|
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1341, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1327, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2017/C 232/06)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1341 (1) u fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1327 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (3) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4).
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni konċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-1 ta’ Marzu 2018, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet ta’ rieżami perjodiku tal-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(1) ĠU L 185, 18.7.2017, p. 56.
(2) ĠU L 185, 18.7.2017, p. 20.
(3) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.