|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6797 |
8.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11796 – AUSTRALIANSUPER / DIGITALBRIDGE / SWISS LIFE / DBUPH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6797)
1.
Fit-30 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AustralianSuper Pty Ltd (“AustralianSuper”, l-Awstralja), |
|
— |
DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Databridge Upper Parent Holdings IV, LP (“DBUPH”, l-Istati Uniti), li bħalissa huma kkontrollati minn DigitalBridge u Swiss Life. |
AustralianSuper, DigitalBridge u Swiss Life se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DBUPH.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
AustralianSuper huwa fond ta’ superannwazzjoni u ta’ pensjoni pubbliku għall-industrija b’investimenti fl-Awstralja u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. |
|
— |
DigitalBridge hija ditta ta’ investiment fl-infrastruttura diġitali ddedikata u fuq skala dinjija li tinvesti f’ħames oqsma ewlenin: (i) ċentri tad-data; (ii) torrijiet għat-telefonija ċellulari; (iii) networks tal-fibra; (iv) ċelloli żgħar; u (v) l-infrastruttura edge, |
|
— |
Swiss Life hija fornitur ta’ soluzzjoni ta’ assikurazzjoni tal-ħajja, ta’ pensjonijiet u ta’ soluzzjonijiet finanzjarji. Hija attiva fis-setturi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, tal-investiment u tal-ġestjoni tal-assi, u tipprovdi lill-korporazzjonijiet multinazzjonali b’soluzzjonijiet ta’ benefiċċju għall-impjegati, |
|
— |
DBUPH hija fornitur ta’ servizzi ta’ kolokazzjoni, interkonnessjoni u ġestjoni. Hija tippossjedi u topera portafoll ta’ ċentri tad-data ffukati fuq l-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11796 – AUSTRALIANSUPER / DIGITALBRIDGE / SWISS LIFE / DBUPH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6797/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)