Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appelli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali, iktar ’il quddiem, il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi magħquda T‑64/07 sa T‑66/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet is-sitt rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006‑4, R 1034/2006‑4, R 1035/2006‑4, R 1276/2006‑4, R 1277/2006‑4 u R 1278/2006‑4), dwar l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 150, 250, 350, 222, 333 u 555, bħala trade marks Komunitarji - Ksur tal-Artikoli 7(1)(ċ) u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) - Karattru deskrittiv ta’ trade marks li jikkonsistu esklużivament f’ċifri.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appelli huma miċħuda.

2) Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.