li ma hemmx telf taħt il-liġi Svediża, b’tali mod li l-istess telf ma jistax jintuża darbtejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Daniż, f’din il-kawża ma hemm l-ebda restrizzjoni għal-libertà tal-istabbiliment, skont is-sentenza Philips Electronics: il-grupp NN ma setax, skont ir-regoli Daniżi, igawdi minn tnaqqis ikbar li kieku A kienet kumpannija sussidjarja Daniża minflok fergħa Daniża ta’ sussidjarja Svediża. Ir-regoli stabbiliti fil-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK u fil-punt 1 tal-Artikolu 5G tal-LLT japplikaw għaż-żewġ sitwazzjonijiet bl-istess mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni ta’ stabbiliment permanenti Daniż u ta’ kumpannija sussidjarja Daniża ta’ kumpannija mhux residenti huma oġġettivament paragunabbli, peress li f’sitwazzjonijiet transkonfinali biss ikun hemm ir-riskju ta’ tnaqqis doppju tat-telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għall-Gvern Daniż, it-tieni domanda preliminari tfittex li tikkjarifika jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà tal-istabbiliment humiex applikabbli għal miżuri mhux diskriminatorji, bħal dawk tal-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK. Peress li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tinvolvi l-ebda trattament diskriminatorju bejn sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli, ma hemm l-ebda restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jekk, ipotetikament, hemm tali differenza fit-trattament li tirrestrinġi l-libertà ta’ stabbiliment, il-Gvern Daniż isostni li din tkun iġġustifikata minħabba li hija maħsuba sabiex tipprevjeni u tevita t-tnaqqis doppju ta’ telf. Għalhekk, huwa jargumenta li dan il-każ ma huwiex identiku għal dak fil-kawża li wasslet għas-sentenza Philips Electronics.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Gvern Daniż jisħaq li l-bżonn għal regoli li jipprevjenu t-tnaqqis doppju tat-telf ġie rrikonoxxut mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>OECD<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) u mill-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 2 sa 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1164<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Direttiva tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20160712">12 ta’ Lulju 2016</DATE> li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> juru li din il-prevenzjoni hija aspirazzjoni leġittima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-proporzjonalità, il-Gvern Daniż isostni li l-punt 2 tal-Artikolu 31(2) 2 tal-LTK ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu. Din id-dispożizzjoni tapplika irrispettivament minn jekk telf effettivament jitnaqqasx jew le fl-Istat Membru l-ieħor. Jekk it-tnaqqis effettiv ta’ telf fi Stat Membru jkun l-uniku ostakolu sabiex jitnaqqas ukoll fid-Danimarka, il-persuna taxxabbli tkun tista’ tippjana tnaqqis doppju, billi l-ewwel tirreġistra dan it-telf fid-Danimarka u mbagħad wara tużah fl-Istat l-ieħor fi snin fiskali futuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-integrazzjoni fiskali li tippermetti, fi ħdan l-istess grupp, it-tpaċija tat-telf ta’ kumpannija mal-profitti ta’ kumpanniji oħra fl-istess grupp, tikkostitwixxi vantaġġ fiskali u, skont il-punt 20 tas-sentenza Philips Electronics, l-Artikolu 5G tal-LLT jimplika restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment billi jintroduċi miżura li tista’ tirrendi inqas attraenti, għal kumpanniji minn Stati Membri oħrajn, il-ħolqien ta’ stabbiliment permanenti fid-Danimarka. Il-kumpanniji minn Stati Membri oħrajn li għandhom sussidjarji jew stabbilimenti permanenti fid-Danimarka jġarrbu, għal din ir-raġuni, diskriminazzjoni meta mqabbla ma’ gruppi esklussivament Daniżi li ma jwettqux attivitajiet transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-pożizzjoni tal-istabbilimenti permanenti hija paragunabbli għal dik ta’ kumpanniji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, b’riferiment għas-sentenza Philips Electronics, la t-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, u lanqas il-prevenzjoni ta’ tnaqqis doppju tat-telf ma jistgħu jiġġustifikaw din ir-restrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fis-sitwazzjoni speċifika tal-kawża prinċipali, fejn ma teżistix il-possibbiltà li t-telf jitnaqqas fl-Isvezja, il-Kummissjoni tqis li l-possibbiltà ta’ nuqqas doppju ta’ tnaqqis turi n-natura sproporzjonata tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Gvern Ġermaniż sostna li l-prevenzjoni ta’ tnaqqis