<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-614/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0614</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:344">EU:C:2019:344</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190502">2.5.2019</DATE> – Kawża C-614/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 510/2006</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Ġobon Manchego (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>queso Manchego<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Użu ta’ sinjali li jistgħu jevokaw ir-reġjun li miegħu hija marbuta d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Konsumaturi Ewropej jew konsumaturi tal-Istat Membru fejn il-prodott kopert mid-DOP jiġi mmanifatturat u prinċipalment ikkonsmat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑614/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Industrial Quesera Cuquerella SL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Juan Ramón Cuquerella Montagud,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, K. Jürimäe, D. Šváby, S. Rodin (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego, minn M. Pomares Caballero, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Industrial Quesera Cuquerella SL u J. R. Cuquerella Montagud, minn J. A. Vallejo Fernández, F. Pérez Álvarez u J. Pérez Itarte, abogados,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González u V. Ester Casas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, M. Hellmann u J. Techert, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, S. Horrenberger, A.‑L. Desjonquères u C. Mosser, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Galindo Martín, D. Bianchi u I. Naglis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal‑<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335M" PAGE.FIRST="213" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 335M, p. 213</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064M" PAGE.FIRST="74" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 64M, p. 74</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 293, p. 38</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, il-Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego (il-Fondazzjoni Inkarigata mill-Ġestjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Queso Manchego, Spanja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fondazzjoni Queso Manchego<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u, min-naħa l-oħra, Industrial Quesera Cuquerella SL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>IQC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u Juan Ramón Cuquerella Montagud dwar, b’mod partikolari, l-użu, minn IQC, ta’ tikketti għall-identifikazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ġobnijiet li ma humiex koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>queso Manchego<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 6 tar-Regolament Nru 510/2006 jgħidu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(4)</NO.P><TXT>Bil-ħsieb tal-varjetà kbira ta’ prodotti kummerċjalizzati u l-abbundanza ta’ informazzjoni dwar dawn il-prodotti li hija pprovduta, il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni ċara u konċiża dwar l-oriġini tal-prodott, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażliet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Għandha ssir dispożizzjoni għal approċċ Komunitarju għad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Qafas ta’ regoli Komunitarji dwar sistema ta’ protezzjoni jippermetti l-iżvilupp ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini billi, filwaqt li jipprovdi approċċ aktar uniformi, qafas bħal dan jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi ta’ prodotti li jkollhom indikazzjonijiet bħal dawn u jsaħħaħ il-kredibbiltà talprodotti f’għajnejn il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>denominazzjoni ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-isem ta’ reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali, pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott agrikolu jew oġġett ta’ l-ikel:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li joriġina f’dak ir-reġjun, il-post speċifiku jew il-pajjiż,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklussivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu, u</P></ITEM><ITEM><P>li l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tħejjija tiegħu jsiru fiż-żona ġeografika definita<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ismijiet reġistrati għandhom ikunu protetti kontra:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, ukoll jekk l-oriġini vera tal-prodott hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>stil<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>metodu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kif prodott fi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>imitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jew simili;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar minn ġewwa jew minn barra, il-materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott konċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’konteni[tur] li x’aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-istess regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija reġistrata skond dan ir-Regolament, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">trademark</HT> li tikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 13 u li hija relatata ma’ l-istess klassi ta’ prodott għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-<HT TYPE="ITALIC">trademark</HT> tiġi ppreżentata wara d-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni reġistrata lill-Kummissjoni [Ewropea].