|
28.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 292/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AD/204-205/10
(2010/C 292 A/01)
Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?
Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?
Mela applika
Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali fuq il-bażi tal-kwalifiki u testijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).
EPSO/AD/204/10 — ĠESTJONI TA' FONDI STRUTTURALI/FOND TA' KOEŻJONI (AD 6)
EPSO/AD/205/10 — TAXXI/ DWANA (AD 7)
L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali l-Kummissjoni.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' iskrizzjoni.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
|
V. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVI |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
EPSO/AD/204/10 = 40 EPSO/AD/205/10 = 34 |
||
|
Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda biss u għal qasam wieħed biss tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10. Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-iskrizzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. |
II. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET
Deskrizzjoni tal-profili speċifiċi tinsab fl-anness.
Il-profil ġenerali mfittex mill-istituzzjonijiet jinsab fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
2.1 |
Kwalifiki Ara l-annessi |
||||||||||
|
2.2 |
Esperjenza professjonali Ara l-annessi |
||||||||||
|
2.3 |
Għarfien lingwistiku Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
||||||||||
|
BG (Bulgaru) CS (Ċek) DA (Daniż) DE (Ġermaniż) EL (Grieg) EN (Ingliż) ES (Spanjol) ET (Estonjan) |
FI (Finlandiż) FR (Franċiż) GA (Irlandiż) HU (Ungeriż) IT (Taljan) LT (Litwan) LV (Latvjan) MT (Malti) |
NL (Olandiż) PL (Pollakk) PT (Portugiż) RO (Rumen) SK (Slovakk) SL (Sloven) SV (Svediż) |
|||||||||
|
Lingwa prinċipali: għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||||
|
u |
|
||||||||||
|
Tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1): għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż. |
||||||||||
IV. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
1. Proċedura
L-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi u l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun għamilt fl-applikazzjoni tiegħek.
|
a) |
It-tweġibiet tiegħek għall-mistoqsijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi determinat jekk intix ser tagħmel parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni. |
|
b) |
Imbagħad, il-bord tal-għażla jipproċedi, għall-kandidati mniżżla f'din il-lista, għal għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika l-kandidati li għandhom il-kwalifiki l-iktar rilevanti (b'mod speċjali l-lawrji, l-esperjenza professjonali) meta mqabbla mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-kriterji tal-għażla deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Din l-għażla ssir f'żewġ stadji:
|
Wara dan il-bord tal-għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki. In-numru tal-kandidati mistiedna (2) għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi għal 3 darbiet in-numru ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Dan in-numru se jkun ippubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
2. Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati
Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru ta' evalwazzjoni u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jiġu vverifikati mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tal-għażla għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jkunu esklużi mill-kompetizzjoni.
Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet kollha d), e), f) taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara t-taqsima V). Dawn il-kandidati jridu wkoll ikunu kisbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità a), b) u c) (ara t-taqsima V). Din il-verifika ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni kollha. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati.
V. KOMPETIZZJONI ĠENERALI
|
Jekk int wieħed mill-kandidati
int se tkun mistieden tipparteċipa fi studju ta' każijiet relatat mal-qasam u f'testijiet oħra fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni li ġeneralment isiru fi Brussell waqt jum jew jum u nofs. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Int se tkun evalwat fuq il-kapaċitajiet tiegħek ta' raġunament (4) permezz ta' dawn l-elementi li ġejjin:
Int se tkun evalwat ukoll fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam kif ukoll dwar dawn il-kompetenzi ġenerali:
Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-dettall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali. Dawn il-kompetenzi se jkunu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 2 għall-partijiet kollha minn a) sa f). Waqt l-istudju tal-każ (parti d), l-għarfien tal-lingwa prinċipali tiegħek (lingwa 1) se tkun ukoll eżaminata. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet ta' raġunament
It-testijiet a), b) u c) huma eliminatorji iżda l-punti tagħhom mhux se jiżdiedu mal-punti tal-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Kompetenzi speċifiċi minn 0 sa 100 punt minimu meħtieġ: 50 punt. Kompetenzi ġenerali minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali flimkien (10 punti għal kull kompetenza) minimu meħtieġ:
Għarfien tal-lingwa prinċipali minn 0 sa 10 punti minimu meħtieġ: 8 punti. |
VI. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista tar-riżerva (5) (ara n-numru ta' kandidati magħżula, taqsima I, punt I) jekk int tkun wieħed mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V. |
||
|
Il-listi huma stabbiliti skont il-kompetizzjoni, skont il-qasam, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu. |