doppju tiġġustifika l-miżuri leġiżlattivi Daniżi u li l-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni li ssegwi l-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza Philips Electronics tista’ ddaħħal inkwistjoni l-validità tad-Direttiva 2016/1164. Il-Kummissjoni ċaħdet kategorikament li dan kien l-argument tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-digriet tar-rinviju ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>NN, il-Gvern tad-Danimarka kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE> saret seduta li fiha dehru NN, il-Gvernijiet tad-Danimarka u tal-Ġermanja u l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kumment preliminari</HT> </HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi b’mod partikolari għall-punt 20 tas-sentenza Philips Electronics (b’mod konkret, għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kundizzjoni ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li tinsab fih), hija tesprimi d-dubji tagħha, b’mod ġenerali, skont ir-raġunament magħmul mill-Qorti tal-Ġustizzja meta analizzat jekk il-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni diretta mill-Istati Membri tikkostitwixxix ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment, bi ksur tat-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-erba’ domandi jikkorrispondu wkoll, fil-parti l-kbira tagħhom, għad-domandi preliminari li l-qorti tar-rinviju fformulat fil-kawża Philips Electronics.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-fatt, l-ewwel nett tiddetermina jekk hemmx trattament differenti bejn sitwazzjonijiet komparabbli li jista’ jirrestrinġi l-libertà ta’ stabbiliment. Imbagħad, jekk iva, tanalizza jekk ir-restrizzjoni hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Fl-aħħar nett, jekk tkun iġġustifikata, tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-limitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Se nadotta dan l-istess metodu, bla ħsara għall-fatt li, fil-fehma tiegħi, għandha tingħata risposta waħda, minflok erba’ risposti suċċessivi, għad-domandi magħmula mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, it-tilwima inkwistjoni fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari titlef is-suġġett tagħha jekk, kif ġie indikat matul is-seduta, it-telf imġarrab mill-istabbiliment permanenti jista’ jitnaqqas fid-Danimarka sa fejn il-grupp NN ikun irnexxielu juri quddiem l-awtoritajiet Daniżi li ma kien hemm l-ebda riskju li l-istess telf jiġi paċut ukoll fl-Isvezja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Bi tweġiba għal xi mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Daniż irrikonoxxa li ma setgħetx tiġi eskluża din il-possibbiltà.</P></NOTE>. Hija r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju li tivverifika din l-ipoteżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Analiżi tal-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-istruttura tas-sistema Daniża għall-prevenzjoni ta’ tnaqqis doppju hija bbażata fuq żewġ regoli: (a) waħda ta’ natura ġenerali, jiġifieri l-Artikolu 5 tal-LLT; u (b) oħra speċifika għall-istabbilimenti permanenti, jiġifieri l-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5G tal-LLT jistipula li kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka ma jistgħux, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul tagħhom fid-Danimarka, inaqqsu l-ispejjeż li, skont regoli tat-taxxa barranin, jistgħu jinaqqsu mid-dħul la ma jkunx inkluż fid-determinazzjoni tat-taxxa fid-Danimarka. Din l-istess regola tapplika għall-ispejjeż li, taħt regoli tat-taxxa barranin, jistgħu jitnaqqsu mid-dħul miksub minn kumpanniji li jappartjenu għal grupp ikkonsolidat, jekk dan id-dħul ma jiġix inkluż fil-kalkolu tat-taxxa Daniża. Skont id-digriet tar-rinviju, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal kumpanniji u entitajiet oħra msemmijin fl-Artikoli 31 u 32 tal-LTK<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punt 38 tad-digriet tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbilimenti permanenti bbażati fid-Danimarka li jappartjenu lil kumpanniji barranin, dawn huma rregolati mill-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK, li jagħmel parti mis-sistema ta’ tassazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpanniji: it-telf ta’ dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu paċuti mad-dħul ta’ kumpanniji oħrajn biss jekk, skont ir-regoli tal-Istat barrani fejn il-kumpannija tkun residenti, dan it-telf ma jistax jiġi paċut sabiex jiġi ddeterminat id-dħul