|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1529 |
31.7.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1529
tad-29 ta’ Lulju 2025
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ talba mill-Finlandja biex ma jiġix applikat ir-rekwiżit li tuża l-aktar Linja Bażi tal-ETCS riċenti fl-istallazzjoni ta’ maġemb il-binarji kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695
(notifikata bid-dokument C(2025) 5123)
(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2024, il-Finlandja ppreżentat talba lill-Kummissjoni sal-2035 biex ma tapplikax ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 (2) għall-binarju pilota tal-EKA(it-“talba”). It-talba tressqet abbażi tal-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
|
(2) |
Skont il-punt 7.2.4.2. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695, subsistema ta’ sinjalazzjoni ta’ kontroll u ta’ maġenb il-binarji trid tikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabbiltà fis-seħħ fiż-żmien tat-talba għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-infrastruttura. Dan ikun jeħtieġ l-installazzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (“ETCS”) li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Linja Bażi 4 fuq il-binarju pilota tal-EKA. |
|
(3) |
Il-proġett imsemmi fit-talba jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ subsistema ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-verżjoni 2.1 tas-sistema tal-Linja bażi 3 fuq iż-żona tas-sezzjoni tal-binarju pilota tal-EKA ETCS Lielahti-Siuro-Kokemäki-Pori/Rauma ja Pori/Mäntyluoto/Tahkoluoto. Din it-taqsima tikkonsisti f’madwar 190 kilometru ta’ linja b’binarju wieħed u 18-il stazzjon (il-“proġett tal-linja pilota tal-EKA”). |
|
(4) |
Skont id-dokumenti ppreżentati mill-Finlandja, il-konformità mal-punt 7.2.4.2. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 tkun tinvolvi kost addizzjonali ta’ mill-inqas EUR 16,3 miljun. Dan għaliex l-implimentazzjoni tal-aħħar Linja Bażi tal-ETCS tkun teħtieġ emenda għall-kuntratt iffirmat u tfassil mill-ġdid tas-soluzzjoni teknika li għandha tiġi implimentata. Dan idewwem l-implimentazzjoni tal-proġett b’sentejn u nofs minħabba l-ħtieġa li jiġu nnotifikati fir-reġistru tal-infrastruttura (RINF) (3) ħames snin qabel il-bidla fil-funzjonalitajiet tal-ETCS meħtieġa mill-vetturi li jiċċirkolaw fuq din il-linja (4). Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett jista’ jwassal ukoll għal telf ta’ kofinanzjament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Finlandja. |
|
(5) |
Bħala dispożizzjoni alternattiva, il-Finlandja tissuġġerixxi l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (5) bl-emendi sussegwenti kollha, li jfisser li l-Linja Bażi 3 tal-ETCS biss ikun jeħtieġ li tiġi implimentata. Il-Finlandja biħsiebha tinstalla l-verżjoni 3 tas-sistema tal-Linja Bażi 2.1 tal-ETCS. Għall-futur, il-Finlandja timpenja ruħha li tinstalla l-Linja Bażi 4 tal-ETCS sal-2035, soġġetta għal analiżi ġdida tal-vijabbiltà ekonomika li ssostni dan il-pass. |
|
(6) |
Il-Finlandja impenjat ruħha li tivvaluta l-vijabbiltà ekonomika ta’ titjib tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji għal-Linja Bażi 4 fuq il-proġett pilota tal-linja ferrovjarja EKA sa mhux aktar tard mill-2030, inkluża l-possibbiltà li tintroduċi fuq din il-linja s-sistema futura ta’ komunikazzjoni mobbli ferrovjarja standard tar-radju. Jenħtieġ li l-Finlandja tinforma lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-analiżi ekonomika fl-2030 u fuq bażi biennali fi tmiem l-2032 u l-2034 dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Linja Bażi 4 tal-ETCS fuq din il-linja, dment li tkun ittieħdet deċiżjoni rispettiva. |
|
(7) |
Abbażi tal-ġustifikazzjoni għat-talba pprovduta mill-Finlandja u d-dispożizzjonijiet alternattivi proposti, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1), il-punt (c) u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jistgħu jitqiesu bħala ssodisfati għall-proġett pilota tal-binarju tal-EKA mfisser hawnhekk. Għalhekk, jenħtieġ li t-talba tiġi aċċettata. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-talba tal-Finlandja biex ma tapplikax il-punt 7.2.4.2. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 għall-proġett pilota tal-binarju tal-EKA hija aċċettata bil-kundizzjoni li jiġu applikati l-miżuri alternattivi proposti mill-Finlandja u li ssir rivalutazzjoni fl-2030 dwar il-vijabbiltà ekonomika futura tal-installazzjoni tal-Linja Bażi 4 tal-ETCS fuq il-binarju pilota tal-EKA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2035.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/919 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1694 tal-10 ta’ Awwissu 2023 (ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/777/2023-09-28).
(4) Kif meħtieġ mill-punt 7.2.9. tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/387 tad-9 ta’ Marzu 2020 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/420 tas-16 ta’ Marzu 2020 (ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/919/2020-03-11).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1529/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)