Official Journal L 104 , 23/04/1988 P. 0004 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1059/88 tat-28 ta' Marzu 1988 li jfassal l-arranġamenti applikabli għall-kummerċ tal-Greċja mat-Turkija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Protokoll anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa rispettivament bħala "l-Protokoll" u "l-Ftehim", maħsub biex jagħti każ l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, kien iffirmat fl-20 ta' April 1988; Billi, d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll hu sospiż, il-Komunità għandha, fid-dawl ta' dan, tfassal awtonimament l-arranġamenti applikabbli għall-kummerċ tal-Greċja mat-Turkija; Billi l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Greċja ta' affarijiet li joriġinaw mit-Turkija sa mill-1 ta' Jannar 1981 ġew stabbiliti bir-Regolamenti (KEE) Nru 3555/80 [1] li jissospendu l-konklużjoni tal-Protokoll; billi, fid-dawl ta' l-iffirmar tal-Protokoll u l-fatt li l-pajjiżi l-oħra kollha msejħa fir-Regolament msemmi m'għandhomx x'jaqsmu aktar ma' l-arranġamenti li hu introduċa, da ta' l-aħħar għandu jiġi mħassar, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Sakemm jidħol fis-seħħ tal-Protokoll, ir-Repubblika Ellenika għandha tapplika għall-kummerċ mat-Turkija d-disposizzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-Ftehim. Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 3555/80 huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1989. Hu għandu jiskadi fid-data tal-bidu tas-seħħ tal-Protokoll. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, nahr it -28 ta' Marzu 1988. Għall-Kummissjoni I. Kiechle Il-President [1] ĠU L 382, tal-31.12.1980, pġ. 1. --------------------------------------------------