tal-kumpannija fl-imsemmi Stat barrani jew jekk tkun intgħażlet is-sistema fiskali internazzjonali għal gruppi ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Is-sistema fiskali għal gruppi hija obbligatorja fid-Danimarka u tapplika għall-istabbilimenti Daniżi li jappartjenu lil kumpanniji barranin integrati fil-grupp. Fil-każ li d-Danimarka teżerċita b’mod sħiħ il-kompetenza fiskali tagħha fuq dawn l-istabbilimenti, it-tassazzjoni ta’ grupp ikkonsolidat ma għandhiex issofri distorsjoni. Madankollu, il-leġiżlazzjoni Daniża tipprovdi għall-possibbiltà li jkun hemm interferenzi minħabba l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija (f’dan il-każ l-Isvezja). Għalhekk hemm id-dispożizzjoni legali li tinsab fil-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Hija tiċċita, f’dan is-sens, sentenza tal-2010 (mingħajr ma tagħti d-data tagħha), TfS 2011.687.</P></NOTE> tinterpreta l-Artikolu 5G tal-LLT flimkien mal-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK f’termini li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>jekk kumpannija Daniża li tixtieq tnaqqas it-telf ta’ sussidjarja barranija li tkun suġġetta għas-sistema fiskali għal gruppi turi li ma tistax tnaqqas fiskalment dan it-telf barra mill-pajjiż, il-limitazzjoni fuq it-tnaqqis stabbilita fil-punt 1 tal-Artikolu 5G […] ma għandhiex tapplika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Punt 41 tad-digriet tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din it-tilwima, sabiex jiġi deċiż meta jkun hemm trattament differenti bejn sitwazzjoni purament interna u waħda transkonfinali għandu l-ewwel jiġi ddeterminat jekk il-preżenza ta’ stabbiliment permanenti, u mhux ta’ sussidjarja, hijiex rilevanti jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Kif irrimarkajt fil-konklużjonijiet li ppreżentajt fil-kawża Bevola u Jens W. Trock<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C-650/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:15">EU:C:2018:15</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, id-differenza essenzjali bejn kumpannija sussidjarja u stabbiliment permanenti tinsab fil-personalità ġuridika tal-ewwel waħda, li l-istabbilimenti permanenti ma għandhomx. L-istabbilimenti permanenti huma biss strumenti li jaqgħu taħt l-istruttura tal-kumpannija li toħloqhom u li tużahom għall-attivitajiet tagħha, taħt diversi forom (aġenziji, fergħat u oħrajn). Kumpannija tista’ tiftaħ stabbiliment permanenti fl-Istat ta’ residenza tagħha stess jew fi Stat Membru ieħor u l-libertà tagħha li tagħżel wieħed jew l-ieħor ma għandhiex tiġi ristretta, bħala prinċipju, lanqas permezz ta’ miżuri fiskali (Artikolu 49 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għal finijiet ta’ taxxa, minn perspettiva purament interna, il-fatt li l-istabbiliment permanenti u l-kumpannija li waqqfitu jkollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat jelimina kull problema dwar il-portata tas-setgħa ta’ dak l-Istat (uniku) li jintaxxa l-profitti tagħhom. Minn perspettiva purament nazzjonali, stabbiliment permanenti huwa parti mill-assi tal-persuna ġuridika li tużah sabiex twettaq in-negozju tagħha. Fiskalment, it-telf jew il-profitti tiegħu ġeneralment jiġu attribwiti direttament u immedjatament lir-riżultati tal-kumpannija propjetarja, dejjem fl-Istat ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma japplikax meta l-istabbiliment permanenti jkun jinsab fi Stat differenti minn dak tal-kumpannija li ħolqitu. F’dan il-kuntest, l-istabbilimenti permanenti jistgħu jiġu ttrattati bħala entitajiet fiskali awtonomi, f’konformità mal-prassi ġuridika internazzjonali li hija riflessa fil-mudell ta’ konvenzjoni fiskali tal-OECD, b’mod partikolari fl-Artikoli 5 u 7 ta’ din il-konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddikjara li, skont it-tqassim tal-kompetenza fiskali, il-fatt li l-Istati Membri jispiraw ruħhom mill-prattika internazzjonali u, b’mod speċjali, mill-mudelli ta’ konvenzjoni magħmula mill-OECD, jibqa’ raġonevoli. Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>van Hilten-van de Heijden</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑513/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:131">EU:C:2006:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont dan l-approċċ, ir-riżultati miksuba mill-istabbiliment permanenti jaqgħu, normalment, fl-isfera tas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat fejn jinkisbu dawn ir-riżultati, mingħajr ma jiġu imputati lill-kumpannija li tkun ħolqitu u li tkun residenti fl-Istat ta’ <HT TYPE="ITALIC">oriġini</HT>, sakemm ma jkunx hemm eżenzjoni taħt mekkaniżmu legali jew konvenzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-liġi Daniża, stabbiliment permanenti ta’ kumpannija barranija jaġixxi, għall-finijiet ta’ taxxa, bl-istess mod bħal kumpannija sussidjarja, b’tali mod li jitqies bħala element integrali tal-grupp fiskali Daniż. Madankollu, meta l-kumpannija sussidjarja jew l-istabbiliment permanenti ta’ kumpannija barranija jkunu suġġetti, fi grad maġġuri jew minuri, għas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat li fih tkun ibbażata din tal-aħħar (f’dan il-każ l-Isvezja) u meta din l-interferenza tista’ tikkawża li l-affarijiet ma jaħdmux sew, il-liġijiet tat-taxxa Daniżi jirreferu għall-mekkaniżmi deskritti hawn fuq, sabiex jiġi evitat tnaqqis doppju tat-telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, għandu jiġi analizzat jekk il-LTK u l-LLT, meta jipprekledu l-possibbiltà tat-tnaqqis tat-telf, fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, għall-gruppi ta’ kumpanniji b’attivitajiet transkonfinali, jillimitawx il-libertà ta’ stabbiliment tagħhom u jekk is-sitwazzjoni ta’ dawn il-gruppi hijiex komparabbli ma’ dik tal-gruppi li huma <HT TYPE="ITALIC">kompletament</HT> Daniżi, li għalihom ir-regoli fiskali huma iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Minn perspettiva formali, jidhirli li wieħed ma jistax jinnega l-vantaġġ mogħti lil grupp <HT TYPE="ITALIC">kompletament</HT> Daniż u r-restrizzjoni korrelattiva għall-grupp Daniż li jkollu sussidjarji mhux residenti: il-kumpannija omm ta’ dan tal-aħħar tista’ tnaqqas ir-riżultati negattivi ta’ waħda mill-entitajiet barranin tagħha biss jekk ikunu ssodisfatti r-rekwiżiti previsti fil-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LLT jew fl-Artikolu 5 tal-LLT; min-naħa l-oħra, il-grupp <HT TYPE="ITALIC">kompletament</HT> Daniż jista’ jnaqqas it-telf ta’ wħud mis-sussidjarji tiegħu mir-riżultati kkonsolidati, mingħajr kundizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>F’sitwazzjoni totalment interna, l-istabbiliment permanenti jitqies bħala parti mill-assi tal-kumpannija propjetarja, b’tali mod li t-telf tiegħu huwa telf tal-kumpannija stess.</P></NOTE>. Tali differenza fit-trattament, bħala prinċipju, tagħmel l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, permezz ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, inqas attraenti għall-gruppi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ gruppi jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli? Sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, huwa essenzjali li jitqies l-għan tar-regola inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>X Holding</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 337/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:89">EU:C:2010:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li hawnhekk huwa limitat sabiex jiġi evitat tnaqqis doppju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet fl-affermattiv għal din id-domanda, fil-punti 19 u 20 tas-sentenza Philips Electronics, filwaqt li ċaħdet l-argument kuntrarju tar-Renju Unit. Id-deċiżjoni tagħha kienet li teżisti restrizzjoni tal-libertà ta’ kumpannija mhux residenti li tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor u li s-sitwazzjonijiet ikunu oġġettivament komparabbli meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>leġiżlazzjoni nazzjonali […] tissuġġetta għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbiltà tal-użu tat-telf għall-bżonnijiet ta’ taxxa barranija, permezz ta’ eżenzjoni ta’ grupp u għal kumpannija residenti, ta’ telf sostnut mill-istabbiliment permanenti f’dan l-Istat Membru ta’ kumpannija li ma hijiex residenti, meta t-trasferiment tat-telf sostnut f’dan l-Istat Membru minn kumpannija residenti ma huwa suġġett għall-ebda kundizzjoni ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Philips Electronics, punt 20.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Kif tenfasizza l-Kummissjoni, mingħajr ma dan ġie kkontestat b’mod konvinċenti mill-Gvern Daniż, l-evalwazzjoni tal-komparabbiltà magħmula fis-sentenza Philips Electronics tista’ tiġi applikata f’din il-kawża, inkluż mill-perspettiva tal-għan tal-leġiżlazzjoni Daniża. Fir-rigward tal-għan li jiġi evitat it-tnaqqis doppju ta’ telf, kemm ir-regoli li jkopru sitwazzjonijiet li huma purament interni kif ukoll dawk li jkopru l-preżenza ta’ elementi transkonfinali huma intiżi li jiżguraw li l-istess infiq jew telf jiġi kkunsidrat darba biss.