|
3.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 406/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1826
tal-1 ta’ Diċembru 2020
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Atlanta”). |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (2) li ħatret il-Viċi Ammirall Riccardo MARCHIÒ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal Atalanta. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Diogo ARROTEIA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għal Atalanta mit-3 ta' Diċembru 2020. |
|
(4) |
Fit-22 ta' Ottubru 2020, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kaptan Diogo ARROTEIA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-3 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/2/2020) hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mit-3 ta' Diċembru 2020.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2020/895 tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/401 (ATALANTA/2/2020) (ĠU L 206, 30.06.2020, p. 63)