VII. KIF TAPPLIKA?
|
Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO. Data ta' għeluq: is-26 ta' Novembru 2010 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell. |
||
|
F'fażi ulterjuri, il-kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu mitluba jibagħtu fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' prova). Data ta' għeluq: Id-data ta' għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO biss. Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Il-kandidati li ma jiġux mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jistgħu jiksbu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mill-bord tal-għażla, fuq talba mibgħuta fl-10 jiem tal-kalendarju wara n-notifika tan-nuqqas ta' ammissjoni tagħhom għall-kompetizzjoni.
(3) Fil-każ li fl-aħħar post jkunu jinsabu diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(4) Minħabba raġunijiet organizzattivi, it-testijiet ta' raġunament jistgħu jkunu organizzati fiċ-ċentri ta' testijiet fl-Istati Membri, b'mod indipendenti minn eżamijiet oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(5) Fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
ANNESS I
EPSO/AD/204/10 — AMMINISTRATURI (AD 6)
ĠESTJONI TAL-FONDI STRUTTURALI/FOND TA' KOEŻJONI
Speċjalisti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali/Fond ta' Koeżjoni/Fond Soċjali Ewropew/ Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali/Fond Ewropew għas-Sajd
Din il-kompetizzjoni ġenerali hi maħsuba biex tirrekluta amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-Fondi Strutturali Ewropej jew strumenti relatati.
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Il-kompiti prinċipali jikkonsistu:
|
— |
Fl-analiżi u n-negozjar tal-proposti kollha ppreżentati minn Stat Membru għall-approvazzjoni jew modifiki tal-istrumenti tiegħu ta' referenza għat-tħejjija tal-programmazzjoni tal-fondi (1), il-programmi operattivi tiegħu jew il-proġetti kbar iffinanzjati mill-fondi, u dokumenti oħra meħtieġa mir-regolamenti applikabbli. |
|
— |
Fil-parteċipazzjoni u fit-tħejjija, fejn xieraq, tal-mandat ta' negozjati u r-rappurtar dwar il-laqgħat tal-kumitati ta' sorveljanza. |
|
— |
Fl-eżami tat-talbiet għall-pagamenti, analiżi tar-rapporti annwali u r-rapporti strateġiċi u r-rappurtar dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress konkret tal-proġetti u l-programmi. |
|
— |
Fl-għoti ta' pariri lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-partijiet l-oħra involuti tal-kumitati ta' sorveljanza fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regolamenti tal-Unjoni b'attenzjoni partikolari għall-istrateġija Ewropa 2020. |
|
— |
Fl-ipproċessar tad-dokumenti ta' għeluq tal-programmi/proġetti; rendikont tar-riżultati. Fil-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-programm/proġett f'nofs it-terminu jew wara t-twettiq tiegħu. |
|
— |
Fl-analiżi u n-negozjar tal-proposti ta' modifika ppreżentati mill-Istat Membru għall-programmi u l-proġetti kbar tiegħu tal-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Fl-eżami tal-fajls ta' għeluq tal-programmi u l-proġetti tal-perjodu bejn l-2000 u l-2006. |
|
— |
Fl-organizzazzjoni, it-tħejjija tal-linji gwida u r-rappurtar dwar il-laqgħat annwali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
|
— |
Fl-analiżi tar-rapporti ta' verifika jew ta' kontroll u sorveljanza tal-applikazzjoni fuq il-post b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. |
|
— |
Fl-istabbiliment tar-rabta bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-imsieħba l-oħra fl-implimentazzjoni tal-programm/proġett. |
|
— |
Fil-ġestjoni tal-kuntratti rilevanti tal-assistenza teknika tal-Unjoni. |
|
— |
Fit-tħejjija tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet miktuba u orali mressqa mill-membri tal-Parlament Ewropew, għall-petizzjonijiet u ilmenti ppreżentati fi ħdan il-Parlament u għat-talbiet ta' informazzjoni tal-awtoritajiet, tal-partijiet involuti jew tal-pubbliku. |