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jekk ir-regoli Daniżi inkwistjoni jistabbilixxu, għal sitwazzjonijiet paragunabbli, trattament differenti li jista’ jiskoraġġixxi lill-kumpanniji mhux residenti milli jistabbilixxu ruħhom fid-Danimarka u <HT TYPE="ITALIC">vice versa</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>X Holding</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-337/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:89">EU:C:2010:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Steria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-386/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:524">EU:C:2015:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-pass li jmiss jeħtieġ li ssir riflessjoni dwar jekk jistax ikun hemm xi ġustifikazzjoni għall-imsemmija restrizzjoni, li tista’ tagħmilha potenzjalment kompatibbli mal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju f’każijiet fejn żewġ Stati Membri jew iktar ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħa ta’ tassazzjoni tispjega l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikoli tal-LTK u tal-LLT, li huma inkwistjoni f’din il-kawża. Madankollu, il-fatt li l-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">tista’ tiġi spjegata</HT> ma jfissirx li hija dejjem <HT TYPE="ITALIC">iġġustifikata</HT> mill-perspettiva tat-tfixkil tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Eventwali ġustifikazzjoni teħtieġ l-eżistenza ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fosthom il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-protezzjoni tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri, iż-żamma tal-koerenza tas-sistema fiskali jew il-prevenzjoni tal-frodi fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għall-Gvern Daniż, il-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju tat-telf għandha tiġi miżjuda fil-lista ta’ ġustifikazzjonijiet ammissibbli. Madankollu, l-argument tiegħu ma jidhirx, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li huwa konformi mar-raġunijiet mogħtija fis-sentenza Philips Electronics, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>rabtet, minflok, it-tnaqqis doppju tat-telf mal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ impożizzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-istabbiliment permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza Philips Electronics, punt 30: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>il-probabbiltà li tali telf jittieħed inkunsiderazzjoni fl-Istat Membru ospitanti li fih jinsab l-istabbiliment permanenti u li jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni fl-Istat Membru fejn il-kumpannija li ma hijiex residenti għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha ma jaffettwax is-setgħa ta’ impożizzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</P></NOTE>;</P></ITEM><ITEM><P>enfasizzat li dan l-għan ma jippermettix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>inkwantu tali, [li] jawtorizza lill-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment permanenti sabiex jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tat-telf għar-raġuni li dawn jistgħu, barra minn hekk, jintużaw fl-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha l-kumpannija li ma hijiex resident<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 32.</P></NOTE>, u</P></ITEM><ITEM><P>iddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-Istat Membru ospitanti, li fit-territorju tiegħu jinsab l-istabbiliment permanenti, ma jistax għaldaqstant, sabiex jiġġustifika l-leġiżlazzjoni tiegħu f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jinvoka b’mod awtonomu r-riskju ta’ teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 33.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Huwa diffiċli li, abbażi tas-sentenza Philips Electronics, il-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju tat-telf tiġi kklassifikata bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, fl-istess sentenza, ġiet miċħuda l-invokazzjoni ta’ din ir-raġuni għal dan l-iskop, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>anki jekk jitqies li tali motiv jista’ jiġi invokat b’mod awtonomu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 28.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Madankollu, forsi wasal iż-żmien li jiġu kkwalifikati dawn id-dikjarazzjonijiet tas-sentenza Philips Electronics, ladarba l-ġlieda kontra t-tnaqqis doppju ngħatat attenzjoni speċjali mil-leġiżlatur tal-Unjoni wara li ngħatat l-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Wara li l-OECD ħarġet il-konklużjonijiet tagħha tat-13 u l-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, dwar l-Erożjoni tal-Bażi Taxxabbli u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS), li r-rapporti tagħhom ġew ippubblikati fil-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Fit-<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trasparenza fiskali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa [COM (2015) 136 final], li ġiet segwita, fis-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar sistema ta’ tassazzjoni korporattiva aktar ġusta u effettiva fl-Unjoni Ewropea.</P></NOTE> u l-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Konklużjonijiet tat-<DATE ISO="20151208">8 ta’ Diċembru 2015</DATE> (Dok. 15068/15).</P></NOTE> tennew il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet komuni u fl-istess ħin flessibbli, fil-livell tal-Unjoni, li jkunu konsistenti mal-konklużjonijiet tal-OECD dwar il-BEPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Skont id-Direttiva 2016/1164<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Milquta direttament mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/952 tad-<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE> li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta’ diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi terzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="144" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 144, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, approvata bħala riżultat tal-proċess leġiżlattiv rilevanti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[h]uwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li, bħala minimu, l-Istati Membri jimplimentaw l-impenji tagħhom taħt il-BEPS u b’mod aktar ġenerali, jieħdu azzjoni sabiex jiskoraġġixxu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa u jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva fl-Unjoni b’mod koerenti u kkoordinat biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. B’mod konkret, tenfasizza li huwa essenzjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>li jiġu stabbiliti regoli sabiex jissaħħaħ il-livell medju ta’ protezzjoni kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa fis-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Premessi 2 u 3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Rwol ewlieni f’din il-linja baġitarja tikkorrispondi għall-hekk imsejħa diskrepanza ibrida li, skont il-punt 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2016/1164, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sitwazzjoni li tinvolvi kontribwent jew […] entità fejn: […] g), isir eżitu ta’ tnaqqis doppju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Dan tal-aħħar huwa definit fl-istess artikolu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tnaqqis tal-istess pagament, spejjeż jew telf fil-ġurisdizzjoni li fiha l-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż ikunu saru jew it-telf ikun iġġarrab (ġurisdizzjoni tal-pagatur) u f’ġurisdizzjoni oħra (ġurisdizzjoni tal-investitur)<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Meta diskrepanza ibrida tagħti lok għal tnaqqis doppju, il-konsegwenza, skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2016/1164, għandha tkun li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>(a) it-tnaqqis għandu jiġi miċħud fl-Istat Membru li huwa l-ġurisdizzjoni tal-investitur; u (b) fejn it-tnaqqis ma jiġix miċħud fil-ġurisdizzjoni tal-investitur, it-tnaqqis għandu jiġi miċħud fl-Istat Membru li huwa l-ġurisdizzjoni tal-pagatur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Wieħed mill-għanijiet tal-emenda tad-Direttiva 2016/1164 bid-Direttiva 2017/952 kien jikkonsisti fir-regolarizzazzjoni tad-diskrepanzi ibridi tal-istabbilimenti permanenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Id-diskrepanzi ta’ stabbiliment permanenti ibridi jseħħu meta d-differenzi bejn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni tal-istabbiliment permanenti u ta’ residenza għall-allokazzjoni tal-introjtu u n-nefqa bejn partijiet differenti tal-istess entità jagħtu lok għal diskrepanza fl-eżiti tat-taxxa u jinkludu dawk il-każijiet fejn eżitu ta’ diskrepanza jirriżulta minħabba l-fatt li stabbiliment permanenti jiġi injorat taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tal-fergħa. Dawk l-eżiti ta’ diskrepanza jistgħu jwasslu għal tnaqqis doppju jew tnaqqis mingħajr inklużjoni, u jenħtieġ għalhekk li jiġu eliminati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Il-premessa 10 tad-Direttiva 2017/952.