</ALINEA><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">Trademarks</HT> reġistrati bi ksur ta’ l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Fondazzjoni Queso Manchego hija inkarigata mill-ġestjoni u l-protezzjoni tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Għal dan il-għan, hija ppreżentat rikors kontra l-konvenuti fil-kawża prinċipali quddiem il-qorti Spanjola kompetenti tal-ewwel istanza bil-għan li jiġi ddikjarat li t-tikketti użati minn IQC għall-identifikazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobnijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Adarga de Oro<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Super Rocinante<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Rocinante<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li ma humiex koperti mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif ukoll l-użu tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Quesos Rocinante<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jimplikaw ksur tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, sa fejn dawn it-tikketti u dawn it-termini jikkostitwixxu evokazzjoni illeċita ta’ din id-DOP fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-qorti Spanjola tal-ewwel istanza ċaħdet ir-rikors peress li s-sinjali u d-denominazzjonijiet użati minn IQC sabiex tikkummerċjalizza l-ġobnijiet li ma kinux koperti mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma kellhom l-ebda xebh viżiv jew fonetiku mad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>la Mancha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li l-użu ta’ sinjali bħad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Rocinante<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jew l-immaġni tal-persunaġġ letterarju ta’ Don Quijote de la Mancha jevokaw ir-reġjun ta’ La Mancha (Spanja) u mhux il-ġobon kopert mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Fondazzjoni Queso Manchego appellat minn din iċ-ċaħda quddiem l-Audiencia Provincial de Albacete (il-Qorti Provinċjali ta’ Albacete, Spanja), li, permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20141028">28 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ikkonfermat id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza. Din il-qorti qieset li l-użu, għal ġobnijiet<?PAGE NO="4"?> ikkummerċjalizzati minn IQC li ma humiex koperti mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, ta’ pajsaġġi ta’ La Mancha u ta’ rappreżentazzjonijiet speċifiċi għal La Mancha fuq it-tikketti ta’ dawn il-ġobnijiet, iwassal sabiex il-konsumatur jaħseb fir-reġjun ta’ La Mancha iżda mhux neċessarjament fil-ġobon kopert mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqet appell kontra din is-sentenza quddiem it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tagħmel sensiela ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ natura fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-qorti tar-rinviju tesponi li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>manchego<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> użat fid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huwa l-aġġettiv li jikkwalifika, fil-lingwa Spanjola, il-persuni u l-prodotti li joriġinaw mir-reġjun ta’ La Mancha. Sussegwentement, hija tosserva li d-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tkopri l-ġobnijiet prodotti fir-reġjun ta’ La Mancha mill-ħalib tan-nagħaġ u skont il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ maturazzjoni tradizzjonali, inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-DOP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li Miguel de Cervantes uża r-reġjun ta’ La Mancha bħala l-post fejn tiżvolġi l-parti l-kbira tal-azzjoni tal-personaġġ fittizju Don Quijote de la Mancha. Barra minn hekk, dan il-karattru huwa deskritt mill-qorti tar-rinviju bħala li għandu ċerti karatteristiċi fiżiċi u tal-ħwejjeġ simili għal dawk tal-personaġġ irrappreżentat fuq il-motif figurattiv imwaħħal fuq it-tikketta tal-ġobon <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Adarga de Oro<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. F’dan ir-rigward, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>adarga<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (tarka żgħira tal-ġilda), li hija kelma arkajka, tintuża fl-imsemmi rumanz sabiex tindika t-tarka użata minn Don Quijote. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li waħda mid-denominazzjonijiet użati minn IQC għal ċerti ġobnijiet tikkorrispondi għall-isem taż-żiemel li jirkeb Don Quijote de la Mancha, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Rocinante<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Imtieħen tar-riħ li kontrihom Don Quijote jiġġieled jirrappreżentaw element tipiku tal-pajsaġġ ta’ La Mancha. Fuq ċerti tikketti tal-ġobnijiet immanifatturati minn IQC u mhux koperti mid-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, u fuq ċerti disinni li jinsabu fuq is-sit internet ta’ IQC, li fih wkoll reklami għal ġobnijiet mhux koperti minn din id-DOP, jidhru pajsaġġi bi mtieħen tar-riħ kif ukoll nagħaġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>1)</NO.P><TXT>L-evokazzjoni tad-[DOP], ipprojbita mill-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandha neċessarjament timmaterjalizza bl-użu ta’ denominazzjonijiet li jkun jixxiebħu viżwalment, fonetikament jew kunċettwalment mad-[DOP] jew tista’ din timmaterjalizza bl-użu ta’ sinjali figurattivi li jevokaw id-[DOP]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ [DOP] ta’ natura ġeografika (Artikolu 2(1)(a) […] tar-Regolament Nru 510/2006) u fir-rigward tal-istess prodotti jew prodotti paragunabbli, l-użu ta’ sinjali li jevokaw ir-reġjun li miegħu hija marbuta d-[DOP] jista’, għall-finijiet tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, jitqies bħala evokazzjoni stess tad-[DOP], li ma hijiex aċċettabbli, anki fil-każ li meta l-utent ta’ dawn is-sinjali huwa produttur stabbilit fir-reġjun li miegħu tkun marbuta d-[DOP] iżda li l-prodotti tiegħu ma humiex koperti minn din id-[DOP] peress li dawn ma josservawx il-kundizzjonijiet, differenti mill-oriġini ġeografika, inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, minbarra l-oriġini ġeografika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent, li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel riferiment għall-perċezzjoni tiegħu sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> għall-finijiet tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandu jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-konsomaturi Ewropej jew jista’ dan jagħmel riferiment unikament għall-konsumaturi tal-Istat Membru li fih huwa mmanufatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta jew li miegħu hija ġeografikament marbuta d-DOP, u li fih dan huwa prinċiparjament ikkonsumat?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata tista’ sseħħ bl-użu ta’ sinjali figurattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑325/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:326">EU:C:2018:326</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 jirriżulta li din id-dispożizzjoni tipproteġi d-denominazzjonijiet irreġistrati kontra kwalunkwe evokazzjoni, anki jekk l-oriġini vera tal-prodott hija indikata jew jekk id-denominazzjoni protetta hija tradotta jew akkumpanjata minn espressjoni bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>stil<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>metodu<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kif prodott fi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>imitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew espressjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Tali formulazzjoni tista’ tinftiehem bħala li tirreferi mhux biss għat-termini li bihom denominazzjoni rreġistrata tista’ tiġi evokata, iżda wkoll għal kwalunkwe sinjal figurattiv li jista’ jfakkar lill-konsumatur fil-prodotti li jibbenefikaw minn din id-denominazzjoni. F’dan ir-rigward, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kwalunkwe<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jirrifletti r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea li jipproteġi d-denominazzjonijiet irreġistrati billi jqis li evokazzjoni sseħħ permezz ta’ element verbali jew ta’ sinjal figurattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ evokazzjoni jkopri ipoteżi li fiha t-terminu użat sabiex jindika prodott jinkorpora parti minn denominazzjoni protetta, b’tali mod li l-konsumatur, fil-preżenza tal-isem tal-prodott, jitwassal sabiex ikollu f’moħħu, bħala immaġni ta’ riferiment, il-merkanzija li tibbenefika mid-denominazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990304">4 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio per la tutela del formaggio Gorgonzola</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑87/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:115">EU:C:1999:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-Artikolu 16(b), tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="039" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 39, p. 16</REF.DOC.OJ>), il-kriterju determinanti huwa dak dwar jekk il-konsumatur, fil-preżenza ta’ denominazzjoni kontenzjuża, jitwassalx sabiex ikollu direttament f’moħħu, bħala immaġni ta’ riferiment, il-merkanzija li tibbenefika mill-indikazzjoni ġeografika protetta (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, għalkemm il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 19 u 20 ta’ din is-sentenza kienet tikkonċerna kawżi dwar denominazzjonijiet ta’ prodotti u mhux dwar sinjali figurattivi, xorta waħda jista’ jiġi dedott, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-kriterju determinanti sabiex jiġi stabbilit jekk element jevokax id-denominazzjoni rreġistrata, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, huwa dak dwar jekk dan l-element jistax ifakkar direttament lill-konsumatur, bħala immaġni ta’ riferiment, fil-prodott li jibbenefika minn din id-denominazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax, bħala prinċipju, jiġi eskluż li s-sinjali figurattivi jistgħu jservu sabiex ifakkru direttament lill-konsumatur, bħala immaġni ta’ riferiment, fil-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni rreġistrata minħabba l-prossimità kunċettwali tagħhom ma’ tali denominazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-kuntest li fih il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jaqa’, ma jistax jiġi aċċettat li, kif issostni l-Kummissjoni, l-evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata permezz ta’ sinjali figurattivi tkun tista’ tiġi eżaminata biss fid-dawl tal-Artikolu 13(1)(ċ) tar-Regolament Nru 510/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem stess tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ dan ir-regolament ma jillimitax il-portata ta’ din id-dispożizzjoni unikament għad-denominazzjonijiet tal-prodotti li dan ikopri. Għall-kuntrarju, kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi protezzjoni kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kwalunkwe<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> evokazzjoni, anki jekk id-denominazzjoni protetta tkun akkumpanjata minn espressjoni bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>stil<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>metodu<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kif prodott fi<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>imitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, imwaħħla fuq l-ippakkjar tal-prodott ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif osservat il-Kummissjoni, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 