|
— |
Fit-tħejjija tal-aġġornamenti, laqgħat ta' informazzjoni u dokumenti oħra fuq il-bażi tat-talbiet li jsiru mill-kabinett, mill-ġerarkija u s-servizzi orizzontali. |
|
— |
F'rendikont ta' kull sors ta' informazzjoni rilevanti, kemm jekk tkun ekonomika, xjentifika jew politika, b'mod speċjali permezz tal-istampa bil-miktub jew awdjoviżiva nazzjonali, reġjonali jew lokali, dwar il-politiki tal-Unjoni kkonċernati u b'mod iktar dirett l-implimentazzjoni tal-programmi inkluża s-sorveljanza tal-iskemi ta' għajnuna mill-Istat adottati mill-Istat Membru jew tal-irregolaritajiet. |
|
— |
Fl-iżgurar tas-sorveljanza tal-irregolaritajiet identifikati mill-Istat Membru jew mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni inklużi l-korrezzjonijiet finanzjarji. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji b'rabta mal-qasam meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji huwa ekwivalenti għal erba' snin jew iktar,
JEW
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas 3 snin iċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji b'rabta mal-qasam, segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata mal-funzjonijiet ikkonċernati.
NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena tagħmel parti integrali mil-lawrija u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.
3. Esperjenza professjonali
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin hija meħtieġa fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri amministrattivi, tfassil, ġestjoni u implimentazzjoni tal-programmi u/jew proġetti ta' investiment iffinanzjati bl-għajnuna tal-fondi pubbliċi u privati jew b'self. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tal-lawrija li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
Dottorat f'suġġett li huwa relatat ma' dan il-qasam, li nkiseb fil-qafas ta' studji full time jista' jiġi kkunsidrat għal perjodu ta' mhux iktar minn sena.
Il-perjodi ta' taħriġ addizzjonali marbuta mal-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa u segwiti wara l-għoti tad-diploma meħtieġa jistgħu jiġu kkunsidrati għal perjodu ta' mhux iktar minn sena.
4. Kriterji ta' għażla
Fil-qafas tal-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra dawn l-elementi li ġejjin:
|
1. |
Minħabba n-natura ta' ċerti postijiet li jridu jimtlew, b'mod speċjali fil-qasam tal-politika reġjonali, il-ħila ċċertifikata ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin, li għandha tkun differenti mil-lingwi 1 u 2 mitluba fit-taqsima III, punt 2.3:
|
|
2. |
Taħriġ addizzjonali f'wieħed mill-oqsma li ġejjin:
|
|
3. |
Esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni, verifika u kontroll u evalwazzjoni tal-programmi u tal-proġetti sostnuti mill-fondi strutturali/fond ta' koeżjoni, kif ukoll dawk sostnuti mill-FAEŻR u l-FES. |
|
4. |
Esperjenza professjonali kif imfissra fil-punt 3 hawn fuq, għajr it-3 snin mitluba. |
|
5. |
Esperjenza professjonali f'wieħed mill-oqsma ta' interventi koperti mill-fondi kkonċernati, b'mod speċjali:
|
|
6. |
Esperjenza ta' negozjati f'organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali. |
|
7. |
Esperjenza fir-riċerka akkademika jew fit-tagħlim f'wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:
|
|
8. |
Pubblikazzjonijiet f'wieħed jew f'diversi minn dawn l-oqsma li ġejjin:
|
|
9. |
Lawrija fil-livell ta' Master's relatata mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq. |
|
10. |
Dottorat relatat mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq. |
(1) Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEŻR); Fond ta' Koeżjoni (FK): Fond Soċjali Ewropew (FSE); Fond Ewropew għas-Sajd (FES); Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
ANNESS II
EPSO/AD/205/10 — AMMINISTRATURI (AD 7)
DWANA/TAXXI
Din il-kompetizzjoni ġenerali qiegħda ssir sabiex tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tad-DWANA/TASSAZZJONI fil-Kummissjoni Ewropea.