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Naturalment, mhux qiegħed nipproponi li jiġu applikati għal dan il-każ id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha għadu ma skadiex<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Dan it-terminu jiskadi fil-<DATE ISO="20191231">31 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ħlief fir-rigward tal-Artikolu 9a, dwar id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Diskrepanzi ibridi bil-maqlub<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li għalih it-terminu ġie pospost għall-<DATE ISO="20211231">31 ta’ Diċembru 2021</DATE>.</P></NOTE>. Madankollu, fil-fehma tiegħi, id-Direttiva 2016/1164 tirrifletti tħassib, ta’ natura kunsiderevoli, li l-intensità tiegħu preżumibbilment ma setgħetx tiġi identifikata, u naturalment ma kienx rifless espressament fil-liġi meta ngħatat is-sentenza Philips Electronics.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja offriet fil-ġurisprudenza tagħha xi indikazzjonijiet dwar ir-rabta bejn il-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju u l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. Fis-sentenza Brisal u KBC Finance Ireland<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE> (<NO.CASE>C-18/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:549">EU:C:2016:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ir-rieda ta’ prevenzjoni tat-tnaqqis doppju tal-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (professjonali, f’dak il-każ), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tista’ tintrabat mal-ġlieda kontra l-frodi fiskali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, il-prevenzjoni tat-tnaqqis doppju għandha tiġi eżaminata wkoll fid-dawl ta’ aġir li mhux bilfors ikun immotivat minn intenzjoni ta’ frodi. Għalhekk, fis-sentenza Marks &amp; Spencer, wara li ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-Istati Membri għandhom jippruvaw jimpedixxu li dan isir<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li r-riskju ta’ imputazzjoni doppja tat-telf mhux dejjem jikkoinċidi mar-raġuni ta’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-imputazzjoni doppja tat-telf tista’ għalhekk tkun il-konsegwenza tal-applikazzjoni kkombinata ta’ regoli tat-taxxa differenti anki fin-nuqqas ta’ intenzjoni ta’ frodi. Iżda ma huwiex għalhekk li titlef in-natura tagħha ta’ mġiba li, f’konformità mal-istandards attwali tal-OECD, għandha wkoll tiġi miċħuda mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni. Huwa għalhekk li, kif indikajt qabel, l-għan li din tiġi evitata jista’ forsi diġà jiġi kkaratterizzat bħala raġuni (awtonoma) imperattiva ta’ interess ġenerali, mingħajr ma neċessarjament ikun marbut mal-ġlieda kontra l-frodi fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva u b’mod astratt, xejn ma jopponi l-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK, fir-rigward tal-għan li jiġi evitat it-tnaqqis doppju. L-attenzjoni, għalhekk, għandha tkun fuq l-applikazzjoni tiegħu fil-prattika, kif għamlet l-amministrazzjoni fiskali Daniża f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Meta jiġi kkonstatat telf fl-attività tal-istabbiliment permanenti li jinsab fid-Danimarka, li iżda jappartjeni lil sussidjarja Svediża tal-grupp Daniż, l-ammont ta’ dan it-telf jista’ teoretikament jitnaqqas kemm mill-bażi taxxabbli fl-Istat Membru ospitanti (id-Danimarka) kif ukoll mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa fl-Istat ta’ residenza tagħha (l-Isvezja). Dispożizzjoni bħall-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK tipprevjeni li l-kumpannija <HT TYPE="ITALIC">tibbenefika</HT> darbtejn mill-istess spejjeż jew telf. Jekk ma jkunx hekk, is-sitwazzjoni transkonfinali tkun privileġġata meta mqabbla ma’ dik nazzjonali, minħabba li, fil-livell intern, loġikament l-istess awtorità fiskali ma tistax tapprova tnaqqis doppju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Il-punt 1 tal-Artikolu 31(1) tal-ATK jipprovdi li grupp Daniż ma jistax japplika l-istess tnaqqis f’aktar minn okkażjoni waħda.