110/2008, ifformulat f’termini analogi għall-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006, kien jinkludi lista gradwata ta’ aġir ipprojbit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-Artikolu 13(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament isemmi kwalunkwe indikazzjoni oħra li tidher fuq l-imballaġġ jew fuq l-ippakkjar, fuq il-materjal ta’ reklamar jew fuq id-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat ma jippermettix li jitqies li hija biss din id-dispożizzjoni li tipprekludi l-użu ta’ sinjali figurattivi li jippreġudikaw lid-denominazzjonijiet irreġistrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif l-Avukat Ġenerali enfasizza fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-lista gradwata, imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja, tirrigwarda n-natura tal-aġir ipprojbit, jiġifieri, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 13(1)(ċ) tal-imsemmi regolament, in-natura falza u qarrieqa tal-indikazzjonijiet dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, u mhux l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ tali indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, interpretazzjoni kuntestwali tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 tikkonferma l-interpretazzjoni li tirriżulta mill-formulazzjoni esposts fil-punt 22 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 510/2006 għandu b’mod partikolari l-għan li jiżgura, skont il-premessi 4 u 6 tiegħu, li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara, konċiża u kredibbli sabiex jiġu informati b’mod preċiż dwar l-oriġini tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, tali għan huwa żgurat aħjar meta d-denominazzjoni rreġistrata ma tistax tkun is-suġġett ta’ evokazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ dan ir-regolament, permezz ta’ sinjali figurattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li hija l-qorti tar-rinviju li ser ikollha tevalwa b’mod konkret jekk sinjali figurattivi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħux ifakkru direttament lill-konsumatur fil-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni rreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata tista’ sseħħ bl-użu ta’ sinjali figurattivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li magħha hija marbuta denominazzjoni ta’ oriġini, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) ta’<?PAGE NO="7"?> dan ir-regolament, jistax jikkostitwixxi evokazzjoni tagħha, inkluż fil-każ fejn l-imsemmija sinjali figurattivi jintużaw minn produttur stabbilit f’dan ir-reġjun, iżda li l-prodotti tiegħu, simili jew komparabbli ma’ dawk protetti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini, ma humiex koperti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 ma tipprevedi l-ebda esklużjoni favur produttur stabbilit f’żona ġeografika li tikkorrispondi għad-DOP u li l-prodotti tiegħu, mingħajr ma jkunu protetti minn din id-DOP, huma simili jew komparabbli ma’ dawk protetti minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat li tali esklużjoni kien ikollha l-effett li tawtorizza produttur juża sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li isimha jifforma parti minn denominazzjoni ta’ oriġini li tkopri prodott identiku jew simili għal dak ta’ dan il-produttur u, għaldaqstant, tippermettilu jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ din id-denominazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li produttur ta’ prodotti, simili jew komparabbli għal dawk protetti minn denominazzjoni ta’ oriġini, ikun stabbilit f’żona ġeografika marbuta ma’ din id-denominazzjoni, ma jistax jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk l-użu minn produttur ta’ sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li isimha jifforma parti minn denominazzjoni ta’ oriġini, għal prodotti identiċi jew simili għal dawk koperti minn din id-denominazzjoni, jikkostitwixxix evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ dan ir-regolament, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta qed tiddeċiedi dwar ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’, jekk ikun il-każ, tagħmel preċiżazzjonijiet intiżi sabiex jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Severi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:530">EU:C:2009:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Meta tagħmel dan, il-qorti nazzjonali essenzjalment għandha tibbaża ruħha fuq ir-reazzjoni preżunta tal-konsumatur, peress li l-essenzjal huwa li dan tal-aħħar jistabbilixxi rabta bejn l-elementi kontenzjużi, f’dan il-każ is-sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li isimha jifforma parti minn denominazzjoni ta’ oriġini, u d-denominazzjoni rreġistrata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Viiniverla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:35">EU:C:2016:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija għandha tevalwa jekk ir-rabta bejn dawn l-elementi kontenzjużi u d-denominazzjoni rreġistrata hijiex suffiċjentement diretta u univoka b’tali mod li l-konsumatur, fil-preżenza tagħhom, jitwassal sabiex ikollu prinċipalment f’moħħu din id-denominazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk teżistix prossimità kunċettwali, suffiċjentement diretta u univoka, bejn is-sinjali figurattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali u d-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li, skont l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 510/2006, tirreferi għaż-żona ġeografika marbuta magħha, jiġifieri ir-reġjun ta’ La Mancha (Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha tiżgura ruħha li s-sinjali figurattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari id-disinni ta’ persunaġġ li jixbah lil Don Quijote de la Mancha, ta’ żiemel dgħif u ta’ pajsaġġi