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Dwana (17-il kandidat magħżul)
Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi (AD 7) fil-qasam tad-dwana huwa li jwettqu analiżi, jħejju rapporti u kompiti rilevanti oħra relatati mal-iżvilupp u l-ġestjoni tal-Unjoni Doganali u jwettqu dmirijiet amministrattivi, ta' konsulenza u ta' superviżjoni f'livell għoli.
Il-kandidati li jirnexxu se jintalbu jabbozzaw u janalizzaw il-leġiżlazzjoni doganali kif inhi kkonsolidata fil-Kodiċi Doganali Komunitarju u fit-Tariffa Doganali Komunitarja, dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni korrispondenti u regoli oħra relatati, kif ukoll f'oqsma doganali speċifiċi oħra bħal pereżempju l-kontrolli doganali, il-proċess tal-modernizzazzjoni tad-dwana u/jew tal-applikazzjonijiet tal-IT tagħha. Flimkien mal-monitoraġġ tal-iżviluppi leġiżlattivi, il-kandidati jistgħu wkoll ikunu meħtieġa li jippreżentaw u jinnegozjaw f'isem l-istituzzjoni fuq livell tal-UE u dak internazzjonali.
Tassazzjoni (17-il kandidat magħżul)
Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi (AD 7) fil-qasam tat-tassazzjoni huwa li jagħtu appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fit-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni tagħhom, jipprovdu analiżi legali, ekonomika u/jew statistika meħtieġa għall-bidu, żvilupp, ġestjoni u/jew evalwazzjoni tal-politiki tal-UE fit-tassazzjoni diretta u/jew indiretta, fuq livell għoli.
Il-kandidati li jirnexxu se jintalbu janalizzaw kwistjonijiet diretti u/jew indiretti, jagħmlu valutazzjoni legali skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli tat-taxxa, janalizzaw l-impatti tagħhom u jippreżentaw abbozzi legali jew iħejju analiżi ekonomika ta' dawk il-kwistjonijiet. Huma se jkunu mitluba wkoll iwettqu dmirijiet ta' koordinazzjoni u negozjati fuq livell internazzjonali, relatati mal-politika tat-taxxa tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma li ġejjin:
Analiżi ekonomika u evalwazzjoni tat-taxxi
|
— |
L-analiżi tal-effetti ekonomiċi tal-politiki nazzjonali dwar kontribuzzjonijiet u ħlasijiet statutorji li għandhom impatt fuq il-politika tal-UE, b'referenza partikolari għar-riforma tat-taxxa u l-adozzjoni tal-liġijiet ġodda tal-finanzi. |
|
— |
Evalwazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-miżuri tat-taxxa proposti mill-Kummissjoni. |
Tassazzjoni diretta
|
— |
L-għoti ta' konsulenza teknika speċjalizzata ħafna dwar tassazzjoni tal-kumpaniji u/jew personali. |
|
— |
Monitoraġġ tal-politika tat-taxxa fl-Istati Membri u fuq livell tal-UE u internazzjonali, il-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE. |
Tassazzjoni indiretta:
VAT
|
— |
Provvediment ta' konsulenza teknika speċjalizzata ħafna fil-qasam tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-VAT. |
|
— |
Evalwazzjoni tal-kontroll tal-VAT u l-prevenzjoni tal-frodi. |
|
— |
Monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT. |
Taxxi indiretti oħra (ambjent, trasport, enerġija u dazji tas-sisa)
|
— |
Żvilupp tal-politika tat-taxxa fir-rigward tal-ambjent, trasport u enerġija. |
|
— |
Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa tal-UE (alkoħol, tabakk, prodotti u żjut minerali) u l-iżvilupp ta' proċeduri ta' kontroll imsaħħa u l-ġlieda kontra l-frodi. |
|
— |
Valutazzjoni tal-potenzjal ekonomiku u tekniku tat-taxxi indiretti ġodda. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji huwa ekwivalenti għal erba' snin jew iktar,
JEW
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas 3 snin iċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata man-natura tal-funzjonijiet.
NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.
3. Esperjenza professjonali
Dwana
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 snin relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri, kif imfissra fid-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.