</P></NOTE>, li jkun aċċettabbli f’qafas transnazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni inkwistjoni twassal għalhekk għall-effett mixtieq, jiġifieri li t-telf jiġi kkunsidrat darba biss u, b’mod astratt, ikun adattat għall-għan li jiġi evitat it-tnaqqis doppju. Madankollu, huwa indispensabbli li l-applikazzjoni tagħha, minbarra li tiżgura li jinkiseb l-għan li jrid jintlaħaq, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni Daniża f’din il-kawża tista’ twassal għal sitwazzjoni sproporzjonata, li twassal għal <HT TYPE="ITALIC">nuqqas doppju ta’ tnaqqis</HT>. Hekk jiġri jekk l-enfasi ma tkunx fuq it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">veru</HT> fi Stat ieħor, iżda sempliċiment fuq il-possibbiltà <HT TYPE="ITALIC">teoretika</HT> ta’ dan it-tnaqqis, bħala raġuni għal rifjut, fid-Danimarka, tal-imputazzjoni tat-telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Jekk wieħed jassumi li l-ġlieda kontra t-tnaqqis doppju tiġġustifika dawn it-tip ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali, l-għan tagħhom huwa li t-tnaqqis jiġi miċħud, alternattivament, minn wieħed biss mill-Istati kompetenti, iżda mhux mit-tnejn li huma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Din hija l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni meta jinkludi, fid-Direttivi 2016/1164 u 2017/952 (l-Artikolu 9(1)), il-konklużjonijiet tal-OECD dwar il-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi taxxabbli.</P></NOTE>. Il-loġika ta’ din is-sistema hija bbażata fuq premessa bażika: li l-istess telf jiġi imputat darba waħda biss.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Dan l-eżitu ma jistax jinkiseb, nerġa’ ntenni, abbażi ta’ tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">purament</HT> ipotetiku fl-Istat Membru l-ieħor. Iċ-ċaħda tat-tnaqqis taħt dan il-kriterju ma tirrispettax il-prinċipju ta’ proporzjonalità u lanqas ma twieġeb b’mod xieraq għall-korrispondenza meħtieġa bejn il-piż tat-taxxa u l-kapaċità kontributtiva reali tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Id-dritt Daniż stess jagħti x’jifhem li ma huwiex intiż li jipprevjeni kull tnaqqis iżda, ġustament, li jiżgura li teżisti imputazzjoni waħdanija ta’ telf. Dan jirriżulta mill-interpretazzjoni li l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant) tagħti lill-punt 1 tal-Artikolu 5G tal-LLT, b’rabta mal-kumpanniji Daniżi: dawn tal-aħħar jistgħu jnaqqsu t-telf ta’ sussidjarja barranija inkluża fis-sistema fiskali għal gruppi tagħha jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>jirnexxilhom juru li dan it-telf ma jistax jitnaqqas fiskalment fil-pajjiż barrani<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Punt 41 tad-digriet tar-rinviju, riprodott fil-punt 47 ta’ dawn il-konkużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Kemm jekk hija prattika limitata għall-qorti tar-rinviju u kemm jekk tirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, din is-soluzzjoni ttaffi r-riskju li, sabiex jiġi evitat it-tnaqqis doppju, tintlaħaq sitwazzjoni estrema fejn jiġi rrifjutat b’mod kategoriku kull tnaqqis tat-telf inkwistjoni. Ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva sabiex dan il-kriterju ma japplikax ukoll fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 31(2) tal-LTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Naturalment, sabiex dan il-kriterju jkun applikabbli, ikollha tinġieb prova li t-telf ma setax jiġi kkunsidrat fl-Istat Membru l-ieħor, peress li l-kumpannija propjetarja tal-istabbiliment permanenti kienet diġà eżawriet il-possibbiltajiet kollha ta’ imputazzjoni fl-imsemmi Stat, inkluż il-possibbiltà li tuża dan it-telf fis-snin finanzjarji li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan kienx il-każ f’din il-kawża, għaliex hija biss għandha l-elementi kollha rilevanti sa biex tiddetermina jekk kienx possibbli, b’mod definittiv, li t-telf jitnaqqas mill-bażi taxxabbli ta’ sussidjarja tal-grupp NN residenti fl-Isvezja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi lill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li fit-tassazzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji intaxxat fl-Istat Membru A, it-telf ta’ stabbiliment permanenti li huwa residenti f’dan l-Istat Membru iżda li jappartjeni lil kumpannija residenti fl-Istat Membru B, jista’ jiġi paċut kontra d-dħul ta’ kumpanniji oħrajn fil-grupp biss jekk, skont ir-regoli tal-Istat Membru B, dan it-telf ma jistax jiġi kkunsidrat sabiex jiġi ddeterminat id-dħul ta’ din il-kumpannija fl-Istat Membru B.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 49 TFUE inkwantu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma tippermettix it-tnaqqis tat-telf fl-Istat Membru A meta l-persuna taxxabbli tkun ipprovat li dan it-telf ma jistax jitnaqqas, b’mod definittiv, fl-Istat Membru B, punt dan li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>