European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6764

22.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12205 — UMICORE/HSAM/EMM)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6764)

1.   

Fill-11 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Extra Mile Materials BV (“EMM”, il-Belġju), ikkontrollata minn Umicore SA/NV (“Umicore”, il-Belġju),

—

HS Hyosung Advanced Materials Corporation (“HSAM”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn HS Hyosung Corporation (il-Korea t’Isfel), li l-azzjonist kontrollanti tagħha huwa s-Sur Hyun-sang Cho.

Umicore u HSAM se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ EMM.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Umicore hija l-kumpanija omm ta’ grupp ta’ kumpaniji li jipprovdu materjali tal-batteriji, kataliżi, materjali ta’ speċjalizzazzjoni, u servizzi ta’ riċiklaġġ,

—

HSAM tipprovdi kordi tat-tajers u raden għaċ-ċinturini tas-sikurezza tal-karozzi, raden u drappijiet industrijali, soluzzjonijiet tal-IA u tal-infrastruttura tad-data, soluzzjonijiet loġistiċi għat-tipi kollha ta’ merkanzija, u hija n-negozjant Mercedes-Benz fil-Korea t’Isfel,

—

EMM twettaq attivitajiet ta’ żvilupp, manifattura kummerċjali u bejgħ (bħalissa kampjuni ta’ prodotti biss) ta’ materjal kompost tal-anodu tas-Silikon-karbonju (“Si/C”) għall-użu u l-applikazzjoni bħala materjali attivi fil-batteriji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12205 — UMICORE / HSAM / EMM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6764/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)