Tassazzjoni
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 snin relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tat-tassazzjoni jew mal-analiżi ekonomika ta' kwistjonijiet tat-tassazzjoni. L-oqsma ta' kompetenza għandhom jinkludu l-analiżi tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa nazzjonali u/jew tal-UE diretta u/jew indiretta u kwistjonijiet rilevanti tat-taxxa diretta u/jew indiretta fuq il-bażi ta' għarfien tajjeb tal-aspetti ekonomiċi; il-valutazzjoni tagħhom legali jew ekonomika skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli nazzjonali u/jew tal-UE; twettiq ta' studji ekonomiċi u t-tħejjija ta' dokumenti legali.
Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
Dottorat f'suġġett li huwa relatat ma' dan il-qasam, li nkiseb fil-qafas ta' studji full time jista' jiġi kkunsidrat għall-perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin. Jekk il-kandidat ikun kiseb id-dottorat f'inqas minn 3 snin, id-dewmien reali tal-istudji biss se jiġi kkalkulat.
Il-perjodi ta' taħriġ addizzjonali marbuta mal-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa u segwiti wara l-għoti tad-diploma meħtieġa jistgħu jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta' mhux iktar minn sena.
4. Kriterji ta' għażla
Fil-qafas tal-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra dawn l-elementi li ġejjin:
Dwana
|
1. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, regoli u proċeduri tad-dwana (pereżempju fis-servizzi ċentrali, f'uffiċċju tad-dwana eċċ). |
|
2. |
Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, regoli u proċeduri tad-dwana (pereżempju fis-servizzi ċentrali, f'uffiċċju tad-dwana eċċ). |
|
3. |
Esperjenza professjonali fil-leġiżlazzjoni relatata mad-dwana, bħala pereżempju r-regolamenti tal-infurzar tal-IPR, prekursuri tad-droga, kontroll ta' flus kontanti. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fil-politika komuni tal-kummerċ. |
|
5. |
Esperjenza professjonali f'politiki oħra tal-UE, bħal pereżempju l-agrikoltura, il-baġit, is-saħħa, is-sikurezza tal-prodotti jew l-ambjent, kif applikati mid-dwana. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-użu tad-databases speċifiċi tad-Dwana u analiżi statistika relatata. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-dwana (pereżempju sigurtà fil-katina tal-provvista, infurzar tal-IPR, faċilitazzjoni tal-kummerċ). |
|
8. |
Esperjenza professjonali fl-Immudellar tal-Proċess tan-Negozju. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta' proġetti tal-IT. |
|
10. |
Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija bi speċjalizzazzjoni fil-liġi doganali, ġestjoni ta' negozju jew ekonomija. |
|
11. |
Pubblikazzjonijiet u artikli f'ġurnali akademiċi, relatati mad-dwana. |
|
12. |
Esperjenza f'timijiet ta' proġetti multidixxiplinarji u multikulturali. |
Tassazzjoni
|
1. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-liġi tat-taxxa nazzjonali u/jew internazzjonali/tal-UE, b'mod speċjali f':
f'wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Esperjenza professjonali fl-analiżi tal-impatti tar-regoli tat-taxxa fuq il-kompetittività ekonomika, il-ġbir għaqli tad-dħul u spejjeż li jirriżultaw mill-konformità. |
|
3. |
Kompetenza professjonali fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fin-negozjati fuq livell internazzjonali. |
|
5. |
Esperjenza professjonali fir-riċerka akkademika jew tagħlim fil-qasam tal-liġi tat-taxxa jew ekonomija tat-tassazzjoni. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp tal-proġetti tal-IT. |
|
7. |
Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija bi speċjalizzazzjoni fil-liġi tat-taxxa diretta u/jew indiretta, internazzjonali u/jew tal-UE. |
|
8. |
Kwalifika professjonali relatata man-natura tad-dmirijiet (inkluża kwalifika maħruġa minn amministrazzjoni tat-taxxa jew assoċjazzjoni ta' konsulenti tat-taxxa). |
|
9. |
Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija fi skola jew fakultà tal-liġi. |
|
10. |
Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija fl-ekonomija b'attenzjoni fuq wieħed jew diversi minn dawn l-oqsma li ġejjin: ekonomija tat-tassazzjoni, finanzi pubbliċi, ekonomija pubblika, mudellar ekonomiku, ekonometrika jew statistika. |