bi mtieħen tar-riħ u nagħaġ, jistgħu joħolqu prossimità kunċettwali mad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>queso manchego<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, b’tali mod li l-konsumatur ikollu direttament f’moħħu, bħala immaġni ta’ riferiment, il-prodott li jibbenefika minn din id-DOP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-qorti tar-rinviju tevalwa jekk hemmx lok, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tagħha, li jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien is-sinjali figurattivi u verbali kollha li jidhru fuq il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex twettaq eżami globali fid-dawl tal-elementi kollha b’potenzjal evokattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li magħha hija marbuta denominazzjoni ta’ oriġini, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament, jista’ jikkostitwixxi evokazzjoni tagħha, inkluż fil-każ fejn l-imsemmija sinjali figurattivi jintużaw minn produttur stabbilit f’dan ir-reġjun, iżda li l-prodotti tiegħu, simili jew komparabbli ma’ dawk protetti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini, ma humiex koperti minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel riferiment għall-perċezzjoni tiegħu sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandux jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-konsumaturi Ewropej jew unikament għall-konsumaturi tal-Istat Membru li fih jiġi mmanifatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tad-denominazzjoni protetta jew li miegħu din id-denominazzjoni hija ġeografikament marbuta, u li fih dan jiġi prinċipalment ikkonsmat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Qabelxejn, għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008, ifformulat f’termini analogi għall-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-konsumatur Ewropew medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, fil-preżenza tad-denominazzjoni kontenzjuża, jitwassalx sabiex ikollu direttament f’moħħu, bħala immaġni ta’ riferiment, il-prodott li jibbenefika mill-indikazzjoni ġeografika protetta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li ċ-ċirkustanza li d-denominazzjoni kontenzjuża fil-kawża li tat lok għas-sentenza ċċitata fil-punt preċedenti tirreferi għal post ta’ manifattura li huwa magħruf mill-konsumaturi tal-Istat Membru fejn dan jiġi mmanifatturat ma jikkostitwixxix fattur rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008, peress li din id-dispożizzjoni tipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati kontra kwalunkwe evokazzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni u li, fid-dawl tan-neċessità li tiġi ggarantita protezzjoni effettiva u uniformi tal-imsemmija indikazzjonijiet fuq dan tal-aħħar, il-konsumaturi kollha ta’ dan it-territorju huma koperti (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Viiniverla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:35">EU:C:2016:35</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, il-kunċett ta’ konsumatur Ewropew medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, għandu jiġi interpretat b’mod li tiġi żgurata protezzjoni effettiva u uniformi ta’ denominazzjonijiet irreġistrati kontra kwalunkwe evokazzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm il-protezzjoni effettiva u uniformi tad-denominazzjonijiet irreġistrati tirrikjedi li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni ċirkustanzi li jistgħu jeskludu l-eżistenza ta’ evokazzjoni unikament għall-konsumaturi ta’ Stat Membru, madankollu, dan ir-rekwiżit ma jeħtieġx li evokazzjoni evalwata fir-rigward tal-konsumaturi ta’ Stat Membru wieħed tkun insuffiċjenti sabiex tingħata l-protezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk l-elementi, kemm figurattivi kif ukoll verbali, relatati mal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, immanifatturat jew prinċipalment ikkonsmat fi Spanja, jevokawx f’moħħ il-konsumaturi ta’ dan l-Istat Membru l-immaġni ta’ denominazzjoni rreġistrata, li għandha, jekk dan ikun il-każ, tiġi protetta kontra evokazzjoni li sseħħ fit-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-kunċett ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel riferiment għall-perċezzjoni tiegħu sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandu jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-konsumaturi Ewropej, inklużi l-konsumaturi tal-Istat Membru li fih jiġi mmanifatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tad-denominazzjoni protetta jew li miegħu din id-denominazzjoni hija ġeografikament marbuta, u li fih dan jiġi prinċipalment ikkonsmat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal‑<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata tista’ sseħħ bl-użu ta’ sinjali figurattivi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li magħha hija marbuta denominazzjoni ta’ oriġini, msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament, jista’ jikkostitwixxi evokazzjoni tagħha, inkluż fil-każ fejn l-imsemmija sinjali figurattivi jintużaw minn produttur stabbilit f’dan ir-reġjun, iżda li l-prodotti tiegħu, simili jew komparabbli ma’ dawk protetti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini, ma humiex koperti minnha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel riferiment għall-perċezzjoni tiegħu sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>evokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandu jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-konsumaturi Ewropej, inklużi l-konsumaturi tal-Istat Membru li fih jiġi mmanifatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tad-denominazzjoni protetta jew li miegħu din id-denominazzjoni hija ġeografikament marbuta, u li fih dan jiġi prinċipalment ikkonsmat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>