|
22.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9975 – Warburg Pincus / Vista Equity Partners Management / Infoblox)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 352/04)
1.
Fil-15 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Vista Equity Partners Management (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Infoblox, Inc. (“Infoblox” jew il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa kkontrollata esklużivament minn Vista. |
Warburg Pincus u Vista se jakkwistaw kontroll bi sħab fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fuq Infoblox kollha kemm hi. Vista bħalissa tgawdi l-kontroll esklużiv ta’ Infoblox.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Warburg Pincus: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, li primarjament tinvesti f’kumpaniji f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi, is-servizzi industrijali u tan-negozju, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-proprjetà immobbli, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet, |
|
— |
Vista: ditta ta’ investiment privat li tiġġestixxi għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll attivi fil-forniment ta’ servizzi tal-IT, |
|
— |
Infoblox: fornitur ta’ servizzi ta’ awtomatizzazzjoni u sigurtà tal-IT, inkluż software u tagħmir li jawtomatizza l-assenjazzjoni tal-indirizzi IP u tiġġestixxi s-Sistema tal-Ismijiet tad-Dominju (Domain Name System, “DNS”), u soluzzjonijiet ta’ sigurtà tad-DNS u ta’ awtomatizzazzjoni tan-network tal-cloud. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9975 — Warburg Pincus / Vista Equity Partners Management / Infoblox
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).